Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet fuq il-pulmun

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fuq il-pulmun fl-Isptar San Luqa bejn l-2002 u l-2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward operazzjonijiet fuq il-pulmun ġiet miġbura mis-Surgical Operations Register, ta' l-isptar San Luqa għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. It-tabella ta' hawn taħt turi ċifri ta' l-informazzjoni rikjesta. Source: Surgical Operations Register SLH 'SURGERY' SPECIFIC TO LUNG ONLY Note: A patient may have >1 procedure in a given episode Year: PQ No.: 27521 Total No of Lung 'Procedures' Of the Total: No. of 'Procedures' for age group 40 to 60 yrs 2002 25 5 2003 29 11 2004 35 11 2005 32 6 2006 35 11 Il-proċeduri mniżla hawn fuq jinkludu operazzjonijiet ta' Apicetomies, Pneumonectomies, Lobectomies, Decortication of lung tissue, biopsies and excisions etc.

Popolazzjoni f'Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni f'Malta u Għawdex ta' nies li għandhom bejn 40 u 60 sena? Kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-popolazzjoni f’Malta u Għawdex ta’ nies bejn l-40 u s-60 sena hija ta’ 122,977 maqsuma f’61,830 Rġiel u 61,147 Nisa. Dawn huma figuri proviżorji meħuda mid-Demographic Review 2006.
Leg 10 PQ #27529 Sitting 558 2007-10-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Decompression chamber

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed jingħata s-servizz tad-decompression chamber fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jekk fl-affermattiv, meta beda jingħata u kemm pazjenti bbenefikaw minn dan is-servizz? Jekk fin-negattiv, għaliex għadu ma bediex jingħata s-servizz u meta hu mistenni li jibda jingħata? Kemm għaddasa ġew trasferiti għall-kura fil-hyperbaric unit ta' l-isptar San Luqa f'Malta minn Novembru tas-sena l-oħra 'l hawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta moghtija ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27075. Dwar l-ahhar domanda r-risposta hija tlieta.
Leg 10 PQ #27530 Sitting 558 2007-10-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Toroq Xlendi u Ta' Pinu

Question

Tista' l-Ministru tgħidli meta ħarġu l-offerti għal xogħlijiet fit-triq tax-Xlendi u fit-triq ta' Pinu? Għal xiex inhuma dawn l-offerti? X'inhuma x-xogħlijiet li se jsiru u kemm hu stmat li se jiswew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi prezentament ma hemmx tenders ippubblikati ghal dawn it-toroq.
Leg 10 PQ #27532 Sitting 558 2007-10-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Asfaltar ta' toroq

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25899 dwar asfaltar ta' toroq residenzjali, tista' l-Ministru tgħidli fiex wasal ix-xogħol issa fuq kull triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.

Proġetti f'Għawdex — Skeda ta' pagamenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħidli x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulat f'kull kuntratt li sar mal-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programmazzjoni 2004-2006 u taħt il-programm ta' pre-adeżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tigħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex — Xiri ta' karozzi

Question

B'riferenza għat-tweġibiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsijiet parlamentari numri 23726 u 25904 dwar xiri ta' karozzi, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li x-xiri taż-żewġ karozzi kien skond Ċirkolari Nru. 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #27537 Sitting 558 2007-10-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26767, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub u li tliet xhur ilu qalet li kien qed jinġabar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni ghadha qed tingabar u risposta tinghata f'seduta ohra.

Storbju eċċessiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Storbju eċċessiv

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu mill-pulizija dwar ilmenti ta' storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub sas-siegħat bikrin ta' filgħodu f'ittra datata 9/03/2007 lill-Kummissarju tal-Pulizija mingħand il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament, peress li għaddew l-ġimgħat u x-xhur u l-istorbju eċċessiv għadu hemm u l-pulizija tgħid li ma tistax tieħu passi biex twaqqaf dan l-istorbju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tal-Qawra tagħmel rondi speċifiċi sabiex persuni li jiġġestixxu bar bħal Queen's Head Pub jimxu mal-liġi u fejn ikun hemm ksur ta' liġi dan jiġi mwaqqaf. Infurmat ukoll illi minn mindu ntbagħtet l-ittra fid-9 ta' Marzu, 2007, sid il-bar imsemmi nħarġulu 5 akkużi relatati ma daqq ta' mużika. Ta' min jinnota illi l-ilmenti li waslu lill-Pulizija tal-Qawra fl-eqqel tas-Sajf dwar daqq eċċessiv minn l-istess bar, daħlu b'mod anonimu u qatt ma kienu fis-siegħat bikrin ta' filgħodu iżda l-iktar bejn it-8.30pm u l-11pm.
Leg 10 PQ #27570 Sitting 558 2007-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

