Legislature:
Category:
Reset
Active:

Maltapost p.l.c. — Tender bir-Ref Nru. T01MP/2001

Question

B'riferenza għat-tender Ref. No. T01MP/2001 dwar leasing of motorcycle fleet to be used in Malta and Gozo u dan rigwardanti l-Maltapost p.l.c., jista' il-Ministru jispjega għaliex ir-riżultat ta' dan it-tender dam dawn is-snin kollha biex ħareġ? Jikkonferma l-Ministru li għal kważi 30 sena sħaħ il-fornitur ta' dan is-servizz kien il-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jikkonferma l-Ministru li sabiex is-servizz offrut dejjem ikun ottimu, dan l-aħħar sar investiment qawwi sabiex jinxtraw muturi ġodda? Jikkonferma l-Ministru li l-persuna li rebħet it-tender din id-darba m'għandhiex fil-pussess tagħha daqstant muturi ġodda li jistgħu jikkompetu mal-fornitur ta' qabel? Jista' il-Ministru jindika min hi l-persuna li ġiet mogħtija t-tender u meta se jibda jaħdem il-kuntratt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Talbiet għal estradizzjoni lill-pajjiżi esteri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika jekk wara l-1 ta' Lulju 2004 sarux xi talbiet formali lill-Gvern Malti għall-estradizzjoni lil xi pajjiż esteru? Jekk fl-affermattiv, mingħajr ma jsemmi l-individwi indagati, jista' jgħid x'passi ttieħdu? Peress illi fil-media Taljana kien hemm rapportat li baqa' f'Malta xi uffiċjali tal-pulizija Taljana u dan sabiex isegwu l-passi ta' xi Maltin suspetti li kienu nvoluti fil-ġarr tal-klandestini, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid f'liema vesti dawn jinsabu f'Malta? Jista', per eżempju, jispjega jekk hemmx xi arranġament ma' l-awtoritajiet Taljani li jkopri l-preżenza ta' dawn l-uffiċjali? Jekk fin-negattiv, jista' jindaga u jispjega kif uffiċjali ta' pajjiż ieħor qed jagħmlu xogħol investigattiv f'pajjiżna?

Response (BORG, TONIO)

Kien hemm talba waħda mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. Proċeduri nbdew fl-20 ta' Settembru 2004. Każ għadu pendenti quddiem il-Qorti. Dwar id-domandi l-oħra dan l-uffiċċju kellu laqgħat ma' dawn l-awtoritajiet dwar kwistjonijiet legali u preċedurali rigward l-Att dwar l-estradizzjoni. Dan l-uffiċċju mhux f'pożizzjoni jirrispondi dwar x'arranġament kien hemm. Jingħad biss li tul il-laqgħat li saru f'dan l-uffiċċju kien hemm ukoll preżenza ta' pulizija Maltija.

Qrati — Każ differit

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta tressqet il-qorti l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem min tressqet, biex tinsab akkużata, quddiem min jinsab il-każ, għaliex hu differit il-każ u jekk għas-sentenza kemm ilu differit għal dan il-għan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma rriżulta ebda akkużat (fl-ambitu Kriminali) bl-isem mogħti separatament mill-Onor. Interpellant.

Studenti universitarji — Summer work

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati studenti universitarji mill-Junior College jew MCAST bħala summer workers mal-ministeru jew aġenziji li jaqgħu taħtu dan is-sajf? Jista' jgħid kemm ġew ingaġġati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6421.

Birkirkara — Dwal biswit it-terminus tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jara li d-dwal li hemm fl-istazzjon ta' Birkirkara kif ukoll dawk li hemm biswit it-terminus tal-karozzi tal-linja fl-istess post, jerġgħu jinxtegħlu? Jaf li din iz-zona ilha fi dlam ċappa għal ġimgħat sħaħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-manutenzjoni tal-bozoz imsemmija ma taqax taħt ir-responsabilita' ta' l-Enemalta.

