Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ilma ta l-Għargħar — Arkata għall-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinqala' u jibda x-xogħol fuq il-bridge l-antik li hemm faċċata tax-showroom ta' l-Orbit Network skond kif approvat f'Permess ta' Żvilupp PA 458/04 u PA 3677/98 sabiex tiżdied arkata oħra għall-ilma ta' l-għargħar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta li ngħatat għad-domnda parlamentari Nru. 6277. F'dik ir-risposta kien intqal ċar li l-arkata, skew arch, li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru mhix ser tintmess minħabba l-valur stroriku tagħha. Ix-xogħol f'dawn l-inħawi ta' Ħal Qormi jifformaw parti minn pjan komprensiv ta' titjib f'miżuri ta' kontroll kontra l-għargħar għall-inħawi, iżda x-xogħol li sar u qed isir bħalissa tqies li hu ta' prijorita' akbar.

Kuntratturi Lokali — Prezzijiet ta' Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'deċiżjoni ttieħdet mill-ministeru tiegħu dwar il-kwestjoni dwar il-prezzijiet ta' asfaltar offruti mill-kuntratturi lokali għal xogħlijiet fit-toroq li hu responsabbli minnhom il-gvern ċentrali? Kien hemm xi soluzzjoni għal din il-kwestjoni li ilha għaddejja għal aktar minn sena u bix-xogħol li jinsab wieqaf f'diversi nħawi madwar il-pajjiż?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi l-Awtorita Dwar it-Trasport xi xhur ilu irrivedit ir-rati tagħha sabiex jirriflettu aħjar il-prezzijiet reċenti tal-materjal. Sadanittant qed issir valutazzjoni tat-tenders bir-rati li kienu sottomessi sabiex tibgħat għall-kuntratturi u jippruvaw jaslu għall-kompromess. Dan il-proċess wassal sabiex diġa ingħataw numru ta' tenders. Sadanittant fil-jiem li ġejjien mistennija ssir laqgħa mal-kuntratturi fejn fost l-oħrajn ser tiġi spjegata il-formula li ġiet użata mill-Awtorita biex waslet għar-rati l-ġodda.

Dħul mill-Eco Tax

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul s'issa, fl-ewwel xahar mill-introduzzjoni ta' l-Eco Tax (inkluż id-dħul minn VAT fuq it-taxxa ta' l-Eco Tax)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat

Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Collective agreement ta' skrivana

Question

Jista' il-Ministru jara fiex wasal il-każ tal-collective agreement ta' l-iskrivana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li skond ir-records ta' dan il-Ministeru, ma jeżisti l-ebda każ pendenti dwar il-persuna imsemmija.

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Part-time clerks

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7125, jista' il-Ministru jgħid jekk fil-każ li dawn il-part-time clerks ma jħallsux il-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali f'dan il-perjodu msemmi, jiġux ikkonsidrati li mhux qed ikollhom kontinwita' fil-ħlas ta' din il-kontribuzzjoni għall-fini tal-pensjoni li jistgħu jingħataw fil-futur?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

St Dorothy's Convent School — Xogħlijiet fit-Toroq

Question

B'riferenza għax-xogħlijiet fit-toroq li qed isiru fl-arterja prinċipali li hemm biswit l-iskola ta' St Dorothy's Convent School fi Triq Imdina, Ħaż-Żebbuġ, jista' il-Ministru jgħid hux possibbli li l-karreġġjata li s-soltu twassal għall-entrance gate għall-istess skola tiġi pavimentata mill-aktar fis possibbli, jew definittivament jew proviżorjament, billi t-traffiku minn u għal ġo l-iskola qed jgħaddi kollu mill-exit gate ta' l-istess skola bil-konsegwenza li qed tinqala' konfużjoni sħiħa ta' vetturi privati u ta' l-iskola deħlin u ħerġin mill-istess gate u bil-konsegwenti konfużjoni fil-parking grounds ta' l-istess skola ta' vetturi privati u ta' l-iskola li jsibu diffikultajiet kbar biex jimmanuvraw?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi fil-ġranet li għaddew l-Awtorita dwar it-Trasport illivelat il-karreġġjata li tagħti għall-entraturi ta' l-iskola ta' St Dorothy barra minhekk fil-ġranet li ġejjien sejjer jingħata wiċċ temporanju f'din il-karreġġjata li tista' tintuża b'sikurezza mill-vetturi kollha li jkunu deħlin u ħerġin mill-iskola. Sadanittant l-Awtorita ħadet il-passi meħtieġa biex sa mill-bidu tas-sena skolastika jintbgħat enforcement officer quddiem l-entratura ta' l-iskola sabiex jiġi evitat kull inkonvenjent.

OPM — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6624 u cioe'jista' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant kif kienet fis-17 ta’ Awissu 2004. Irrid niċċara li l-informazzjoni li qed nipprovdi tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti: (i) fejn l-invoice tkun diġà waslet fil-Ministeru/Dipartiment konċernat (ii) fejn il-pagament m’huwiex qed jiġi kkontestat Lm Uffiċċju tal-Prim Ministru 82,793.54 Forzi Armati ta’ Malta 78,782.09 Dipartiment ta’ l-Informazzjoni 18,129.62 Uffiċċju Elettorali 151,452.36 Ministeru tal-Finanzi Dipartiment tal- VAT 40,934.68 Dipartiment tad-Dwana 7,100.00 Dipartiment tat-Taxxi Interni 3,169.00

Tigne' — Triq tax-Xatt

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6733 u cioe' jgħid jekk jistax ikun hemm aċċess għal dik il-parti tax-Xatt ta' Tigne' li tinsab magħluqa minn fejn hemm il-lukanda Fortina għal skop ta' sajd minn fuq il-moll billi hemm min għandu dan id-delizzju u ilu snin twal jipprattikah?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku huwa nfurmat li din iż-żona hija żona ta' kostruzzjoni u għalhekk, għal fini ta' sigurta, dan it-tip ta' aċċess mhux rakkomandabli għal żmien temporanju sakemm jitlestew ix-xogħolijiet.

