Il-Contracts Committee tal-gvern ġie kkonsultat dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
L-Awditur Ġenerali jew rappreżentanti tiegħu kienu konsultati fit-transazzjonijiet li saru in konnessjoni max-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Jista' il-Ministru jinformani fiex waslet is-slipway immarkata biex issir f'Pembroke? Jekk hemm diffikultajiet f'dan is-sit magħżul, hemm sit alternattiv? Meta hemm il-ħsieb li ssir din is-slipway? Jekk issir, huwa l-gvern li se joħroġ il-flus?
Response (ZAMMIT, NINU)
Peress li x-xogħol/proġett indikat jeħtieġ permess mill-MEPA, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Jista' il-Ministru jinformani meta se tissewwa l-katusa tad-drenaġġ f'St. Patricks ġewwa Pembroke? Jista' il-Ministru jinvestiga peress li l-WSC qed jgħidu li ssewwiet waqt li r-residenti qed jgħidu li għada ma ssewwietx?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li meta sar 'survey' tal-main tad-drenaġġ fit-triq imsemmija permezz tal-'closed circuit television' ma nstabx li kien hemm xi katusa mkissra. Instabet ħsara f'manhole u din ġiet irranġata.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-proġett pilota ta' separazzjoni ta' l-iskart ġewwa Pembroke tkompla? Jekk iva, għaliex il-kunsill ġie mistoqsi jħallas għal 4 bring in sites u dan mill-Wasteserv?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-użu tal-Bring-in sites ġewwa l-lokalita’ ta’ Pembroke irid jinkwadra ruħu fil-programm sħiħ ta’ separazzjoni tal-iskart li l-Wasteserv se taddotta f’ Malta u Għawdex fuq numru ta’ fażijiet, anke permezz ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea.
Għaldaqstant, l-Wasteserv ħadet nota tal-punti mressqa mill-Kunsill Lokali u qablet li ma jkunx hemm tibdil għall-arranġament preżenti sakemm tinbeda l-implimentazzjoni tal-programm. Sadanittant, wieħed għandu jifhem li il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke għandu jħallas ta’ l-inqas Lm 1,500 fis-sena li kull lokalita’ għandha tħallas għas-servizz ta’ Bring-in site. Dawn il-flus huma diġa allokati għal kunsill lokali li jkun qed jipparteċipa f’ qafas reġjonali ta’ użu ta’ Bring-in sites.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħtini informazzjoni għaliex il-proġett ta' l-afforestation f'Pembroke tħalla daqshekk lura, ħlief għal tisqija? Veru li ma ngħatax tender għat-tieni darba mill-kunsill? Jista' il-gvern jintervjeni?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel partijiet tad-domanda nitlob l-Onor. Interpellant jagħmilha direttament lill-Kunsill Lokali Pembroke u l-aħħar parti lill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Medigrain kellhiex xi każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali u/jew l-Ombudsman tul dawn l-aħħar erbgħa snin? Kif spiċċaw dawn il-każi? Kemm swew (bħala kumpens) dawn il-każi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Medigrain kellha żewġ każi:
1. Il-kaz ta' Joseph Chircop quddiem il-Kummissjoni tal-Inġustizzji li ġie bonarjament miftiehem bejn
il-kumpanija u l-individwu.
Dan tħallas LM1600 fis-sena 2000.
2. Il-kaz ta' Joseph Galea (ex Foreman) quddiem l-Ombudsman rigward il-pensjoni tal-irtirar.
Dan il-kaz ma sewa ebda flus lill-kumpanija.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-weighing bridge modern li kien hemm mas-silo tal-Medigrain? X'sar mis-sistemi ta' computers li kellha l-Medigrain? Jista' jgħid jekk jeżistix inventarju ta' l-għodod li kellha l-Medigrain? X'sar minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li kemm il-Weighbridge, kif ukoll il-computers qegħdin jinżammu ġewwa Kordin Grain Terminal.
Jeżisti inventarju ta' l-għodod li kellha l-Medigrain u dawn ukoll qed jinżammu ġewwa KGT.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mill-Medigrain mill-1 ta' Jannar 2000 sa Settembru 2003, sena b'sena? X'tip ta' vettura kienu? Kemm ġiet tiswa kull vettura? X'mod intuża biex inxtraw? X'sar minn kull karozza llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fis-sena 2000 biss inxtraw vetturi: Opel Astra - LM8,680, Opel Combo - LM6,380,
Rover 75 - LM16,086.
Fis-snin l-oħra ma nxtraw l-ebda vetturi.
