Persuna Maltija li trabbiet barra — Dħul fil-junior college
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna Maltija li trabbiet barra u ilha tgħix Malta għal ħames snin, tirrikjedix pass minn ħamsa 'il fuq biex tidħol il-junior college?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din l-istudenta tinħtieġ l-istess kwalifiki ta' dħul għal Junior College bħall-istudenti Maltin l-oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-FTS qed jippjanaw sa biex tiġi mwaħħla tinda fil-Kindergarten taż-Żejtun sabiex tipproteġi lit-tfal żgħar mill-qilla tax-xemx waqt li dawn jinħarġu jilagħbu fil-grounds ta' l-iskola? Meta huwa ppjanat li teħel din it-tinda? Jekk il-proċess se jieħu aktar fit-tul u mhux se titwaħħal fil-ġimgħat li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tinkera tinda temporanja b'mod speċjali issa li r-raġġi UV bdew jitilgħu f'livelli perikolużi għat-tfal żgħar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kwalunkwe xogħol meħtieġ għandu bżonn il-permess tal-MEPA. Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada issottomettiet applikazzjoni għal dawn ix-xogħolijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji f'April 2004 u maqsuma skond l-etajiet - dawk taħt it-30 sena u dawk ta' 'il fuq minn 30 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' sensji li ngħataw f'April 2004 maqsuma skond l-etajiet kien hekk :-
Sensji Taħt il-25 sena Minn 25 sena 'il fuq Total
April 2004 71 126 197
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma tiġborx statistika skond il-faxex ta' eta' kif indikat fil-mistoqija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm jimpjega nies is-settur tal-manifattura maqsum skond id-daqs (numru ta' impjegati 1-10, 10-50, 50 -100, 100 - 500 u 500 u aktar)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta' Frar 2004 kien hemm 27,224 ħaddiema 'full time' mpjegati fis-settur tal-manifattura.
Daqs ta' mpjegati 1-9 10-49 50-99 100-499 500+ Total
Numru ta' ħaddiema 6.882 6,210 2,276 7,605 4,251 27,224
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma tiġborx statistika skond id-daqs ta' numru ta' mpjegati kif indikat fil-mistoqsija.
ETC — Persuni ta' nazzjonalita' barranin li applikaw biex jaħdmu f'pajjiżna
Question
Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' persuni jew ħaddiema barranin li applikaw mal-ETC biex jibdew jaħdmu f'Malta mill-1 ta' Mejju li għadda sal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Korporazzjoni ma toħroġx permessi għax-xogħol għal ħaddiema barranin. Din l-informazzjoni tinżam mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u l-Barranin.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-riċerki għat-teżijiet ta' l-istudenti tal-Fakulta' ta' l-Inġinerija Elettrika hux se jiġu ffinanzjati mill-Universita' ta' Malta, bħas-snin ta' qabel, jew hux se jiġu imposti fuq l-istudenti stess?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' qed tirriserva l-pożizzjoni tagħha sakemm tkun tak il-Budget allokat għaliha.
Jista' il-Ministru jara li xi ħadd jindaga l-istat tat-toilets fl-iskola Primarja B fi Triq Brared Birkirkara għaliex jinsabu fi stat ħażin?
Response (GALEA, LOUIS)
Huwa fatt li t-toilets fl-Iskola Primarja B fi Triq Brared Birkirkara huma antiki u jeħtieġ li jinbidlu. Dan hu wieħed mix-xogħolijiet li ġew identifikati lill-FTS biex isir.
Ministeru tal-Familja — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6636, tista' il-Ministru tirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba. Irrid niċċara li l-informazzjoni li qed nipprovdi tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti:
(i) fejn l-invoice tkun diġa' waslet fid-Dipartiment/entita' konċernati;
(ii) fejn il-pagament m'huwiex qed jiġi kkontestat.
Tista' il-Ministru tara li l-persuna armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mis-servizz ta' care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li propju llum kellha ssir spezzjoni minn naħa ta' l-Awtorita' tad-Djar biex jiġi verifikat jekk il-persuna konċernata tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tara li persuna marida li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mis-servizz ta' care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li propju llum kellha ssir spezzjoni minn naħa ta' l-Awtorita' tad-Djar biex jiġi verifikat jekk il-persuna konċernata tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6769, tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar tal-gvern fuq dan ir-rigward?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet meħtieġa fir-residenza ndikata mill-Onor. Interpellant ġew approvati u ser jinbdew malajr kemm jista' jkun.
