Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #7102 Sitting 166 2004-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

Mir-riċerki li għamlu n-nutara tal-Gvern Malti, jista' il-Ministru jgħid meta nxtrat Dar Malta mill-bejjiegħa li biegħu il-proprjeta' lill-Gvern Malti u b'kemm inxtrat dakinhar? Jista' jgħid jekk skond rapporti li dehru fl-istampa, il-Gvern Malti kienx soġġett għal każ ta' spekulazzjoni fil-proprjeta'?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7103 Sitting 166 2004-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Missjoni Maltija għall-UE — Staff list

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-istaff list tal-Missjoni Maltija għall-UE fi Brussels bil-job descriptions tagħhom? Kemm minnhom huma b'kuntratt definit? Kemm minnhom kienu jaħdmu mal-MIC? Kemm minnhom kienu jaħdmu ma' awtoritajiet oħrajn u aġenziji tal-Gvern Malti qabel ġew ingaġġati? Kemm minnhom intgħażlu mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin? Kemm minnhom huma serving civil servants? Minn min saret l-għażla tal-personnel konċernat? Huwa minnu li r-rappreżentant permanenti għandu poter ta' hire and fire u allura għandu fakulta' li jibgħat lura Malta lil kull min ma jkunx qed jilħaq il-livell ta' performance mitlub minnu? Min hu in charge tal-Human Resources fi ħdan il-Missjoni Maltija għall-UE fi Brussels?

Response (FRENDO, MICHAEL)

B'riferenza għall-Mistoqsija li għamel l-Onorevoli Membru qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi t-tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-istaff list tar-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea. Inżid ngħid illi jiena nfurmat li mill-impjegati kollha tar-Rapprezentanza Permanenti ħadd minnhom ma kien jaħdem ma' l-MIC u illi persuna minnhom ħadmet għal perjodu ta' zmien ma' awtorita' tal-Gvern. L-għazla għall-impjegati tar-Rappreżentanza Permanenti hija tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħlief għal dawk l-impjegati li ġew appuntati fil-pożizzjoni ta' Technical Attache' illi jiġu magħżula mill- Ministeri individwali skond proċeduri stabbiliti. Ir-Rappreżentant Permanenti m'għandux il-poter ta' hire and fire li qiegħed jalludi għalih l-Onorevoli Membru. Il-persuna responsabbli għar-riżorsi umani fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti huwa is-Sur Victor Grech.
Leg 10 PQ #7104 Sitting 166 2004-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dar Malta fi Brussels — Hi-tech security systems

Question

Mill-istimi li għamel il-gvern, jista' il-Ministru jgħid kemm hu mistenni jonfoq fuq l-ambaxxata Maltija għall-UE f'Dar Malta fi Brussels in konnessjoni ma' l-istallar ta' hi-tech security systems, IT, telecommunications infrastructure u furniture and fittings - separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

In konnessjoni ma' l-istallar ta' hi-tech security systems, IT, telecommunications infrastructure u furniture and fittings, il-Ministeru għadu qiegħed jiġbor l-informazzjoni meħtieġa.
Leg 10 PQ #7105 Sitting 166 2004-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dar Malta fi Brussels — Refurbishing costs

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra estimi dettaljati tar-refurbishing costs li mistennija jsiru fuq Dar Malta fi Brussels qabel ma din tkun tista' issir operational?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7106 Sitting 166 2004-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kien responsabbli għall-valwazzjoni tal-proprjeta' Dar Malta fi Brussels? Kemm tħallsu dawn id-ditti/aġenziji/individwi barranin u/jew Maltin?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7107 Sitting 166 2004-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Rappreżentant permanenti Malti fi Brussels

Question

Il-gvern għandu xi obbligi kuntrattwali jekk il-kuntratt li għandu r-rappreżentant permanenti attwali fi Brussels jiġi mitmum qabel iż-żmien u jekk iva, x'inhuma?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk il-kuntratt li għandu r-Rappreżentant Permanent attwali fi Brussell jiġi mitmum mill-Gvern qabel iż-żmien, skond artiklu 12, ir-Rappreżentant Permanenti jkun intitolat għal perjodu ta' notice ta' tlett xhur jew ħlas ta' tlett xhur salarju bir-rati li l-uffiċċjal ikun intitolat għalihom bħala residenti barra minn Malta. Bl-artiklu 14, jekk ikun hemm bdil ta' Gvern jew ta' Prim Ministru jew tal-Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin, meta l-uffiċċjal huwa mistenni li joffri r-riżenja tiegħu u l-kuntratt jista' jiġi terminat immedjatament. F'dan il-każ l-uffiċċjal ikun initolat għal terminal benefit ekwivalenti għal xitt xhur paga.