Il-mod li ntuża biex inxtraw - Ġie studjat x'kien jaqbel jekk hux jiġu mixtrija jew 'leased' u wara li ittieħdet id-deċizjoni (mill-Bord) li jkunu mixtrija ġie magħruf x'hemm fis-suq u l-prezzijiet qabel ma ittieħdet id-deċizjoni finali.
Ir-Rover 75 inbiegħ filwaqt li l-Opel Astra u l-Opel Combo għadhom għand il-kumpanija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-post ta' deputy chairman mal-Medigrain, sa mit-twaqqif tagħha fil-bidu tat-tmeninijiet, qatt ma kien jeżisti u nħoloq ftit ilu biss? X'kienet ir-raġuni wara din id-deċiżjoni? Min inħatar u x'salarju u benefiċċji oħra ingħata?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-post ta' deputy chairman mal-Medigrain inħoloq fl-1 ta' Awwissu 1999. Dan inħatar mill-MIMCOL.
Inħatar is-Sur Anthony Agius bis-salarju ta' Lm 4000 bil-benefiċċju li jagħmel użu minn karozza tal-kumpanija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet tammonta l-ħażna ta' ċerejali (qmuħ) fis-silos tal-Medigrain sena b'sena, minn Jannar 2000 sa Settembru 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Medigrain impurtat ammont totali ta' qmuh kif indikat hawn taħt filwaqt li ħażnet il-maġġor parti tal-qmuh ġewwa Kordin Grain Terminal. Il-Medigrain kellha kuntratt sabiex taħżen 100,000 mt ġewwa s-silos ta' KGT u l-bilanċ jinħażen ġewwa s-silos tal-Medigrain.
Il-Medigrain impurtat Total ta':
2000 166,882 mt
2001 157,768 mt
2002 150,078 mt
2003 137,386 mt
Fis-sena 2000 il-Medigrain storjat kollox ġewwa Kordin Grain Terminal sabiex isir "General Maintenance" tas-silos.
Fis-sena 2001 ġewwa l-Medigrain inħażżnu 47,130 mt
Fis-sena 2002 ġewwa l-Medigrain inħażżnu 41,502 mt
Fis-sena 2003 ġewwa l-Medigrain inħażżnu 50,096 mt
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jitnaddaf il-parkeġġ ta' fejn il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa (faċċata tal-fabbrika tal-Lowenbrau)? Jista' jgħid jekk dan it-tindif huwiex isir regolarment mid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi fi ħdan il-ministeru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-parkeġġ ta' fejn il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa, faċċata tal-fabbrika tal-Lowenbrau, jaqa' fil-konfini tal-Kunsill Lokali tal-Marsa. Nixtieq inżid li ħafna drabi d-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa jkollu jagħmel tindif ta' dan il-post peress li jirċievi diversi lmenti dwar rimi ta' skart illegali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema fondi mill-UE il-Gvern Malti applika fil-qasam tal-persuni li qegħdin ifittxu l-asil u r-rifuġjati u/jew persuni li ngħataw protezzjoni umanitarja? Jista' jagħti d-dati meta applika? Kien hemm fondi li l-Gvern seta' japplika għalihom iżda m'applikax u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-applikazzjoni fil-qasam tal-persuni li qegħdin ifittxu l-asil u r-rifuġjati u/jew persuni li ngħataw protezzjoni umanitarja, il-Gvern seta' applika għal fondi li jammontaw għal 48,000 Euro li ġew allokati lill-Malta taħt il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati (ERF), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru (2000/596/EC).
L-applikazzjoni ġiet mgħoddija lill-amministrazzjoni tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati fi ħdan il-Kummissjoni Ewropeja, Brussels, nhar id-29 ta' Settembru 2003.
Il-Gvern seta' wkoll japplika biex jikseb għajnuna finanzjarja mill-fondi tal-programm ARGO, iżda setgħa biss jagħmel hekk bi sħab ma' pajjiżi oħra.
