Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birgu — Skola tal-Fortini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kap ta' skola fl-iskola tal-Fortini għax jidher li s'issa għadu ma ġiex appuntat kap ġdid? Jista' jgħid meta hu maħsub allura li jkun hemm kap f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

L-iskola sekondarja Lorenzo Gafa' (Fortini) għanda kap u tim ta' tmexxija. L-iskola bdiet ix-xogħol tagħha b'mod normali.

Dipartiment tas-saħħa — Radiographers

Question

Jista' il-Minsitru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tat-13-il radiographer li se jiggradwaw f'Novembru 2004? Hemm il-ħsieb li dawn jiġu impjegati mad-diviżjoni tas-saħħa? Fil-każ tar-radiographers, jeżisti l-full complement? Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Compliment tar-Radiographers fid-Diviżjoni tas-Saħħa qed jiġi revalwat. Meta jitlesta dan l-eserċizzju, jiġu mpjegati r-Radiographers skond il-vakanzi li jirriżultaw.

SVPR — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk ġewx impjegati nies (minbarra nursesu tobba) fir-residenza San Vinċenz de Paule f'din l-aħħar sena? Kien hemm xi health assistants, care workers jew studenti ta' l-ESTS li ġew impjegati f'din l-aħħar sena? Jista' il-Ministru ġentilment jagħti l-grad ta' kull min ġie impjegat fl-SVPR f'din l-aħħar sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'din l-aħħar sena ġew impjegati 2 Casual Substitute Clerks u 1Clerk fir-Residenza San Vinċenz De Paule. Ma kien hemm ebda Health Assistants jew Careworkers jew ESTS li ġew impjegati f'din l-aħħar sena.

Siġġiewi — Art tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li mhedda art tal-gvern li hi mdawwra bi Triq l-Imdina u Triq Dun Manwel Zammit, fis-Siġġiewi tiġi żviluppata f'dar għall-anzjani kif ġie anke propost mill-kunsill lokali tas-Siġġiewi?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li l-Uffiċċju Konġunt jamministra mhedda art tal-gvern li hi mdawra bi Triq l-Imdina u Triq it-Tabib Nikol Żammit (u mhux Triq Dun Manuel Zammit kif imsemmi fil-Mistoqsija) fis-Siġġiewi. Barra t-talba tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi hemm żewġ talbiet oħra għall-iżvilupp ta' din l-art. It-talbiet qed jiġu kkunsidrati sabiex jiġi determinat l-aħjar użu li jista' jsir mill-art.

Xogħlijiet ta' Restawr — Eżenzjoni mill-VAT

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li, f’dan il-każ, ir-rwol tal-Ministeru tal-Finanzi kien l-aspett finanzjarju tat-transazzjoni nfisha, jiġifieri, il-finanzjament ta’ l-ispiża relatata.

Xogħlijiet ta' Restawr — Eżenzjoni mill-VAT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jiġix kkonsidrat li xogħlijiet ta' restawr, b'mod partikolari/anke restawr fi knejjes, jiġi meħlus mill-ħlas tal-VAT anke minħabba l-fatt li dan ix-xogħol isir wara ġbir li jsir minn fost il-poplu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li, f’dan il-każ, ir-rwol tal-Ministeru tal-Finanzi kien l-aspett finanzjarju tat-transazzjoni nfisha, jiġifieri, il-finanzjament ta’ l-ispiża relatata.

Djar — Applikazzjoni għal bini ta' djar għall-anzjani

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni li saret mill-housing authority (MEPA no. 1719/04) tista' il-Ministru tgħid jekk ġiex ikkonsidrat li dan l-iżvilupp propost fi Triq l-Imdina/Triq Dun Manwel Zammit jiġi sostitwit bl-iżvilupp suġġerit mill-kunsill lokali Siġġiewi, cioe' li ssir dar għall-anzjani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li wara li l-Awtorita' tad-Djar ikkunsidrat il-proposta tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ġie deċiż li tkompli bil-pjan oriġinali li tibni 70 appartament fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.