Medigrain — Refurbishment tas-silos

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali sena b'sena, mill-1 ta' Jannar 2000 sa l-aħħar ta' Diċembru 2003: a) sabiex sar refurbishment tas-silos tal-Medigrain; b) fi bdil ta' parts ta' makkinarju fl-istess Medigrain; c) f'materjal għat-tibjid fl-istess Medigrain; d) f'apparat ta' air conditioning fil-Medigrain?

Response (GATT, AUSTIN)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 7307 ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta' spejjeż għall-manutenzjoni u tiswijiet kienet kif ġejja - 2000 2001 2002 2003 LM LM LM LM Manutenzjoni u tiswijiet 20,779 9,576 3,725 3,070 Airconditioning - 200 192 -

Medigrain Ltd — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tal-Management u l-ħaddiema kollha li kien hemm impjegati mal-Medigrain Ltd. kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' ukoll jgħid x'kienu s-salarji ta' kull individwu kull sena matul l-istess perijodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Medigrain — Kontrollur finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Medigrain kellhiex kontrollur finanzjarju kwalifikat matul dawn l-aħħar snin? Min kien u kemm serva?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-Sur Alex Agius F.I.A., C.P.A.A, MBA (Henley) kien appuntat bħala l-Financial Controller tal-Medigrain f'Ġunju 2001. Sal-lum għadu jaqdi dawn ir-responsabbiltajiet.

Korp tal-Pulizija — Supretendenti u spetturi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jżid in-numru ta' supretendenti u spetturi fil-korp tal-pulizija fil-ġejjieni qarib?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tqassim tal-membri tal-Korp isir skond l-eżiġenzi tal-Korp u n-neċessitajiet oħra li jkun hemm bżonn.

Ħaż-Żebbuġ — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu ħsieb li l-għassa tal-pulizija ta' Ħaż-Żebbuġ tkun miftuħa aktar ta' spiss billi qegħdin jasluli ilmenti mingħand ċittadini Żebbuġin li ħafna drabi jkollhom jinżlu l-għassa ta' Ħal Qormi biex jinqdew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-Għassa tal-Pulizija msemmija mill-Onorevoli Interpellant qed ikun hemm dettaljat kuntistabbli regolarment. Ikun hemm drabi fejn ikun hemm ukoll surġent. Madankollu, jista' jkun hemm drabi fejn l-eżiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-Pulizija li jkunu għassa joħorġu fuq xogħol, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq f'dawk il-ħinijiet.

Ħaż-Żebbuġ — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu ħsieb li jżid il-complement tal-pulizija fl-għassa ta' Ħaż-Żebbuġ u li jiżdiedu l-patrols tal-Vice Squad billi l-problema tad-droga f'Ħaż-Żebbuġ hija sostanzjali u magħrufa minni personalment mill-kuntatt professjonali u politiku li għandi f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7333, ninsab infurmat illi t-Taqsima ta' kontra d-droga tal-Pulizija regolarment tagħmel, u ser tkompli tagħmel, ronda f'Ħaż Żebbuġ kif ukoll fl-inħawi tal-madwar, l-aktar f'postijiet fejn ikun hemm suspett li jkun qed isir xi abbuż ta' droga.

CCF — Sejba ta' droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba nstabet id-droga fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (sal-31 ta' Awissu)? Mill-investigazzjonijiet li saru qatt irriżulta kif fil-fatt id-droga sabet ruħha fil-ħabs? U jekk iva, x'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

B'żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2563, ninsab infurmat illi bejn Jannar 2004 sa l-aħħar ta' Awissu 2004 kien hemm ħdax (11)-il sejba ta' materjal suspettuż ġewwa l-Ħabs. Kien hemm każi meta l-materjal suspettuż instab fuq viżitaturi waqt li tkun qed issirilhom tfittxija qabel ma jidħlu fis-sala tal-viżti, kif ukoll f'oġġetti li viżitaturi jkunu ġabu biex jingħataw lill-priġunieri. F'kull każ saret inkjesta maġisterjali.

Qrati — Kawżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif ġew assenjati l-kawżi fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u fil-Qorti tal-Familja b'indikazzjoni ta' l-ismijiet ta' l-imħallfin fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (sal-31 ta' Awissu)? Kemm ġew deċiżi kawżi minn kull imħallef u kemm hemm każi pendenti quddiem kull imħallef fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (sal-31 ta' Awissu)?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni kollha minnu mitluba tista' faċilment tinkiseb mis-sit www.justice.gov.mt taħt Statistics li tinsab f'Court Services. L-istatistika tinkludi kemm kawżi Ċivili kif ukoll dawk Kriminali u tinkludi kawżi pendenti, introdotti u maqtugħa (deċiżi) għal kull Qorti u għal kull ġudikant. L-istatistika tmur lura sal-2000 u hija aġġornata sa Awissu 2004. Kopja qegħdha tiġi hawn annessa.

