Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6861 u cioe' jista' jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li se jiġu aċċettati biex jagħmlu l-PGCE fis-Soċjoloġija u l-Istudji Soċjali fl-Universita' ta' Malta?
Meta se jiftħu l-applikazzjonijiet?
Jekk ikun hemm aktar studenti li japplikaw minn numru ta' postijiet offruti, xi kriterji jintużaw għall-għażla finali ta' min se jagħmel il-PGCE?
Kemm kien in-numru ta' studenti li għamlu dan il-kors tul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ser ikun hemm tmien postijiet għal studenti biex isegwu l-kors ta' P.G.C.E. fl-Istudju Soċjali. L-applikazzjonijiet qed jiġu proċessati.
Il-kriterji li se jintużaw fil-proċess ta' l-għażla huma dawn:
1) Kwalifiki (aktar minn dawk mitluba mir-regolamenti tad-dħul).
2) Esperjenza relevanti.
3) Interess, Għarfien u Disponibilita'.
Santa Venera — Bejgħ ta' art lill-kumpannija Coca Cola
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jippreċiża u jagħti informazzjoni dwar bejgħ ta' art lill-kumpannija tal-Coca Cola li saret riċenti ġewwa Santa Venera?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda kuntratt ta' bejgħ ta' art minn naħa tad-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-kumpannija tal-Coca Cola fi żminijiet riċenti.
Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfu u jekk għadhomx jiffunzjonaw u jekk le, meta waqfu l-kumpanniji tal-gvern hawn imniżżla: a) Libyan Arab Maltese Holdings; b) Malta Counter Trade; c) METCO; d) Malta Freeport Corporation; e) Malta Govt. Investments; f) Malta Investment Management; g) Master Antenna; h) Medelec Switchgear; i) Med Oilfield Serv.; j) Med Power Electric; k) Rotos Ziraya? Jista' jgħid x'kien u x'inhu llum l-investiment u interess tal-gvern f'kull kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' il-Ministru tgħid x'jiġri f'każ li persuna tkun ħallset il-bolol lill-employer u dan m'għaddiehomx lid-dipartiment, meta din tiġi għall-pensjoni? Tista' il-Ministru tara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol nieqsa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Artikolu 126 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi dwar persuni li jsibu ruħhom fiċ-ċirkostanzi ndikati mill-Onor. Interpellant biex dawn ma jsofrux danni ta' nuqqas li jkun sar minn naħa ta' min ikun impjeghom.
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.
Awtorita' Maltija dwar it-Turiżmu — Attivitajiet fil-Kottonera
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-MTA fuq attitivajiet f'kull belt fil-Kottonera tul dawn l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa ta' l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu fuq attivitajiet f'kull belt fil-Kottonera tul dawn l-aħħar erba` snin, sena b'sena, kienet kif ġej:
Ottubru 2001 Senglea Festival Lm14,000
Ottubru 2003 Birgu Festival Lm23,000
L-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu qegħda tikkollabora mal-Kunsilli Lokali tal-Birgu, l-Isla, Bormla u il-Kalkara fuq proġett immirat biex ikabbar il-potenzjal turistiku tal-Kottonera.
Bejn is-7 u s-17 ta' Ottubru 2004, l-Awtorita` se ttella l-Malta Historic Cities Festival, li magħtulu se jkun hemm diversi attivitajiet fil-Birgu, l-Isla u Bormla.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus mid-dipartiment tal-kultura lill-għaqdiet u individwi ta' kull belt, min kienu u x'kien l-ammont, tul dawn l-aħħar erbgħa snin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqieghed fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill Onor. Inerpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar safar miċ-chairman u c-C/E tal-Kordin Grain Terminal mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Fejn żaru u x'kienet ir-raġuni għas-safar? Sar xi rapport informattiv lill-MIMCOL ta' kull żjara? Kemm intnefqu flus u mnejn inxtraw il-biljetti ta' l-ajru?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 1999 sal-lum saru diversi żjarat barra minn Malta miċ-Chairman u CEO ta'
Kordin Grain Terminal. Ġieli flimkien u ġieli separatament. F'dawn iż-żjarat apparti diversi postijiet fl-Ewropa jinkludu żjarat ukoll fl-Amerika, il-Canada u l-Awstralja kif ukoll ir-Russja. L-Iskop ta' dawn iż-żjarat huwa dejjem l-istess cioe li jiġru wara l-klijenti kemm eżistenti kif ukoll ġodda biex iżommu s-silo dejjem mimli bit-transhipments ta' cereali.
Ta' min jgħid ukoll illi mingħajr dawn iz-żjarat kontinwi huwa kwazi impossibli li jinżamm il-business li diġa għandna aħseb u ara sabiex inkomplu inkabbruh. Kien hemm ukoll diversi minn dawn iż-żjarat għal konferenzi kif ukoll żjarat barra minn Malta mit-tekniċi tal-kumpanija li huma inklużi. Tul dan il-perjodu ta' sitt snin intefqu total ta' LM70,000.
Il-biljetti inxtraw mingħand dawn id-diversi kumpaniji:
Howards Travel, S. Mifsud & Sons, M. Demajo, Tourist Resources u Arrigo Travel.
