Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-Saħħa — Persuni nfettati bil-Hepatitis C

Question

Jista' il-Ministru jgħid bħalissa kemm hawn nies, nisa u rġiel, li huma effettwati bil-Hepatitis C (HCV)? Dawn huma kollha Maltin? Jista' jgħid ukoll jekk din il-marda tiġix biss mill-użu ta' siringi minn aktar minn persuna waħda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1996 sa llum kien hemm 14-il każ ta' Epatite Ċ akuta (acute Hepatitis C) nnotifikati lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, kif ġej: Sena Numru ta' Notifiki 1996 2 1997 7 1998 2 1999 2 2000 0 2001 0 2002 1 2003 0 Total 14 Minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita' u biex nipproteġu lill-individwi, informazzjoni fuq in-nazzjonalita' u s-sess ma tingħatax. Il-mod prinċipali li tiġi trasmessa l-Epatite Ċ huwa mill-użu ta' siringi minn aktar minn persuna waħda. Id-demm kollu li jintuża għat-trasfużjonijiet jiġi ttestjat għall-Epatite Ċ. L-Epatite tista' tiġi trasmessa wkoll waqt is-sess u mill-omm għat-tarbija waqt il-ħlas.

Skejjel ta' l-Istat — Letteratura Ingliża

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6588, jista' il-Ministru jgħid kemm mill-1,337 subien u 1,637 bniet ġejjin mill-iskejjel ta' l-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Mejju 2004, l-eżami tal-letteratura Ingliża fil-livell tas-Sec resqu għalih 417 subien u 884 bniet mill-iskejjel ta' l-Istat u 720 subien u 753 bniet mill-iskejjel tal-Knisja, skejjel Indipendenti u kandidati privati.

Anzjani — Talba għal dħul f'Imtarfa Home

Question

B'riferenza għat-talba urġenti tal-persuna li isimha qed jintbagħat separtament, jista' il-Ministru jara li tiġi akkomodata f'Imtarfa Home m inħabba li l-flus mhux iservuha biex tibqa' fil-home attwali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-qagħda finanzjarja tal-pazjent ma titqies bħala wieħed mill-kriterji prinċipali meta tiġi evalwata t-talba għad-dħul f'dar ta' l-anzjani. Il-qagħda soċjali u medika huma l-aktar kriterji ikkonsidrati.

Razzett tal-Ħbiberija

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'għajnuna se tagħti lir-Razzett tal-Ħbiberija għas-sena skolastika li jmiss? Il-Ministru hija nformata li din l-organizzazzjoni għandha diffikultajiet finanzjarji anke minħabba l-fatt li tagħti s-servizzi tagħha b'xejn inkluż lill-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-flus mgħotija lill-NGOs mill-Vot bħala sapport għal dawn l-organizzazzjonijiet jkopru sena kalendarja. Għal din is-sena kalendarja li qegħdin fiha, l-organizazzjoni ndikata mill-Onor. Interpellant ingħatat is-somma ta' Lm5,000. Din l-allokazzjoni, bħal l-allokazzjonijiet l-oħra kollha mogħtija minn dan il-Vot, issir fuq rakkomandazzjoni ta' Projects Selection Committee maħtur apposta, wara li dan il-kumitat jevalwa t-talbiet mid-diversi organizzazzjonijiet volontarji u fid-dawl tal-flus disponibbli għal dan l-iskop kif ivvutati minn dan il-Parlament.

Marsa — Drenaġġ ġewwa residenza privata

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6749, jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li resident li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għamel lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li minn analiżi ta' l-ilma in kwistjoni li sar mill-Korproazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma fid-29 ta' Lulju 2004, rriżulta illi dan hu x'aktarx ilma tad-drenaġġ. Madankollu meta l-Uffiċċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma spezzjonaw il-main tad-drenaġġ f'Zerafa Street, Marsa ma nstabet ebda ħsara. Jidher li l-investigazzjoni għandha titkompla billi l-ispetturi tas-Sanita' jispezzjonaw il-house mains u s-sufuni privati tad-djar fit-triq biex ikun stabbilit jekk l-ilma in kwestjoni hux riżultat ta' ħsara f'dawn il-katusi privati.

