Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Familja — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6636, tista' il-Ministru tirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6635, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6634, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni li qed nipprovdi hawn taħt tirreferi għal dawk l-pagamenti dovuti fejn l-invoice tkun diġa waslet fil-Ministeru / Dipartiment u fejn il-pagament m' huwiex qed jiġi kkontestat. Jien informat li l-ammont totali pendenti u dovut għal xogħolijiet u servizzi li saru jew ingħataw lill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent bid-Diviżjonijiet tiegħu kien ta' Lm 15,863.58. Il-flus pendenti dovuti minn Wasteserv Malta Limited għal xogħlijiet u servizzi li saru / ngħataw jammontaw għal Lm 762,663.89 Minn-naħa l-oħra, l-ammont kollu pendenti, dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru / ngħataw lill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, (MEPA) kif rappurtati sat-30 ta' Ġunju 2004, kien ta’ Lm 138,651.91

Ministeru tas-Saħħa — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6632, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.

OPM — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6624, jista' il-Prim Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Produtturi tal-ħalib frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-produtturi tal-ħalib frisk f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku? X'forom ta' sussidji qed jingħataw? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li sa fejn hu magħruf minn dan il-Ministeru, ma hemm l-ebda produttur li huwa interessat biex jipproduċi prodott organiku.

Produtturi taċ-ċanga friska

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-produtturi taċ-ċanga friska f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku? X'forom ta' sussidji qed jingħataw? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija Parlamentari numru 6818.

Produtturi tat-tjur

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-produtturi tat-tjur f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku? X'forom ta' sussidji qed jingħataw? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija Parlamentari numru 6818.

Produtturi tal-fniek

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-produtturi tal-fniek f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku? X'forom ta' sussidji qed jingħataw? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-produzzjoni ta' fniek b' metodu organiku mhux imdaħħla fir-Regolament Ewropew 2092 ta' l-1991 fuq l-agrikoltura organika. Minħabba f' hekk, fniek imrobbija b' metodi organiċi ma jistgħux jingħataw ċ-ċertifikazzjoni li jkunu mrobbija b' metodi ta' produzzjoni organika.

Trasferiment tal-flus — Pilot Boat Management Fund għall-iStabilisation Fund

Question

Jaqbel il-Ministru li t-trasferiment tal-flus mill-Pilot Boat Management Fund għall-iStabilisation Fund se jippreġudika l-iskopijiet għaliex l-istess fond ġie kkrejat, u dan peress illi mhux se jkun hemm flus biżżejjed sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija? Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li bit-transazzjoni msemmija tat-trasferiment ta' fondi ġew ukoll ippreġudikati serjament l-irmiġġjaturi li wara kollox kienu fost il-kontributuri ewlenin biex ġew ġenerati dawn il-flus? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll f'liema Union huma msieħba: a) l-irmiġġjaturi; b) il-bdoti? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li preżentement hemm il-ħsieb li l-irmiġġjaturi jiġu organizzati f'entita’ ġuridika awtonoma, kif del resto diġa’ ġew organizzati l-bdoti illi llum iffurmaw koperattiva? Jista’ l-Ministru jgħid b'mod dettaljat x'għajnuna ngħatat lill-koperattiva tal-bdoti biex din tkun tista’ tiffunzjona kif imiss? Jista’ finalment il-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jgħin sabiex il-koperattiva ta' l-irmiġġjaturi tkun anke hi stess tista’ tiffunzjona kif imiss?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Bioagri — Bologna

Question

X'ġara mill-kooperazzjoni li kienet bdiet matul l-1997 u 1998 mal-Bioagri ċert ta' Bologna u l-Ministeru tal-Biedja u Sajd sabiex tikkordina l-iżvilupp u ċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni agrikola tal-gżejjer ta' Malta u Għawdex? F'każ li ġew abbandunati l-kuntatti mal-Bioagri, x'kienu r-raġunijiet? F'każ li ġew onorati, x'kienu l-iżviluppi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li jirri¿ulta li ma kien hemm l-ebda ¿vilupp fuq iċ-ċertifikazzjoni ta' produzzjoni agrikola organika f' Malta mad-ditta BIOAGRI Coop ta' Bologna

Hitan tas-sejjieħ

Question

X'benefiċju għall-ħarsien u l-iżvilupp rurali għandhom il-blokok tal-konkos mil-ġebel tas-sejjieħ li qed jinbnew flok ħitan tas-sejjieħ tradizzjonali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista’ l-Onor. Membru jkun aktar speċifiku.

Maltacom — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx identifikati l-financial advisors u investment banks li se jkunu konnessi mal-privatizzazzjoni prospettiva tal-Maltacom? Jekk le, f'liema stadju se jsir dan u liema proċess se jiġi adottat dwar l-għażla tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Imġarr - xogħol tat-terminal

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6360 li ġiet indirizzata lilll-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' tgħid meta huwa previst li jitlesta x-xogħol tat-terminal ta' l-Imġarr, Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6878.

Djar — Applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni għandu 31 applikazzjoni pendenti minn Għawdex.

Djar — Għawdex - Appartamenti fil-Qasam tad-djar Taċ-Ċawla

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm hemm appartamenti fil-housing estate f'Taċ-Ċawla, Għawdex b'kollox u tindika kemm minnhom huma mibjugħa, mikrija u vakanti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fil-Qasam tal-Bini ndikat mill-Onor. Interpellanti hemm 128 appartament li minnhom inbiegħu 26 taħt Skemi ta' l-Awtorita tad-Djar. Ninsab infurmata wkoll li l-102 appartament li ma nbiegħux huma kollha mikrija.

Għawdex — Rabat - temporary parking permit

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6691 li ġiet indirizzata lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' tgħid għal liema raġuni l-awtoritajiet kompetenti f'Malta qegħdin idumu ħafna, anke sena, biex jawtorizzaw lill-kunsill lokali tar-Rabat, Għawdex sabiex ibiddel temporary parking permit f'wieħed permanenti fl-iskema ta' ippjarkjar tar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li ma kien hemm ebda talba għal temporary permit u lanqas ma hemm affarijiet oħra pendenti fir-rigward ta' l-iskema ta' ipparkjar tar-residenti.