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Peress li jidher li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hija nkwetata minħabba l-assenteiżmu fis-sena skolastika li għaddiet, jista' il-Ministru jgħid x'se jsir matul din is-sena biex isir sforz ħalli dan jitnaqqas? Kemm fil-fatt kien l-ammont ta' tfal li m'attendewx l-iskola fis-sena skolastika li għaddiet f'kull livell?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni isostnu li anke jekk tifel jew tifla waħda jfallu mill-iskola din hija raġuni biżejjed biex wieħed jinkwieta. Bħalissa qed nieħu passi biex naġġorna l-policy u l-azzjoni f'dan is-settur. Ser inwaqqaf 'School Attendance Improvement Taskforce'. L-objettiv ewlieni ta' dan it-taskforce huwa li janalizza s-sitwazzjoni ta' l-assenteiżmu f'pajjiżna, jipproponi pjan straġetiku u linji ta' gwida konkreti ta' azzjoni għall-iskejjel. Huwa l-ħsieb li dan ix-xogħol ikun lest sa nofs is-sena d-dieħla. Sadanittant ix-xogħol tal-ħaddiema soċjali fl-iskejjel ikompli. Barra minn hekk huwa wieħed mill-għanijiet prinċipali tas-servizz għall-istudenti fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jgħinu l-istudenti ta' eta obbligatorja jattendu l-iskola f'aħjar kundizzjonijiet possibli. Kull xahar, l-iskejjel jirrapurtaw dawk l-istudenti kollha li jkunu fallew l-iskola, mingħajr raġuni valida. Is-Sezzjoni ta' Ħidma Soċjali fl-Iskejjel tara li l-istudenti jattendu l-iskejjel regolarment. Minn naħa tagħhom il-ħaddiema soċjali jagħmlu l-interventi neċessarji, skond il-każ li jkun. Dan permezz ta' żjarat fid-djar u fl-iskejjel, laqgħat mal-ġenituri u t-tfal fl-iskejjel u kif ukoll fid-Dipartiment. Dawn l-interventi huma kollha mmirati sabiex: joħolqu iżjed għarfien qalb in-nies, dwar l-importanza tal-edukazzjoni. Il-Ħaddiem Soċjali jkun jista' jara' xi jkun qiegħed ifixkel lill-ġenituri, milli jibgħatu l-uliedhom l-iskola. Il-Ħaddiem Soċjali juża l-mezzi kollha possibli, sabiex jgħin lill-familja issolvi, jew ittaffi, dawn il-problemi. Meta l-ġenituri/studenti ma jikkoperawx, u l-assenteiżmu, mingħajr raġuni valida jkompli, jittieħdu passi fil-konfront tal-ġenituri. Sena Skolastika 2003-2004 Informat li n-numru ta' każijiet ta' studenti li ġew irraportati li fallew anke ġurnat waħda mill-iskejjel tal-Gvern (Malta u Għawdex) hu kif ġej: Skejjel Primarji 2,035 Skejjel Sekondarji 7,076 Liċej 1,363 Għandu joħroġ ċar li l-istatistika kkwotata ma tfissirx li l-istudenti kollha kienu assenti mill-iskola għall-żmien twil. Filwaqt li numru min dawn huma 'habitual absentees', pero l-maġġoranza jkunu tilfu xi ġurnata jew tnejn skola mingħajr raġuni valida u jiġu rrapurtati.

Birżebbugia — Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan biex jingħalqu l-operazzjonijiet tal-korporazzjoni Enemalta f'Birżebbugia? Min fejn huwa propost li topera?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat illi t-trasferiment tal-"Petroleum Division" ta' B'Bugia għall-post il-ġdid f'Ħas Saptan, għadu fill-fażi inizzjali tiegħu. Għalissa, l-applikazzjoni flimkien mas-'site plans' ġew sottomessi lill-MEPA.

Qrati — Sentenza dwar klinika involuta f'każ ta' DNA

Question

Peress li l-imħallef l-Onor. Ray Pace fit-30 ta' Ġunju f'sentenza li ta fil-Qorti tal-Familja talab lill-pulizija tinvestiga l-operat ta' ċerta klinika fejn l-imħallef qal li ma mxietx b'etika f'każ tad-DNA, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-fatt saritx din l-investigazzjoni? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Il-każ qed jiġi studjat u jekk ikun hemm lok għal xi proċeduri dawn jittieħdu.

Korp tal-pulizija — Ħatra ta' surġenti maġġuri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5088, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi progress kien hemm fil-ħatra ta' surġenti maġġuri fil-korp tal-pulizija peress li dan il-proċess ilu jkarkar żmien twil?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5088, għadha tgħodd.