Impjiegi — Ħaddiema minn Pajjiżi Membri tal-UE

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6907 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u cioe' jgħid: kemm jammonta n-numru ta' ħaddiema mill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill-1 ta' Mejju, 2004 ġew jaħdmu f'Malta? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'inhi l-eta' medja ta' dawn il-ħaddiema?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li mill-1 ta' Mejju 2004 saru 451 applikazzjoni sabiex ċittadini mill-Unjoni Ewropea jaħdmu f'Malta. Il-persuni konċernati ġejjin mill-pajjiżi li jidhru hawn taħt. Saru ukoll 3 applikazzjonijiet dwar ċittadini Norveġiżi (pajjiż tal-EEA). Dwar ix-xogħol li għalih intalab permess qed inpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant fit-tielet parti tal-Mistoqsija tiegħu. Nirreferi lill-Onor. Interpellant ukoll għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 6991 u Nru. 7328. Awstrija 13 Belġju 10 Ċeka - Repubblika 8 Danimarka 3 Finlandja 5 Franza 25 Ġermanja 52 Greċja 1 Irlanda 14 Italja 51 Latvja 17 Lussemburgu 1 Olanda 18 Polonja 13 Portugall 1 Slovakkja 8 Spanja 9 Svezja 27 Renju Unit 169 Ungerija 6 TOTAL 451

Ċirkewwa — Tisqifa tal-passiġġieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-aħħar parti tat-tisqifa tal-passiġġieri li hemm fiċ-Ċirkewwa tiġi magħluqa biex isservi bħala protezzjoni mill-elementi għall-passiġġieri li jkunu jistennew il-vapur ta' Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li permezz tal-proġett tal-mollijiet u terminals ġewwa ċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, il-mezz ta' trasport marittimu bejn Malta u Għawdex ikompli jissaħħaħ. Għaldaqstant, l-Awtorita' Marittima, flimkien mal-Gozo Channel, operatur tas-servizz, kontinwament jaraw kif is-servizz għall-passiġġieri jista' jiġi mtejjeb. Madankollu dan isir fil-kuntest tal-iżvilupp li għad baqa' xi jsir fuq dan il-proġett.

Awtorita' Marittima Maltija — Bċejjeċ tal-Baħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' bċejjeċ tal-baħar (jekk hemm) ta' sidien/kumpanniji Maltin, li huma reġistrati ma' reġistri navali barranin partikolarment dawk li jgħidulhom reġistri miftuħin (open registries)? Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bnadar barranin rappreżentati f'Malta, jekk hawn, u x'inhuma r-relazzjonijiet li dawn għandhom ma' l-Awtorita' Marittima Maltija? Jista' jgħid kemm-il biċċa tal-baħar (jekk kien hemm) ħalliet il-bandiera Maltija biex tinkiteb ma' bandiera oħra appena Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #7417 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Universita' — Korsijiet fil-Gozo Centre

Question

Tista' il-Ministru tagħti: a) lista tal-korsijiet universitarji li qed jinżammu fil-Gozo centre ta' l-Universita' ta' Malta; u b) kemm huma l-istudenti f'kull kors?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-preżent qed jinżammu dawn il-korsijiet fil-Gozo Centre ta’ l-Universita’ ta’ Malta: Isem tal-Kors Numru ta’ Studenti Certificate in Lace Studies 10 Diploma in Commerce 12 Preparatory Course for the MA in Islands and Small States Studies 14 Qualifying Courses for the MA in History 3 Barra minn hekk, f’Ottubru mistennija jibdew ukoll dawn il-korsijiet u n-numru ta’ applikanti li ġew aċċettati għal kull kors huwa kif muri hawn taħt: Isem tal-Kors Numru ta’ Studenti Diploma in Information Technology 4 Diploma in Lace Studies 14 Bachelor of Commerce 17 MA in Islands and Small States Studies 21

Żabbar — Triq il-Marloċċ - Tabelli tat-traffiku

Question

Jista' il-Minsitru jara li jsiru tabelli ġodda għat-traffiku kif ukoll is-sinjali sofor quddiem garaxxijiet u oħrajn bojod li jindikaw fejn għandu jsir il-parking fi Triq il-Marloċċ, f'Ħaż Żabbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat ta' l-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali għal dawn il-miżuri ta' Traffic Management. Għaldaqstant id-Direttorat ser jikkuntattja lill-Kunsill Lokali ta' Haż-Zabbar sabiex jara x'jista' jsir.