Ministeru tas-Saħħa — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6632 u cioe' jista' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Investiment — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6633 u cioe' jista' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Pembroke — Triq bejn Triq San Patrizju u trejqet Don G Miriti

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-triq li tinsab bejn Triq San Patrizju taqsam għal ġo trejqet Don G Miriti f'Pembroke saritx mid-dipartiment tat-toroq u jekk hemmx permess, peress li jista' jagħti l-każ li ħafna ilma tax-xita li jkun ġej mit-toroq ta' fuq se jibqa' sejjer lejn il-housing estate?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet saret mill-Gvern Ċentrali żmien ilu u għalhekk il-manutenzjoni tagħha hija responsabilita tal-Kunsill Lokali. Madankollu l-Awtorita dwar it-Trasport għaddiet l-ilment tal-Onorevoli Interpellant lill-Kunsill Lokali sabiex jara x' l-aħjar li jsir.

Gozo Channel — Cafeteria

Question

Peress li issa se jiġi tterminat l-impjieg tal-ħaddiema tal-cafeteria tal-Gozo Channel, jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm maħsuba dwar kif se tiffunzjona l-cafeteria fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?

Response (GATT, AUSTIN)

Meta jintemm il-kuntratt li llum il-GCCL għandha ma' OBSL, ix-xogħol relatat mal-cafeteria ser isir minn ħaddiema tal-Gozo Channel u għal dan il-għan, ser tinħareġ internal call lill-ħaddiema fil-jiem li ġejjin biex jimtlew dawn il-postijiet.

Pembroke — Afforestation project

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex insalvaw ix-xogħol li ġie traskurat ta' "Afforestation Project" fl-entratura ta' Pembroke u li jerġa' jitnaddaf u jergħu jinżergħu is-siġar li mietu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il pjanijiet ta L-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent (MRAE) għal dan is-sit hu li jitkompla ix-xogħol aktar ‘il quddiem. Ix-xogħol li sar s’ issa kien sar fuq il-premissa li il-kunsill ta Pembroke kien ser jidħol fi ftehim u jkollu rwol li jieħu ħsieb dak li ġie żviluppat mill gvern ċentrali. Qabel ma l-Gvern ċentrali jkompli għaddej bil-proġett irridu nkunu ċerti li l-kunsill ser jieħu ħsiebhom. (inkella il-proġett ikun wieħed tal-gvern ċentrali biss u m' hux wieħed bi sħubija ma dan il-kunsill, kif kien intenzjonat oriġinarjament).

Klandestini — Spejjeż

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu stmat li hi l-ispiża ta' kull klandestin għal ġurnata li jkun Malta?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet preċedenti dwar is-suġġett, ma jinżammux kontijiet separati għan-nefqa għall-immigranti llegali. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 2180, 2556 u 4330.

Pembroke — Kuntrattur tat-tindif

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kunsill lokali ta' Pembroke ilu xahrejn bla kuntrattur tat-tindif, non urban/urban u qtugħ ta' ħaxix u jgħid x'inhi r-raġuni? Għalfejn it-tender ħarġet din il-ġimgħa (l-aħħar ġimgħa ta' Settembru)?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 10 PQ #7485 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ftuħ ta' Ħwienet Ġodda

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm infetħu ħwienet ġodda xahar b'xahar f'kull raħal f'Għawdex fl-aħħar sentejn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #7486 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Enforcements

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru enforcements min-naħa ta' l-MTA din is-sena? Fejn, f'liema stabbilimenti u min kienu l-uffiċjali li għamlu dawn l-enforcements?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din is-sena s'issa ħarġu sittax-il enforcement notice u ġew imposti sitta u tmenin multa amministrattiva. Kien hemm każ wieħed li ntbagħat direttament lill-Pulizija. Ma nħossx li jkun xieraq li nagħti tagħrif dwar dak mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija. Ovvjament l-infurzar sar kollu minn uffiċjal fid-Direttorat ta' l-Infurzar.
Leg 10 PQ #7488 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi — Applikazzjoni għall-eco certification

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il lukanda applikat biex tieħu l-eco certification?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kien hemm 34 lukanda li applikaw biex jieħdu sehem fl-Eco Certification.
Leg 10 PQ #7490 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

San Ġiljan — Proġett tal-bajja ta' San Ġorġ - ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fuq il-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ? Xi grad għandhom? Jista' jagħti breakdown tas-salarji tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li min-naħa tal- Awtorita` Maltija għat-Turiżmu m'hemm l-ebda impjegat illi qed jaħdem full time fuq il-proġett. Il ko-ordinazzjoni tal-proġett hija waħda fost responsabiltajiet oħra li għandu mad-Direttorat tal-Ippjanar u l-Iżvillup tal-Prodott tal-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu.

Proġetti ta' bini ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-iskema ta' proġetti ta' bini ta' toroq bejn il-gvern u l-kunsilli lokali għal massimu ta' Lm75,000 ġiet imwaqqfa? Hemm xi ħsieb li titnieda xi skema simili fil-futur?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6611 kont għidt li mhux il-ħsieb li jingħataw kuntratti lill-Kunsill Lokali. Fir-risposti supplementari li kont tajt hemm indikati r-raġunijiet bħal :- - raġunijiet ta' budgeting - kontrol tal-kwalita - kontrol ta' l-ipprogrammar - kontrol tal-kwalita' - kontrol fl-ippjanar