Jista' il-Ministru jinvestiga r-raġuni li għaliha d-drenaġġ fl-inħawi tal-housing estate ta' St Patricks f'Pembroke ifur b'mod regolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal PQ 7220, jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma illi l-ħsara li kien hemm fil-mejn ġiet imsewwija. Il-fawran - li ma jistax jingħad li kien xi ħaġa regolari - kien ikkawżat minn sadd li kien imnaddaf.
Il-manhole fit-triq in kwestjoni kellha bżonn tikħil minn ġewwa biex ikun assigurat li jekk ikun hemm xi fawran id-drenaġġ ma jgħaddix mill-fili ta' din il-manhole u jiskula f'kantina privata.
Jien infurmat ukoll li fil-bitħa ta' wara ta' post privat partikolari hemm manhole oħra tal-mejn pubbliku tad-drenaġġ u s-sid tal-post kellu jikkontattja lill-uffiċjali tal-KSI biex isir appuntament ħalli issir spezzjoni u jsiru tiswijiet jekk ikun il-każ.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess sabiex f'Għawdex ikun hemm decompression chamber? Tista' tgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fil-ħruġ ta' dan it-tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena ninsab nfurmata li l-progett ghall-bini ta' facilitajiet ta' "Decompression Chamber" fil-prezent qieghed ghall-konsiderazzjoni tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-isptar Mater Dei hemmx sprinklers f'każ ta' ħruq? Jekk fl-affermattiv, f'liema partijiet ta' l-isptar ma jinstabux dawn l-isprinklers?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Isptar Mater Dei, fuq rakkomandazzjonijiet ta' esperti jagħmel użu minn diversi sistemi għall-protezzjoni kontra n-nirien.
Sistema ta' automatic water sprinklers tintuża fil-livell ta' taħt ground floor.
L-areas fuq ground level huma mqassma f'fire compartments li għandhom fire detectors u smoke detectors; fire rated doors/windows, fire dampers, fire water house needs u wet risers.
Aktar minn hekk, areas kbar huma mgħammra b'smoke extract systems.
Dan kollu, skond standards internazzjonali.
Jista' il-Ministru jara li mill-aktar fis possibbli titwaħħal bozza fi Triq Nutar Manuel Debono, Naxxar, fil-parti bejn Triq il-Paroċċa u Triq Luqa Briffa, liema bozza kienet tneħħiet minħabba bini li kien tiela'?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-lampa msemmija ma taqax taħt ir-responsabilita' tal-Korporazzjoni Enemalta. Din il-lampa ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali Naxxar u għalhekk kull xogħol fuqha jrid isir mill-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati kazi ta' MRSA fl-isptar San Luqa, xahar b'xahar bejn Jannar 2004 u l-aħħar ta' Settembru?
X'qed isir biex l-ebda konsulent ma jkun jista' jostor kazi ta' MRSA li jkollu fis-sala tiegħu?
Xi prekawzjonijiet qed jittieħdu biex każi ta' MRSA ma jitħallewx ħdejn pazjenti oħra li faċilment jistgħu jiġu nfettati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' każijiet ta' MRSA li ġew irrapurtati fid-diversi swali ta' l-Isptar San Luqa mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar t'Awissu huwa kif ġej:
Jannar
35
Frar
35
Marzu
30
April
27
Mejju
25
Ġunju
22
Lulju
32
Awissu
29
In-notifikazzjoni ta' kull każ ta' MRSA issir mil-laboratorju tal-mikrobijoloġija lill-Infection Control Unit li għalhekk hija f'pożizzjoni li żżomm informazzjoni dettaljata u eżatta.
Hija policy ta' l-isptar li kemm jista' jkun il-każijiet kliniċi ta' MRSA jiġu iżolati fis-sala GDW li hija attrezzata għal dan il-għan. Madanakollu din is-sala għandha massimu ta' 14-il sodda u jekk l-ammont ta' każijiet jeċċedi dan in-numru, issir deċiżjoni mill-Konsulent (Hospital Infection Control) fuq liema każijiet jieħdu prijorita' għat-trasferiment fis-sala GDW. Il-pazjent b'MRSA li jibqgħu fis-swali ġenerali jiġu innersjati permezz ta' contact isolation techniques skond il-policy ippubblikata.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn in-negotiating team imwaqqaf minnu u SKANSKA dwar il-proġett ta' l-isptar Mater Dei?
Kemm saru sigħat ta' laqgħat sal-lum? F'kemm-il ġurnata ltaqgħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-ammont ta' flus li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada nefqet f'Għawdex minn Jannar sa Settembru 2004? Fejn intnefqu?