Public Private Partnership Scheme — Djar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx magħżulin xi djar privati ta' l-anzjani oħra minbarra t-tnejn li diġa' hemm biex jagħtu servizz taħt il-public private partnership scheme?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord ta' l-Għażla ffinaliżża r-rapport tiegħu fuq l-applikazzjonijiet mitfugħa, iżda s'issa l-għażla għadha ma saritx.

Siġġiewi — Dar ta' l-anzjani

Question

Il-Ministru beħsiebu jirrakkomanda li l-medda ta' art tal-gvern li hija mdawwra bi Triq l-Imdina u Triq Dun Manwel Zammit, fis-Siġġiewi tiġi żviluppata f'dar għall-anzjani, kif ġie suġġerit ukoll mill-kunsill lokali Siġġiewi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment Anzjani u Kura fil-Komunita' ma rċieva l-ebda talba biex mhedda ta ' art fis-Siġġiewi tiġi żviluppata f'dar għall-Anzjani.
Leg 10 PQ #7421 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Nollijiet tal-vapuri — Sussidji lill-istudenti

Question

Peress illi dalwaqt se terġa' tibda s-sena akkademika, tista' il-Ministru tgħid meta se tingħata ż-żieda fuq is-sussidju lill-istudenti minħabba ż-żieda fin-nollijiet tal-vapuri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-kumpens ghaz-zieda fin-nollijiet qed jigi kkunsidrat mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 10 PQ #7422 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Heritage Malta - Ħatra ta' co-ordinators

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu maħtura co-ordinators Heritage Malta f'Għawdex bħalma nħatru f'Malta u jekk se jinħatru, jista' jgħid xi kwalifki ntalbu jew se jintalbu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħalissa Heritage Malta qegħda tibni l-istruttura tagħha. Ninsab infurmat li għadd ta' co-ordinators ser jinħatru f'postijiet fejn ġie deċiż li hemm il-ħtieġa. Fl-uffiċju ta' Għawdex ser jinħatru żewġ co-ordinators: wieħed Corporate Services u ieħor Public Programmes.

Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani

Question

Waqt li nirriferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6352 dwar il-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani għas-sena 2002, tista' il-Ministru tgħid jekk il-verifika li suppost kienet bdiet, iffinalizzatx ruħha u x'kien ir-riżultat tagħha? Jekk din il-verifika għadha ma ntemmitx, hemm xi ħjiel meta se tispiċċa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-verifika li għaliha qed jalludi l-Onorevoli Interpellant għadha għaddejja.

Korp tal-Pulizija — Ħatra ta' surġenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3471 u 6389, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħatru l-kumplament tat-43 surġent fil-korp tal-pulizija meta dawn ilhom li applikaw sa minn Settembru 2003 u jidher li dan il-proċess ilu jkarkar għal ċertu żmien?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' għedt fit-Tweġiba preċedenti dwar l-istess suġġett, il-ħatriet imsemmija jingħataw meta l-esiġenzi tas-servizz ikunu jippermettu. L-ewwel grupp li għadda u ġew minn ta' quddiem diġa' inħatru, ħaġa li l-Onorevoli Interpellant insiet issemmi fid-domanda tagħha. Malli jkun hemm il-ħtieġa, jidħlu l-oħrajn li għaddew skond l-ordni tal-mertu tagħhom.

Belt Valletta — Customer care centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet id-deċiżjoni li ttieħdet dwar il-post li kellu jiffunzjona bħala customer care centre għad-dipartiment ta' l-anzjani fil-Belt Valletta? Jekk dan il-post mhux se jiffunzjona bħala tali, id-dipartiment ta' l-anzjani neħħa kull ħsieb li jiftah customer care centre fil-Belt, Valletta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet fuq il-post li kellu jiffunzjona bħala Customer Care Centre fil-Belt Valletta għadhom ma ġewx konklużi. Biss, wara li l-permessi meħtieġa ġew approvati mill-MEPA, id-deċiżjoni mistennija tittieħed dalwaqt.