Djar — Każ dwar rekwiżizzjoni ta' fond

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex rekwiżizzjonat? Jekk fl-affermattiv, ħarġet id-derequisition?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-fond indikat għadu rekwiżizzjonat.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li raġel marid li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jgħix waħdu f'dar mingħajr servizz ta' dawl u ilma u strutturalment perikoluż ġewwa Bormla, jingħata post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.

Djar — Xogħlijiet f'residenza privata

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-awtoritajiet se jibdew ix-xogħol ta' bdil ta' soqfa, sistema ġdida ta' dawl, bdil ta' aperturi u tqegħid ta' madum fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif diġa' intqal fi Tweġiba preċedenti dwar il-fond indikat mill-Onor. Interpellant, il-ħsarat f'dan il-fond mhumiex limitati biss għal dawk indikati f'din il-Mistoqsija iżda jirrikjedu li prattikament jitwaqqa' u jinbena mill-ġdid. Ninsab infurmata li għad ma teħditx deċiżjoni dwar meta ser jinbdew dawn ix-xogħolijiet estensivi.

Djar — Servizz ta' care & repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mis-servizz ta' care & repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fir-residenza ndikata mill-Onor. Interpellant mistennija jinbdew wara li toħroġ sejħa għall-offerti għal dan l-iskop.

Birgu — Problema tad-drenaġġ f'residenza privata

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2762, jista' il-Ministru jgħid x'tama hemm li xi darba tiġi solvuta l-problema tad-drenaġġ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha tbati minnha għal aktar minn tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li wara spezzjoni fuq il-post li għaliha kien preżenti Inġinier tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Ispettur Sanitarju tal-inħawi, kien konkluż illi l-problema ġejja minn ħsara f'sufun (intercepting chamber) privat fi Triq La Vallette li tiġi 'l fuq minn Triq Skolastika. L-Awtoritajiet Sanitarji issa se jieħdu passi biex din il-ħsara tissewwa mis-sid privat ta' dan is-sufun. Inżid ngħid illi rigward is-survey li kien sar mill-Korporazzjoni permezz tas-CCTV, dan ma kkonermax li hemm ħsara fil-mejn pubbliku kif ġie allegat.

Qrati — Awla tal-Maġistrat Mizzi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk il-kaġun tal-ħruq estensiv li ħakem l-awla tal-maġistrat Mizzi fil-bini tal-qorti kienx doluż jew kolpuż? L-inkjesta maġisterjali għadha għaddejja jew le?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inkjesta maġisterjali li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant għadha għaddejja, u għalhekk m'hemmx aktar informazzjoni x'tingħata f'dan l-istadju.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Detenuti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' detenuti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin maqsumin skond dawk sentenzjati u dawk le, skond dawk Maltin u dawk barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' detenuti fis-16 ta' Awissu 2004 kien ta' mitejn u tmenin (280). Dawn kienu mqassma kif ġej:- 180 Maltin - 140 sentenzjati, 40 taħt arrest preventiv 100 Barranin - 59 sentenzjati, 41 taħt arrest preventiv.

Servizz Ċivili — Sahra waqt il-half days

Question

Huwa possibbli għall-Prim Ministru li jikkwantifika l-ispiża ta' overtime imħallas lill-impjegati tas-servizz pubbliku dovut għall-half days, mis-sena 2000 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-overtime imwettaq fix-xhur li fihom l-impjegati tas-Servizz Pubbliku jaħdmu bil-half days huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Dan l-overtime ikun hemm bżonnu minħabba raġunijiet varji bħal xogħol urġenti li jinqala’ minn żmien għal żmien u xogħol ieħor li minħabba n-natura tiegħu jinħtieġ sigħat itwal biex jitwettaq. Sena Lulju (Lm) Awissu (Lm) Settembru (Lm) 2000 648,479 633,797 582,470 2001 691,317 743,742 718,863 2002 748,441 625,762 668,762 2003 614,238 563,898 526,155 2004 476,125 N/A N/A