Karti ta' l-identita' — Tibdil ta' ismijiet minħabba sex change
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-lum kemm saru tibdil ta' ismijiet minn fuq ID cards minħabba sex change (sena b'sena)?
Response (BORG, TONIO)
Peress li r-responsabbilita' ta' ħruġ u tibdil fl-ID Cards hija tal-Uffiċċju Elettorali, id-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku m'huwiex f'pożizzjoni li jgħid x'tibdil sar fl-ID Cards. Pero' id-Dipartiment għandu record ta' l-Atti tat-Twelid li tagħhom ġew mibdula kemm l-isem ta' l-individwu minħabba sex change kif ukoll l-indikazzjoni tas-sess u dan b'sentenza tal-Qorti.
F'kull każ l-indikazzjoni tas-sess hija li minn raġel ġie mibdul mara u l-każi mis-sena 2000 sa llum kienu kif ġej:-
Sena Numru
2000 NIL
2001 2
2002 5
2003 1
2004 NIL
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li familja li tgħix f'post żgħir ma' żewġ familji oħra xi darba jkollha post tal-gvern, peress li dawn jinsabu jgħixu għaxar persuni fi tlett ikmamar fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġi rranġat il-fond tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu xi problemi strutturali u li jinsab taħt il-bejt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' żgħażagħ li ħadu sehem fl-iskema ta' l-ETC fejn żgħażagħ bla xogħol jinstabilhom impjieg temporanju u bla paga, permezz ta' l-ETC, u kemm minnhom ġew miżmuma biex jaħdmu permanentement mill-employer tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Ottubru 2003 sa Mejju 2004, f'Malta ġew ingaġġati 41 parteċipant fil-Job Experience Scheme. Minn dawn 6 għadhom fl-iskema.
Mill-
35
parteċipant li ikkonkludew l-iskema;
51% (18 il-persuna) - Qegħdin fl-impjieg li fosthom 22% għadhom mal-istess impjieg. Ta' min jgħid li xi wħud mill-parteċipanti ma setgħux jinżammu fl-impjieg minħabba li kienu qed jieħdu esperjenza ta' xogħol f'Azjendi tal-Gvern.
23% (8 persuni) - reġgħu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.
26% (9 persuni) - ma nafux il-pożizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, għaliex la qegħdin jaħdmu u lanqas jirreġistraw. Minn stħarriġ li għamlet il-Korporazzjoni ħafna minn dawn ikunu qed jaħdmu imma għadhom mhux irreġistrati mal-Korporazzjoni. Għalhekk, min iħaddem ikun mitlub jimla' l-formoli meħtieġa bil-liġi.
Il-Korporazzjoni qegħda tagħmel kampanja t'informazzjoni sabiex tħajjar l-employers jagħtu din l-opportunita' ta' xogħol lil żgħżagħ li jkuku qatt ma ħadmu. B'hekk negħlbu d-diffikulta' li jsibu ż-żgħażagħ biex isibu l-ewwel impjieg tagħhom.
Jista' il-Ministru, sakemm u dment li dan ma jkunx ta' xi preġudizzju għal xi pożizzjoni meħuda minn Malta f'xi forum internazzjonali, jitfa' dawl fuq x'inhi r-reazzjoni/kummenti tal-ministeru tiegħu dwar id-dokument li ġie ppreżentat f'Mejju li għadda dwar il-proposta ta' EU Coast Guard Agency li tkun ibbażata f'Malta, proposta li saret minn żewġ esperti Maltin u li anke ġiet diskussa fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropej?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li din il-proposta qed tiġi evalwata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk bla xogħol u li qed jirreġistraw taħt il-Part 1 ma' l-ETC li huma mir-Raba' u mid-Disa' Distretti elettorali?
Response (GALEA, LOUIS)
Skond l-informazzjoni li għangha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol taħt il-Part 1 fl-aħħar ta' Ġunju 2004; mir-Raba' Distrett kin hemm 647 persuna, filwaqt li mid-Disa' Distrett kien hemm 523 persuna.
Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' bastimenti li ġew reġistrati taħt il-bandiera Maltija din is-sena u t-tunnellaġġ tagħhom? Xi kemm hu t-total allura ta' tunnellaġġ reġistrat sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul il-perjodu Jannar 2004 u Ġunju 2004 ġew reġistrati 418-il bastiment b'tunellaġġ gross totali ta' 1,743,098.
Sa l-aħħar ta' Ġunju 2004 kien hemm 3,629 bastiment reġistrati taħt il-bandiera Maltija b'tunellaġġ gross totali ta' 24,712,727.