Sptar Mater Dei — Kwestjoni ma' Skanska dwar xogħlijiet
Question
Peress li jidher li teżisti kwestjoni ma' Skanska dwar xogħlijiet li għad fadal fl-isptar il-ġdid, jista' il-Prim Ministru:
1) jgħid kemm jammontaw fi flus id-diskrepanzi bejn dak proġettat u dak mitlub mill-kumpannija Skanska?
2) jgħid jekk teżistix kwestjoni bejn is-supplier ta' l-apparat u FMS dwar l-istess apparat li qed jiġi provdut lill-isptar Mater Dei?
3) jgħid jekk it-tobba humiex sodisfatti bl-apparat li qed jiġi provdut skond l-istess kuntratt ta' apparat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej proċess biex jistabbilixxi l-ammont fi flus ta’ dawk il-varjazzjonijiet approvati mill-FMS fuq dan il-proġett.
Ma teżisti l-ebda kwestjoni bejn is-supplier ta’ l-apparat mediku u l-FMS. L-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-apparat saru fuq parir ta’ l-end users.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' ħlasijiet dovuti lill-supplier għall-mediċini llum u dan wara li tħallsu ammont sostanzjali riċentement?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu dawn l-ammonti dovuti fl-aħħar ta' Ġunju 2004:
LM
Għall-mediċini u strumenti mediċi
8,639,448
Għal servizzi oħra
9,550
Total
8,648,998
L-ammont li tħallas bejn Jannar u Ġunju 2004 huwa ta' Lm10,852,337.
Irridu niċċaraw li l-informazzjoni li qegħdin nipprovdu tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti:
(a) fejn l' invoice tkun diġa waslet fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi
(b) fejn il-pagament m'huwiex qed jiġi kkontestat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-passiġġieri tal-cruise liners kollha qed jiġu miġbura minn taħt il-vapuri rispettivi permezz ta' char-a-bancs eċċ, filwaqt li lura jitniżżlu barra l-gate tat-terminal?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ħal Qormi — Triq l-Iljun - xogħol fuq il-parti tal-wied
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jispiċċa x-xogħol li nbeda fuq il-parti tal-wied fl-area ta' Triq l-Iljun, f'Ħal Qormi u li jibqa' sejjer sal-Marsa?
Awtorita' tad-djar — Housing units mogħtija b'kera
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm ippjanati units (housing) li l-gvern se jagħti b'kera għal finijiet ta' social housing sa l-aħħar ta' din is-sena u fis-snin sussegwenti sa l-aħħar ta' din il-leġislatura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li hu pjanat li sa l-aħħar ta' din is-sena l-Awtorita tad-Djar tgħaddi madwar 78 fond u sas-sena 2008 tgħaddi madwar 367 fond lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jingħataw b'kera.
Jista' il-Ministru jgħid meta dawk il-persuni li kienu mpjegati mat-Tarzna u li ġew sekondati mal-Heritage Malta, se jieħdu l-benefiċċji kollha dovuti lilhom fosthom tal-ħin żejjed li ħadmu minħabba li ħadmu għan-nofs ta' nhari; l-istess bħal ħaddiema l-oħra li hemm jaħdmu mal-Heritage Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema li huma sekondati ma' Heritage Malta għal perijodu mhux definit baq għu jaħdmu fuq skeda ta' ġurnata ta' tmien sigħat xogħol (eskluż il-breaks) minn meta bdew jaħdmu ma' Hertitage Malta. Għalhekk ma hemmx lok ta' ħlasijiet żejda.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 6849, jista' il-Ministru jinformani għaliex għaddew aktar minn xahrejn u għad m'hemmx deċiżjoni anke fid-dawl li din hi triq ferm perikoluża?
Jaħseb il-Ministru li mhux ġustifikat li din id-deċiżjoni ilha pendenti għal aktar minn xahrejn?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6849.