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma dak li hemm rapportat f'The Malta Financial & Business Times tal-15 ta' Settembru, 2004 li l-erba' sulari tal-Malta House li l-Gvern ta' Malta xtara f'Rue Archimede u li huwa beħsiebu jikri, se jkunu soġġetti għal 12% taxxa tax-xiri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi li bħal issa qiegħed jiddiskuti x-xiri ta’ Dar Malta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm suppost hu l-complement tar-radiographers fid-dipartiment tas-saħħa?
Kemm hemm radiographers jaħdmu preżentement? Kemm hemm minnhom fuq study leave, maternity leave, paternity leave, etc?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-complement tar-Radiographers fis-Sezzjoni tas-Saħħa qed jiġi revalwat.
In-numru ta' Radiographers li qed jaħdmu preżentamnet huwa 71.
Minn dawn hemm:
Study Leave
1
Maternity Leave
1
Parental Leave
2
Unpaid Leave
2
Tista' il-Ministru tgħid x'arranġamenti qegħdin isiru f'Għawdex sabiex jitwaqqaf ċentru tal-medjazzjoni in vista ta' l-abbozz tal-liġi Nru. 31 ippubblikat f'dan ir-rigward?
Jista' il-Ministru jgħid min hija l-kumpannija ta' l-awditjar li għandha l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biex tevalwa l-awditjar fuq l-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-kumpanija ta' awditjar ingaġġata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għall-Isptar Mater Dei hija Grant Thornton.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jinġab id-decompression chamber il-ġdid li suppost se jinxtara bil-fondi tal-UE?
Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan id-decompression chamber il-ġdid jitwaħħal f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghar-risposta ghall-mistoqsija numru 7503.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' produtturi Għawdxin tat-tadam għall-ipproċessar li huma ntitolati biex japplikaw għal għajnuna in forza ta' l-Avviż Legali 405 ta' l-2004? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li se tiġi riservata bħala għajnuna għal produtturi Għawdxin?
Għawdex — Impjant għat-trattament ta' waste water urban
Question
In vista tal-fatt li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ it-tender relattiv għal disinjar u bini ta' impjant għat-trattament ta' waste water urban f'Ta' Mġarr ix-Xini limiti ta' Għajnsielem, Għawdex, tista' il-Ministru tgħid: i) kemm hu stmat li se jiswa dan l-impjant? ii) Minn fejn ġejjin il-fondi għal bini ta' dan l-impjant? iii) Id-data meta se jitlesta dan l-impjant?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-impjant ghat-trattament ta' "UrbanWaste Water" f'Ta' Mgarr ix-Xini:
i) Huwa stmat li ser jiswa 7.2 miljun euro;
ii) Ser jigi ffinanzjat bi 3.7 miljun euro minn Fondi ta' Qabel is-Shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l-bqija minn fondi lokali;
iii) Huwa mistenni li jitlesta fit-tielet kwart tas-sena 2006.
Pajjiżi tal-UE — Persuni ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu f'Malta
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn barranin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jaħdmu Malta llum u minn liema pajjiż huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif jidher hawn taħt. Inħarġu wkoll għaxar liċenzji lil ċittadini minn Norveġja, pajjiż ta' l-EEA.
Pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom inħarġitilhom liċenzja ta' impjieg
Awstrija
46
Belġju
36
Ċeka - Repubblika
24
Danimarka
33
Estonja
3
Finlandja
13
Franza
57
Ġermanja
159
Greċja
7
Irlanda
20
Italja
148
Latvja
25
Litwanja
7
Olanda
47
Polonja
35
Portugal
4
Slovakkja
35
Slovenja
3
Spanja
17
Svezja
84
Renju Unit
506
Ungerija
11
TOTAL
1,320
Ninsab infurmat ukoll li għalkemm id-Dipartiment konċernat pprepara l-liċenzji meħtieġa lil madwar 300 persuna mit-total li jidher hawn fuq, dawn il-liċenzji għadhom ma nġabrux.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-ġnien tal-kunsill ta' l-Ewropa fil-Gżira qed ikun mitfi u fid-dlam ċappa bil-lejl?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni taħt house arrest illum u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 43 persuna taħt house arrest. Fost l-akkużi kontra dawn il-persuni hemm omiċidju, serq, offiżi fuq il-persuna u reati konnessi ma' droga.
Qrati — Persuni akkużati fuq każi ta' indiċenza pubblika
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti in konnessjoni ma' każi ta' indiċenza pubblika din is-sena? Ta' liema sess kienu, x'kienu r-reati u kemm kellhom żmien il-persuni mressqa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 13-il persuna li ġew imressqa quddiem il-Qorti mill-Pulizija b'reati kontra l-indiċenza pubblika. Minn dawn waħda kienet tas-sess femminili, filwaqt li l-eta' tagħhom kienet tvarja bejn l-20 u s-67 sena.