Aktar dettalji dwar din il-possibilita' ngħataw fl-istqarrija tal-istampa numru 1352 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar it-30 t'Awissu 2004.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' l-overtime u allowances separatament lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fis-snin 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 b'dettalji tar-rank f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' overtime u allowances li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija bejn l-1996 u l-2003, huwa kif jidher hawn taħt:
Sena
Overtime
(Lm)
Allowances
(Lm)
1996
384,814
1,579,930
1997*
678,817
1,640,959
1998**
276,954
1,735,280
1999
246,586
1,440,363
2000
259,791
1,412,617
2001
441,157
1,644,988
2002
323,860
1,666,927
2003***
585,003
1,740,727
* Jinkludi l-ammont ta' overtime li nħadem fl-1996 in konnessjoni ma' l-Elezzjoni Ġenerali
** Jinkludi ħlas dovut ta' tlett xhur f'daqqa sabiex il-ħlas beda jsir xahrejn b'lura minflok ħames xhur
*** Jinkludi l-ammont ta' overtime li nħadem fl-2003 in konnessjoni ma' l-Elezzjoni Ġenerali / Referendum
Infurmat ukoll illi rendikont skond ir-rank mhux disponibbli.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw work permits lil ċittadini mill-UE fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (sal-31 ta' Awissu)? Għal liema jobs applikaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li qabel l-1 ta' Mejju 2004 ma kinitx issir distinzjoni bejn ħaddiema ċittadini Ewropej u oħrajn. Lista ta' persuni li lilhom inħarġilhom work permit qabel din id-data kienet tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern kull l-ewwel Tnejn ta' kull xahar. Mill-1 ta' Jannar 2002 din il-lista qegħda tidher fuq il-website tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. F'din il-lista jkun hemm l-isem tal-persuna konċernata, ma' min taħdem, x'tagħmel u d-data tal-validita' tal-permess.
Dwar il-jobs li għalihom applikaw ċittadini mill-Unjoni Ewropea u n-numru ta' applikazzjonijiet bejn l-1 ta' Mejju u l-31 ta' Awissu 2004 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6991.
Pulizija — Applikazzjoni għal visa minn persuni Russi u Ukrajni
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn ċittadini Russi u Ukrajni li applikaw u ngħataw visa matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (sal-31 ta' Awissu)? Jista' jgħid għal kemm minnhom ġiet estiża l-visa aktar minn darba? X'inhi l-eta' medja ta' l-applikanti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' ċittadini Russi u Ukrajni li applikaw u ngħataw visa matul is-snin 2000 - 2004 kien kif ġej:
Russi
Ukrajni
2000
13,581
2,034
2001
15,876
2,787
2002
19,808
3,859
2003
19,652
3,509
2004
17,610
2,963
Ninsab infurmat ukoll illi l-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il intervent sar mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (sal-31 ta' Awissu)? Kemm hu l-complement tad-dipartiment u kif inhuma mqassmin it-taqsimiet? Jista' jgħid kif jaħdmu x-shifts f'kull taqsima? Kemm ingħata overtime lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (sal-31 ta' Awissu)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għamel dawn l-interventi:
Sena 2001 – 5177
Sena 2002 – 5042
Sena 2003 – 5832
Sena 2004 (sal-31 ta’ Awissu) - 4308
Il-
complement
tad-dipartiment sa' l-aħħar ta' Awissu 2004 kien ta' 126 persuna. Dan l-ammont jinkludi l-impjegati kollha. Fost dawn l-impjegati insibu dawk bl-uniformi (
firemen
), li huma mqassmin hekk skond il-grad tagħhom: 7
Station Officers,
13
Leading
Assistance & Rescue Officers
u 82
Assistance & Rescue Officers
. Fit-taqsimiet rispettivi insibu dawn l-uffiċċjali:
Marine Unit
: 1
Station Officer,
1
Leading A.R.O.,
11
A.R.O.s.
Corradino
: 1
Station Officer,
3
Leading A.R.O.s,
13
A.R.O.s,
1
Pol. Const
.
Floriana
: 1
Station Officer,
2
Leading A.R.O.s,
14
A.R.O.s.
Hal Far
: 1
Sation Officer,
2
Leading A.R.O.s,
13
A.R.O.s.
Xemxija
: 1
Station Officer,
2
Leading A.R.O.s,
13
A.R.O.s.
Gozo
: 1
Station Officer,
13
A.R.O.s.
Ta' Kandja/Control Room
: 1
Station Officer,
3
Leading A.R.O.s,
2
A.R.O.s,
2
Senior Tradesmen,
1
Pol. Sgt.,
1
Pol Const.
2
A.R.O.s
jinsabu bl-
unpaid leave
u 1
A.R.O.
jinsab sospiż.
L-ammont ta'
overtime
li tħallas matul is-snin imsemmija kien kif ġej:
1997 Xejn
1998 Lm199
1999 Lm220,096 (li jinkludi wkoll
allowances
imħallsa matul is-sena)
2000 Lm236, 991 (li jinkludi wkoll
allowances
imħallsa matul is-sena)
2001 Lm118,329
2002 Lm126,035
2003 Lm128,956
2004 (sa' 31/8) Lm100,664
Pulizija — Bastimenti li jaslu bihom il-klandestini
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jsir mill-bastimenti li jaslu bihom il-klandestini? Dawn qed jinżammu x'imkien jew qegħdin jinbiegħu lil terzi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-dgħajjes imsemmija mill-Onorevoli Interpellant qed ikunu miżmuma għand il-Martime Squadron tal-Forzi Armati ta' Malta.