Filwaqt li ninsab konxju mill-periklu ta' din l-imsemmija junction, s'issa l-awtorita' dwar it-trasport għadha qed tistenna risposta mid-dipartiemnt tal-kuntratti sabiex dan ix-xogħol ikun jista' isir.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li fi Triq Mdina, f'Ħaż Żebbuġ fil-viċinanza tar-roundabout li tagħti għas-Siġġiewi fuq in-naħa tas-Sapphire suite, issir pedestrian crossing għal bus stop li hemm fil-viċinanza?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien informat illi fl-area imsemmija mill-Onor. Interpellant mistennija tiġi stallata pedestrian crossing bħala parti mill-proġett finanzjat mill-fondi tal-Protokoll Taljan.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi W79 dwar il-ħtieġa urġenti li jsiru t-traffic lights fi Triq tal-Barrani (ħdejn il-junction li tagħti għaż-Żejtun), possibbli jiġi spjegat għaliex id-dipartiment tal-kuntratti ilu xhur sħaħ biex jiddeċiedi fuq dan il-kuntratt ħalli jkunu jistgħu jsiru dawn it-traffic lights?
Għaliex id-dipartiment tal-kuntratti ilu xhur sħaħ biex jieħu deċiżjoni meta f'dan il-post ġraw inċidenti, uħud minnhom fatali, u ta' kuljum qed titqiegħed fil-periklu ħajjet in-nies?
Bħala rappreżentant ta' dan id-distrett, nista’ niġi nformat għaliex dan id-dewmien u meta se jiddieciedi d-dipartiment tal-kuntratti anke għall-fatt li kull meta nagħmel mistoqsija lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq dejjem jingħad li qed jistennew risposta mid-dipartiment tal-kuntratti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nifhem id-diżappunt ta’ l-Onorevoli Interpellant għar-rigward tal-fatt li l-kuntratt tat-traffic lights fit-Triq tal-Barrani għadu ma ngħatax, nixtieq ngħarrfu li d-Dipartiment tal-Kuntratti m’għandu assolutament l-ebda tort li dan ix-xogħol għadu ma bediex.
It-tenders li ġew sottomessi biex isir dan ix-xogħol kienu għoljin meta ġew imqabbla ma’ l-istima tax-xogħol ta’ l-Awtorità Dwar it-Trasport, u kien qiegħed isir sforz biex il-kuntrattur li tefa’ l-irħas offerta inaqqas l-offerta tiegħu.
Issa li dan il-punt intlaħaq, nispera li x-xogħol ikun jista’ jsir.
MEPA — Talba għal żvilupp fi Triq il-Buttar, Wied il-Għajn
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA rċevietx xi talba għal żvilupp ta' madwar erba' sulari fi Triq il-Buttar, Wied il-Għajn f'area li hi mmarkata white area? Jekk iva, x'tip ta' żvilupp se jsir u meta daħlet din l-applikazzjoni? Il-MEPA taf li hemm oġġezzjonijiet mir-residenti ta' l-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x' aktarx l-Onorevoli Nterpellant qed jirreferi għall-applikazzjoni PA 924/04 li ġiet sottomessa fit-18 ta' Frar 2004. L-iżvilupp propost hu għal sheltered housing, u jikkonsisti fi tliet sulari. L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) rċeviet oġġezzjonijiet fuq l-iżvilupp propost. Ta min igħid li l-applikazzjoni msemmija ġiet irtirata f' Lulju 2004.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-avukati tal-Malta Maritime Authority? Jista' jispjega x'arranġamenti hemm, fis-sens min huma l-in-house lawyersu min le? Jista' jgħid u jindika x'inhuma s-salarji ta' l-in-house lawyers u kemm tħallsu fis-snin 2003 u 2004 spejjeż legali b'mod legali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-avukati ta' l-Awtorita' Marittima huma Mamo TCV. Għalkemm l-Awtorita' Marittima għandha avukat impjegat magħha, din il-persuna ma taħdimx bħala in-house lawyer iżda tagħmel xogħol ta' Assistant Registrar fid-Direttorat tal-Bastimenti merkantili.