Proġetti ta' tisbiħ

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' flus li kull proġett ta' tisbiħ jew titjib sewa lill-gvern din is-sena lokalita' b'lokalita'? Liema huma dawk il-lokalitajiet li bħalissa għadu għaddej ix-xogħol fuqhom? F'kull każ, minn liema dipartiment jew entita' huma l-ħaddiema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-nefqa ta' flus fuq proġetti ta' tisbiħ jew titjib matul din is-sena huma stmati li swew kif jidher fil-lista ta' hawn taħt:- Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq, Valletta Lm250,000 Dawret il-Gżejjer, Buġibba Lm275,000 Bajja ta' San Tumas, Marsascala Lm 45,000 Paceville Lm800,000 Proġett tax-Xarolla, Żurrieq Lm 90,000 Dawn il-figuri jindikaw il-ħlasijiet fuq materjal, kuntratti, overtime, xogħol tal-MSD u pagi tal-ħaddiema tal-Gvern li ħadmu fuq dawn l-istess proġetti. Bħalissa għaddej xogħol fuq dawn il-proġetti:- Ċentru tar-Raħal, Ħal Safi Xogħol ta' pavimentar fl-Imdina It-tieni fażi tal-proġett tal-pjazza tal-Mellieħa Xogħol ta' tisbiħ f'Misraħ Paolino Vassallo, Bormla Il-ħaddiema li qed jaħdmu f'dawn il-proġetti huma mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Fil-każ tal-proġett ta' l-Imdina hemm ukoll ħaddiema tal-kuntrattur privat involuti fit-tqegħid tal-pavimentar.

Librerija pubblika — Xiri ta' kotba

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' flus minfuqa din is-sena fuq xiri ta' kotba ġodda mil-librerija pubblika u minn kull waħda mil-libreriji reġjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Librerija Pubblika Ċentrali matul l-2004 sa Awissu 2004, nefqet l-ammont ta' Lm4151.46 f'kotba ġodda. Informat ukoll li l-Librerija reġjonali li minnhom hawn sebgħa (B'Kara, Mosta, Rabat, Birgu, Paola, Qormi u Luqa) nefqu l-ammont ta' Lm300 kull wieħed f'kotba ġodda, għal total ta' Lm2100.

Libreriji lokali — Xiri ta' kotba

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' flus minfuq fuq xiri ta' kotba din is-sena mil-libreriji lokali b'mod nazzjonali u mil-libreriji fir-Raba' Distrett, lokal b'lokal, b'mod partikolari?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus minfuq mill-Kunsilli Lokali fuq xiri ta' kotba din is-sena għal-Libreriji Lokali b'mod nazzjonali skond l-informazzjoni mogħtija sal-lum hu ta' Lm7,667. L-ammont ta' flus minfuq għal-Libreriji Lokali fir-Raba' Distrett hu kif ġej: Gudja : l-ebda risposta mingħand il-Kunsill Marsa : l-ebda devoluzzjoni ta' Librerija Lokali Paola : l-ebda devoluzzjoni ta' Librerija Lokali Santa Luċija : l-ebda devoluzzjoni ta' Librerija Lokali Tarxien : l-ebda devoluzzjoni ta' Librerija Lokali
Leg 10 PQ #7096 Sitting 165 2004-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tal-proprjetajiet kollha li ġew ikkonsidrati mit-technical team li kien responsabbli għall-għażla ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7097 Sitting 165 2004-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku li ħejja dan it-technical team inkonnessjoni max-xiri ta' Dar Malta fi Brussels? X'data jġib dan ir-rapport?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7098 Sitting 165 2004-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dar Malta fi Brussels — Bini ta' penthouse fl-istess bini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li f'xi stadju jew ieħor kien qed jiġi kkontemplat li jinbena pent house għar-rappreżentant permanenti Malti fl-istess bini ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi din hija materja li tirrigwarda l-propjeta' u l-istruttura tagħha, nitolbok li tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7099 Sitting 165 2004-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

Speċifikament l-Avukat Ġenerali ġie kkonsultat dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels u jekk iva, meta? Id-dipartiment ta' l-artijiet jew il-ministeru konċernat ġew ikkonsultati wkoll?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.