America's Cup

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemm xi ħsieb li Malta toffri lilha nnifisha biex xi edizzjoni futura tal-America's Cup tiġi organizzata minn hawn? X'passi konkreti qed jittieħdu dwar dan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F'dan l-istadju qed ikun ikkunsidrat x'ikunu l-implikazzjonjiet kollha mil-lat ta' riżorsi meħtieġa qabel ma Malta tkun tista' toffri lilha nfisha għal dan l-iskop.
Leg 10 PQ #27571 Sitting 558 2007-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Proġetti finanzjati mill-UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti finanzjati minn fondi ta' l-UE fil-qasam turistiku se jsiru matul is-sena 2007? Jista' jgħid meta se jibdew u meta mistennija jintemmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2007, qed jitkomplew il-proġetti finanzjati minn fondi ta’ l-UE mill-programm 2004-2006. Fost dawn il-proġetti, qed jiġi finalizzat il-proġett Tourism and Support Services Training Programme, u qed jitkompla l-proġett ta’ konservazzjoni f’Haġar Qim u l-Mnajdra, li huwa proġettat li jitlesta fl-2008. Rigward proġetti li qed nitolbu li jiġu finanzjati mill-fondi strutturali mill-programm 2007-2013 ta’ l-UE, l-applikazzjonijiet għall-proġetti għadhom qed jiġu evalwati mill-awtoritajiet konċernati. Hemm ukoll proġetti li qed jiġu finanzjati mhux mill-fondi strutturali imma minn fondi oħrajn ta’ l-UE. Fost dawn, hemm proġetti li huma direttament fil-qasam turistiku. Dawn huma l-progett European Destinations of Excellence, li għalih il-Kummissjoni Ewropeja għażlet it-tema ta’ wirt intanġibli ( intangible heritage ). Dan għandu jibda f’Diċembru ta’ l-2007 u jkun lest fl-2008. Hemm ukoll il-proġett ta’ taħriġ dwar il-direttiva tal- package travel .
Leg 10 PQ #27572 Sitting 558 2007-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Studenti barranin li jitgħallmu Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'pjani għandu l-Ministeru biex waqt li jissaħħaħ is-settur tat-tagħlim ta' l-Ingliż għall-barranin, jittieħdu passi biex l-istudenti ma jħarbtux l-bqija tat-turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta appuntat Kumitat b’rappreżentanti konċernati minn dan is-settur. Dan il-Kumitat qed iħejji pjan ta’ miżuri li se jitressqu fil-ġimgħat li ġejjin lid-diversi entitajiet. Dawn il-mizuri għandhom iwasslu għal kontroll u faċilitajiet aħjar għal dan is-settur.

Proġett ta' Housing

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien stmat li se jiġi jqum il-proġett ta' housing fil-Wied ta' l-Imsida fejn l-Għajn tal-Ħasselin? Kemm fil-fatt ġie jqum dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jiena qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għat-tielet fazi tal-proġett jiġifieri dak bejn Triq il-Wied u Triq il-Kunċizzjoni l-Imsida. Dan kien stmat li se jqum Lm1,029,091 u ġie jiswa Lm1,276,957.”

Liberalizzazzjoni tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa qegħdin isiru taħdidiet bejn l-ADT u l-ATP dwar il-liberalizzazzjoni tat-trasport pubbliku? F'liema stadju waslu dawn it-taħdidiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn l-ADT u l-ATP dwar riforma ħolistika fil-qasam tat-Trasport Pubbliku bi skeda, liema riforma qiegħda tiġi nnegozjata b’ konformita ma’ l-obbligi ta’ l-Unjoni Ewropeja, fejn jirrigwardja l-ogħti ta’ kuntratti fil-qasam tas-servizz tat-Trasport Pubbliku. It-taħdidiet bejn l-ADT u l-ATP bħalissa huma ffukati fuq l-obbligi li joħorġu minn tali kuntratt. Oqsma oħra tar-riforma li qiegħdin jiġu diskussi jinkludu:- · Aktar effiċjenza u titjib fl-iskeda; · Introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda; · Titjib fl-infrastruttura; · Bdil ta’ xarabanks m’oħrajn ġodda

Bus Shelter

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bus shelters li kien hemm fuq iż-żewġ naħat ta' Triq is-Siġġiewi (Haz-Zebbuġ) fejn l-uffiċji tal-GO jerġgħu jitwaħħlu peress li huma mportanti ħafna għat-tfal ta' l-iskola?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Kuntrattur Faces LTD informa lill-ADT li dawn il-Bus Sheters ser jiġu nstallati fit-3 ġimgħa t'Ottubru, 2007.

Triq b'nuqqas ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li t-triq li tagħti mill-pont tal-Mosta sa San Pawl tat-Tarġa (fuq il-wied, Santa Margherita) tiddawwal peress li din it-triq saret ħafna traffikuża u n-nuqqas ta' dawl adegwat jista' jwassal għal inċidenti serji?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Din it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Hal Far

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27334 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'possibilta' hemm li l-post ġewwa Hal Far fl-akwati fejn jinżammu t-tlielaq tal-kwart ta' mil tal-karozzi sa ħdejn il-fabbrika Brandt tiġi mdawla aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Floriana — Mall

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27297 u jgħid kemm qamet ir-reception li saret fil-ftuħ tal-ġnien tal-Mall fil-Floriana?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-ispiża tar-receptionli saret fil-ftuħ tal-ġnien tal-Mall fil-Furjana kienet ta' Lm2,475.64.