Sena 2002/3
Spejjeż ta l-avukati Lm7845.09
Spejjeż anċillarji ta' l-ufficċju Lm 115
Spejjeż tal-qorti Lm2573.57
Sena 2003/4
Spejjeż ta' l-avukati Lm11923.11
Spejjeż anċillarji tal-uffiċju Lm 1161.52
Spejjeż tal-qorti Lm 1214.75
Malta Maritime Authority — Pilot Boat Maintenance Fund
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie kkrejat il-Pilot Boat Maintenance Fund u l-Istabilisation Fund fit-termini tal-Malta Maritime Authority Act 1991?
Jista’ jagħti rendikont dettaljat, li jkopri s-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 ta' l-introjtu u l-ħruġ tal-flejjes minn dawn iż-żewġ fondi?
Jista’ f'dan l-eżerċizzju l-Ministru jindika dettaljatament is-sors ta' l-income li jidħol f'dawn il-fondi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Pilot Launch Maintenance and Repair Fund u l-Fond ta' l-Stabbiliżżazzjoni twaqqfu bis-saħħa tar-regolamenti dwar il-Pilutaġġ u l-Irmiġġ 1975.
Minn April 2003 il-quddiem, l-uniku dħul fil-Fond ta' l-Stabbiliżżazzjoni hu dak ta' għaxra fil-mija levy fuq is-servizz ta' l-irmiġġatturi, filwaqt li l-ħruġ mill-istess fond huwa għal benefiċċju ta' l-irmiġġaturi biss.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 6118, jista' il-Ministru ġentilment jinformani jekk kienx hemm żviluppi biex titwessa' it-triq imsemmija? Billi fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari kien intqal li l-awtorita' tat-trasport kienet se tibda taħditiet mal-MEPA, jista' ġentilment jgħid jekk dawn it-taħditiet bdewx u jekk kienx hemm xi konklużjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Wara li saru t-tahdidiet bejn id-Direttorat tat-Toroq u l-Awtorita' ghall-Ambjent u l-Ippjanar, din ta' l-ahhar giet mitluba tiprepara survey tat-triq kollha sabiex ikun jista' jibda l-process ta' espropjazzjoni. Min stharrig li hamlet l-Awotira irrizulta ukoll li l-bini fi triq San Guzepp kantuniera ma Triq in-Nissieg ukoll irid jigi espropjat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid: a) x'tip ta' allowances u salarju qed jirċievi: i) Principal Permanent Secretary fl-uffiċċju tal-Prim Ministru; ii) Permanent Secretary fl-istess uffiċċju tal-Prim Ministru? b) Jekk l-allowance f'kull każ humiex inklużi għall-fini ta' komputazzjoni ta' pensjoni tas-servizz? c) Jekk l-istess prinċipji jew benefiċċji japplikawx għall-permanent secretaries f'kull ministeru/dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar is-Segretarju Permanenti Ewlieni, li qiegħed fuq skala ta’ salarju numru 1, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jara t-tweġiba li diġà ngħatat fl-1 ta’ Marzu 2004 għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4492 fejn fiha hemm id-dettalji li hu qed jitlob.