Enemalta — Użu ta' barge għal fuel fl-impjant tal-Qajjenza

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk għal xi perijodu matul ix-xhur li għaddew il-korporazzjoni Enemalta kenitx qiegħda tuża xi barge sabiex twassal il-fuel fl-impjant li għandha l-Qajjenza? Jekk fl-affermattiv, ta' min kienet din il-barge u x'kienu l-kondizzjonijiet tal-kuntratt ta' l-użu tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li minn naħa ta' l-Enemalta, qatt ma sar trasport ta' fuel lejn in-naħa tal-Qajjenza.

Persuni impjegati fis-Segretarjat — Ministeru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-segretarjat privat tiegħu, liema huma b'kuntratt jew sekondati minn xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern u x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1282.

Awtorita' tax-Xandir — Trasferiment ta' Radio Calypso

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamnetari 6693 li ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet indirizzata lilek u cioe' tista' tforni d-dettalji kollha dwar it-trasferiment tal-frekwenza ta' Radio Calypso u dwar il-mod ta' kif it-talba għat-trasferiment ġiet determinata mill-Awtorita' tax-Xandir?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Gozo Channel — Kiri ta' proprjeta'

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6257, jista' il-Ministru ġentilment jindika kemm tħallas fix-xahar għall-kirjiet tal-proprjetajiet imsemmija waħda waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-propjetajiet li għandha mikrija għandha l-Gozo Channel huma dawn is-segwenti:- L-Uffiċju tagħhom li jinsab f'Haywharf, Sa Maison LM7,000 fis-sena; L-Uffiċini tagħhom li jinsabu ċ-Ċirkewwa LM501 fis-sena; It-Ticket Booth taċ-Ċirkewwa LM50 fis-sena; L-uffiċini li jinsabu ġewwa Shore Street, Mgarr (Għawdex) LM3,241 fis-sena; Garaxx ġewwa Mġarr Road, Għajnsielem, li jintuża bħala workshop u store LM5,110 fis-sena. Il-Kumpannija tħallas ukoll parti mil-kera (limitat għal LM 60 fix-xahar) fuq erba' propjetajiet oħra, li jintużaw għall-akkomodazzjoni ta' xi mpjegati barranin tagħha u li jammontaw għas-somma ta' LM2,880 fis-sena.

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6625, jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?

Response (BORG, TONIO)

Qed nipprovdi l-informazzjoni li tkopri sa Lulju 2004 mitluba mill-Onorevoli Membru. Irrid niċċara li l-informazzjoni li qed nipprovdi tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti: (i) fejn l-invoice tkun diġa' waslet fil-Ministeru / Dipartiment konċernat (ii) fejn il-pagament m'huwiex qed jiġi kkontestat.

SVPR — Mediċini out of stock

Question

Jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6730 u cioe' jista' jgħid x'inhuma l-items ta' mediċini out of stock li hemm ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Impjiegi — Ħaddiema minn barra l-pajjiżi membri tal-UE

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnetari 6792 u cioe' jista' jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema minn barra l-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill-1 ta' Mejju, 2004 ġew jaħdmu f'Malta? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'inhi l-eta' medja ta' dawn il-ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor.Membru jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern peress li l-ħruġ tal-permessi tal-ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta jaqgħu taħt dan il-Ministeru.

Impjiegi — Ħaddiema minn pajjiżi membri tal-UE

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-msitoqsija parlamentari 6799 u cioe' jista' jgħid kemm jammonta n-numru ta' ħaddiema mill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill-1 ta' Mejju, 2004 ġew jaħdmu f'Malta? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'inhi l-eta' medja ta' dawn il-ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern peress li l-ħruġ tal-permessi tal-ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta jaqgħu taħt dan il-Ministeru.

Żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi Hi-Tech

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6840 u cioe' jista' jgħid x'kien l-iskop taż-żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi Hi-Tech li saru mill-ministru ta' qablu ġewwa Beijing u Shangai? Kien hemm xi follow-up għal-laqgħa li saret mill-istess Ministru maċ-China Shipping Group Company dwar is-sehem prospettiv ta' dawn ta' l-aħħar fil-Consortium li mistenni jmexxi l-Freeport Terminal?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ministru Dalli żar għadd ta' kumpanniji Ċinizi hi-tech kemm gewwa Bejing kif ukoll ġewwa Shangai, l-ewwelnett biex jara l-potenzjal ta' dawn il-kumpanniji meta qegħdin f'fażi li jippjanaw biex iwaqqfu uffiċċji barra miċ-Ċina bl-iskop li jkunu eqreb lejn swieq ġodda. Bid-dħul taċ-Ċina fid-WTO, ħafna minn dawn il-kumpanniji irrealizzaw li s-suq intern Ċiniz mhux bizzejjed u għalhekk qed iħejju strateġiji biex jattakkaw swieq ġodda, swieq aktar promettenti speċjalment fl-Ewropa, l-Afrika ta' fuq u anke fil-Lvant Nofsani. Hawnhekk Malta tista' tilgħab rwol importanti billi tattira dawk il-kumpanniji Ċinizi li qed iħejju biex jiftħu uffiċċji rappreżentativi u anke fergħat f'pajjiżna. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali u ghalhekk mhux prudenti li tingħata.

Weapons Ordinance

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex mhuwiex jikkonsulta mal-Federazzjoni Maltija ta' l-Isparar fuq l-emendi l-ġodda maħsuba għall-Weapons Ordinance? Billi l-Viċi Prim Ministru qiegħed jikkonsulta mal-Gun Owners Lobby (GOL), ma jaħsibx li jkun għaqli li jikkonsulta wkoll ma' din il-federazzjoni li hija l-unika li hija affiljata mal-Malta Olympic Committee, mal-International Sports Shooting Federation u mal-European Shooting Confederation u b'hekk għandha recognition kemm domestiku u kif ukoll internazzjonali?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma dejjem għamel fil-passat, f'tali ċirkostanzi il-Ministeru tiegħi huwa dejjem lest li jikkonsulta ma' kull min hu nvolut f'dak is-settur partikolari. Fil-fatt saret laqgħa kordjali ħafna mal-Federazzjoni Maltija ta' l-Isparar u bħalissa għaddejja konsultazzjoni kontinwa ma' din il-federazzjoni bil-għan li l-leġislazzjoni proposta tkun riżultat ta' kunses wiesgħa kemm jista' jkun.

MEPA — Applikazzjonijiet għal żvilupp

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-MEPA għall-applikazzjonijiet għal żvilupp f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament (l-ISC għaliha)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sussidji għall-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-flus ivvutati fl-aħħar budget fejn jidħlu sussidji għall-anzjani fid-djar immexxija mill-privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar budget ġew ivvutati Lm580,000 għad-djar tal-gvern immexxija mill-privat, jiġifieri ż-Żejtun u l-Bormla Home kif ukoll Lm350,000 bħala sussidju għal numru ta' sodod ġewwa residenzi ghall-Anzjani fil-privat.

Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm il-sussidju ingħata mil 1 ta' April 2004 sal-lum imqassma skond id-djar rispettivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sussidji li ngħataw mill-1 ta' April, 2004 sal-lum huma kif ġejjin:- Villa Messina 6 Casa Serena 2

Djar ta' l-anzjani — Sodod - Bormla u Żejtun

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm sodod okkupati kif ukoll kemm hemm sodod vojta ġewwa d-djar ta' l-anzjani ta' Bormla u dik taż-Żejtun?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' sodod okkupati kif ukoll dawk vojta ġewwa d-djar ta' Bormla u dik taż-Żejtun huma hekk kif ġej:- Dar Sodod Mimlija Sodod Vojta Bormla 128 2 Żejtun 164 3