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-Management u l-impjegati kollha tal-Kordin Grain Terminal? X'inhi l-pożizzjoni ta' kull wieħed u x'salarju għandu? Jista' jgħid x'kien is-salarju tal-management sena b'sena mill-1998 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt fuq il-liċenzji tal-karozzini, jista' il-Ministru ġentilment jinformani jekk il-gvern hux beħsiebu joħroġ liċenzji ġodda għal min għandu l-karozzin iżda m'għandux liċenzja?
Jista' il-Ministru jinnota li jekk jibqgħu miżmumin il-liċenzji se jibqa' ikun hemm monopolju f'idejn ftit nies li għandhom il-liċenzja tant li permess qed jinbiegħ bi prezz esaġerat ta' eluf ta' liri?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-Trasport tixtieq tavża' lill-Onorevoli interpellant li għal issa m'hemmx ħsieb li jinħarġu liċenzji ġodda għal min għandu karozzin bla liċenzja.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mit-Taqsima tal-Pollution Control fil-MEPA dwar diversi ilmenti persistenti li qed isiru minn residenti f'Ta' Farsina HE, Ħal Qormi minħabba tniġġiż u nugrufun li qed jiġi kkawżat minn stabbilimenti li qed joperaw fi Triq f'Tal-Ħlas (wara l-HE f'Ta' Farsina)?
Jista' il-Ministru jgħid x'monitoring qed isir minn din it-taqsima dwar dan l-ilment u jista' jikkonferma jekk sarux xi testijiet ta' l-arja f'dawn l-inħawi? Jekk saru dawn it-testijiet, jista' jgħid x'kien ir-riżultat tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li għandha it-taqsima tal-Pollution Control fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), din irċeviet ilment wieħed biss minn din l-area li kien ilu għaddej għal dawn l-aħħar sentejn. Għaldaqstant, dan il-każ ġie segwit u fuq istruzzjonijiet tal-MEPA saru anke xogħolijiet biex jitwaqqaf it-tniġġis u in-nugrufun.
Dan il-fatt kien ikkomunikat ukoll lill-Kunsill Lokali b' ittra datata 17 ta' April 2004. It-taqsima tal-Pollution Control ma rċeviet l-ebda ilment ieħor minn April 2004.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Lulju 2004? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Lulju 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Lulju 2004 il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 59 każ ta' serq.
Hold up
5
Pick Pocketing
81
Snatch & grab
15
Serq minn dgħajjes
4
Serq ta' dgħajjes
4
Serq ta' karozzi
66
Serq minn karozzi
269
Serq minn residenzi
72
Serq minn barijiet / lukandi
202
Serq minn xtajtiet
143
Serq minn fabbriki
2
Serq minn ħwienet
26
Serq ieħor
379
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Lulju 2004? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Lulju 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Lulju 2004 kien hemm 227 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Awissu 2004? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Awissu 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Awissu 2004 il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 109 każ ta' serq.
Hold up
2
Pick Pocketing
109
Snatch & grab
26
Serq minn dgħajjes
14
Serq ta' dgħajjes
10
Serq ta' karozzi
67
Serq minn karozzi
265
Serq minn residenzi
89
Serq minn barijiet / lukandi
140
Serq minn xtajtiet
204
Serq minn fabbriki
4
Serq minn ħwienet
24
Serq ieħor
347
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Awissu 2004? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Awissu 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Awissu 2004 kien hemm 72 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġietx fi tmiemha l-inkjesta dwar il-każ tal-ħruq ta' l-awla tal-Maġistrat Dr. Antonio Mizzi aktar kmieni din is-sena? Jekk iva, x'inhuma r-riżultanzi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesta msemmija għadha ma ġietx magħluqa.
X'benefiċju għas-sistema idroloġika u ambjentali għandhom il-blokok tal-konkos mil-ġebel tas-sejjieħ li qed jinbnew flok ħitan tas-sejjieħ tradizzjonali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari nru. 6863.
Bioagri ta' Bologna — Iżvilupp tal-produzzjoni u ċertifikazzjoni agrikola organika
Question
B'referenza għall-kuntatti li Gvern Laburista beda ma Bioagri ta' Bologna għall-iżvilupp tal-produzzjoni u ċertifikazzjoni agrikola organika fl-1998, jista' il-Ministru jinfurmani għaliex il-Bioagri u ċioe' Dr Gozzo ma ngħata qatt appuntament sabiex jispjega l-proċess lill-Gvern Nazzjonalista mibdi mill-Gvern Laburista?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Ministeru ma rċieva l-ebda talba għall-appuntament mingħand id-ditta BIOAGRI u / jew Dott Gozzo.
L-għażla tal-konsulenti saret wara l-ħruġ ta' sejħa internazzjonali għall-offerti maħruġa f' 4 ta' Ġunju 2003.
Ma jirriżultax li d-ditta BIOAGRI u / jew Dott Gozzo għamlu xi offerti u għalhekk ma setgħux jiġu kkunsidrati.
Jikkonferma jew jiċħad il-Ministru li Bioagri dejjem kienet akkreditata mill-IFOAM sabiex tgħin lil pajjiżi tal-Mediterran li jridu jiżviluppaw il-produzzjoni u ċertifikazzjoni tal-agrikoltura organika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 4671 fis-seduta numru 68 ta' l-24 ta' Frar 1999.