Is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li qiegħed fuq skala ta’ salarju numru 2, baqa’ jżomm l-istess kundizzjonijiet u pakkett finanzjarju li kellu bħala Segretarju Permanenti f’Ministeru ieħor.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant jaf li l-prinċipji japplikaw għal kulħadd l-istess, ikun x’ikun il-grad u tkun min tkun il-persuna. Il-benefiċċji jvarjaw skond il-grad iżda dawn huma l-istess għas-Segretarji Permanenti kollha li qegħdin fuq skala ta’ salarju numru 2 u l-allowances li jingħataw bħala performance bonus u expense allowance kemm lis-Segretarju Permanenti Ewlieni kif ukoll lis-Segretarji Permanenti, mhumiex pensjonabbli.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fl-isptar Monte Carmeli jiddaħħal is-servizz tat-telefon 800 u numru ċellulari b'xejn għall-konsulenti psikjatri, biex meta dawn jiġu ppejġjati fuq l-iskytel ikunu jistgħu jirrispondu l-isptar mill-ewwel, hekk kif hemm fl-isptar San Luqa għall-konsulenti ta' hemmhekk?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Saret talba lil Maltacom biex dan is-servizz jiġi mogħti lill-isptar Monte Karmeli bla ma n-numru jiġi pubblikat fid-direttorju. Sal-lum din it-talba għadha ma ġietx milqugħa. Jekk din it-talba ma tintlaqax din is-sistema ma tistax tiddaħal ġewwa l-isptar Monte Karmeli. Dan għaliex il-freephone ikun sar pubbliku u b'hekk l-isptar jispiċċa jħallas għal kull telefonata li ssir mill-freephone.
Awtorita' tad-djar — Bini ta' appartamenti f'Ħal Qormi
Question
Tista' il-Ministru tgħid xi pjani għandha l-housing authority għal bini ta' appartamenti f'Ħal Qormi? Liema huma l-areas maħsuba għal dan l-iskop?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li f'Mejju 2002, l-Awtorita' tad-Djar kienet issottomettiet applikazzjoni lill-MEPA għall-bini ta' 24 appartament fi Triq Valletta, Ħal-Qormi.
Ninsab infurmata wkoll li din l-applikazzjoni tinsab pendenti sakemm tittieħed deċiżjoni mill-MEPA dwar it-tqassim tat-toroq f'din il-lokalita'.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-areas mitluba għall-iżvilupp f'Ħal Qormi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Pjan Lokali Abbozz għaċ-Ċentru ta' Malta, maħruġ għall-Konsultazzjoni Pubblika f' Ġunju 2002, wera t-talbiet li kien jrċieva d-Direttorat ta’ l-Ippjanar fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex jiddaħħlu diversi biċċiet ta' art fl-Iskema tal-Bini ta' Ħal Qormi. L-areas mitluba mill-pubbliku jidhru f' Mappa Nru. 89 f' dan il-Pjan.
Tista' il-Ministru tgħid jekk ir-rapport li kellu jitlesta sal-15/7/04 dwar l-esklużjoni soċjali tlestiex? Jekk tlesta, tista' tqiegħed kopja fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rapport dwar il-Pjan Nazzjonali dwar il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali tlesta fiż-żmien stipulat u ġie ppublikat fl-4 ta' Settembru 2004.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport.
Possibbli jittieħdu passi biex jiġu mnaddfa l-inħawi ħdejn il-monument ta' l-RAF f'bieb il-Belt li hu mitluq b'siġar mejta, pajpijiet imsadda u ħmieġ ieħor?
Billi dan hu post ċentrali fejn ta' kuljum jgħaddu għadd ta' Maltin u turisti, possibbli jittieħdu passi mmedjati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inħawi msemmija jaqaw taħt ir-responsabilta' ta' l-Environmental Landscapes Consortium. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6734 dwar breakwater f'Delimara li tkisser, possibbli l-korporazzjoni Enemalta tirranġa dan il-breakwater billi hemm riskju li bil-maltemp issir ħsara lil xi opri tas-sajd ta' sajjieda Xlukkajri?
Billi fil-mistoqsija parlamentari tiegħi 6734 intqal li dan il-breakwater hu responsabbilta' tal-korporazzjoni Enemalta, possibbli jgħid jekk il-korporazzjoni Enemalta hux se tirranġa dan il-breakwater?
Response (GATT, AUSTIN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond il-liġi l-"breakwater" mhux responsabilta' tal-Enemalta.