Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' ħaddiema li llum hemm fiż-żewġ tarznari? Kemm kien hemm fl-2003 u fl-2002?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ammont ta' ħaddiema tat-taznari għas-snin 2002, 2003 u 2004 huwa kif jidher hawn taht:
2002 Malta Drydocks 1973
Malta Shipbuilding 692
2003 (sal- 31 ta' Ottubru) Malta Drydocks 1957
Malta Shipbuilding 689
2003(minn Novembru sal 31 ta' Diċembru) Malta Shipyards Ltd. 1743
2004 (sal-31 ta' Lulju) Malta Shipyards Ltd. 1761
Jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jkun diġa' xtara l-ewwel proprjeta' immobbli tiegħu f'Malta jistax jew le jixtri t-tieni proprjeta' immobbli sabiex jikriha lil ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġett tal-Mistoqsija jirrigwardja l-Capital Transfer Duty Department, u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Persuni ta' nazzjonalita' barranija — talbiet għal Acquisition of immovable property permits
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' talbiet għal AIPP (Acquisition of Immovable Property Permits) li kien hemm minn barranin din is-sena għal xiri ta' proprjeta' f'Malta? Kemm minnhom kienu minn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u kemm le? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġett tal-Mistoqsija jirrigwardja l-Capital Transfer Duty Department, u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Qrati — Għajnuna legali fis-sistema ġudizzjarju Malti
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jaħsibx li s-sistema ta' l-għajnuna legali fis-sistema ġudizzjarju Malti għandhiex bżonn tiġi ristrutturata sabiex kull akkużat ikollu d-dritt effettiv li jagħżel l-avukat tal-fiduċja tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Is-sistema ta' l-għajnuna legali ilha taħdem dawn l-aħħar snin sija fil-kamp penali kif ukoll f'dik ċivili. Is-sistema ndikata mill-Onor. Interpellant diġa' ġiet użata fis-snin preċedenti. Hija riżultat fi spejjeż projbittivi u imprevisti apparti l-fatt li ma kinetx garanzija li qed tingħata limitatament lil min verament għandu bżonnha. Għalhekk ma hemmx il-ħsieb li din tiġi ristrutturata fil-linja ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi jew azzjoni qiegħda tieħu/ħadet Malta, dment li dan mhux ta' xi preġudizzju għall-ħidma diplomatika Maltija, sabiex is-sede ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Euro-Med tkun ibbażata f'Malta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
M'hemm ebda ħjiel sa issa li din l-Assemblea ser ikollha sede permanenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm hu n-numru ta' probation officers li hemm bħalissa? Meta hu maħsub li jerġgħu jiftħu l-applikazzjonijiet għall-ingaġġ tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent fl-uffiċċju tal-Probation hemm 2 Senior Probation Officers u 9 Probation Officers.
Il-Gvern huwa kommess li l-Uffiċċju tal-Probation ikollu r-riżorsi umani neċessarji biex ikun jista' jaħdem b'mod effiċjenti. Għalhekk jekk u meta tinħass il-ħtieġa jittieħdu l-proċeduri neċessarji biex isir ingaġġ ġdid.
Billi skond ma kiteb l-Onor. John Dalli f'The Malta Independent on Sunday ftit ġimgħat ilu "the Brussels property project was conceived, controlled and pushed by the Permanent Representative in Brussels as well as that the choice of the site, and its eventual change were his responsibility, as were the specifications for refurbishment and the choice of experts and professionals who assisted in this exercise", jista' il-Ministru jikkonferma li r-rappreżentant permanenti fi Brussels kien responsabbli għal dan kollu? Min għabbieh b'din ir-responsabbilta'? Jikkonferma li l-financial regulations tal-gvern kienu dejjem rispettati?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien preċiżament ir-rwol speċifiku tal-MIMCOL fix-xiri tal-bini tal-missjoni diplomatika Maltija għall-UE fi Brussels? Minn min u meta ingħataw l-inkarigu tagħhom, meta intemm dan l-inkarigu u lil min irrappurtaw lura? Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport imħejji mill-MIMCOL?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' kollaborazzjoni kien hemm bejn ir-rappreżentant permanenti fi Brussels u l-MIMCOL sakemm dawn lestew il-ħidma tagħhom? Jista' jgħid jekk ċerti rakkomandazzjonijiet li għamlet u deċiżjonijiet li ħadet il-MIMCOL kenux influwenzati mir-rappreżentant permanenti fi Brussels?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien preċiżament ir-rwol tal-Ministeru tal-Finanzi fit-transazzjoni tax-xiri ta' Dar Malta fi Brussels? Kien hemm xi stadju jew ieħor fejn dan il-ministeru wera t-tħassib tiegħu dwar l-ammont li kien se jintnefaq fuq dan il-bini?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li, f’dan il-każ, ir-rwol tal-Ministeru tal-Finanzi kien l-aspett finanzjarju tat-transazzjoni nfisha, jiġifieri, il-finanzjament ta’ l-ispiża relatata.
Il-gvern irrikorra għal self bankarju sabiex ikun jista' jonora l-obbligi tiegħu dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Minn mindu nxtrat Dar Malta fi Brussels kien hemm aġenziji/azjendi tal-gvern li wrew minn rajhom interess li jikru spazju f'dan il-bini? Kien hemm aġenziji/azjendi tal-gvern li diġa' ġew inkoraġġuti li jikkonsidraw jikru spazju fl-istess bini?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif ġew assenjati l-kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati b'indikazzjoni ta' l-ismijiet tal-Maġistrati fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (sal-31 ta' Awissu)? Kemm ġew deċiżi kawżi minn kull maġistrat u kemm hemm kawżi pendenti quddiem kull maġistrat fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (sal-31 ta' Awissu)?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar il-Qrati Kriminali u l-Qrati ta' Għawdex qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. F'dak li jirrigwarda l-Qrati Ċivili, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab f'Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivili. L-istatistika tinkludi l-kawżi ntrodotti (assenjati), Imħallef b'Imħallef, kawżi maqtugħa (deċiżi), Imħallef b'Imħallef kif ukoll dawk pendenti (attivi).
L-istatistika tmur lura għas-sena 2000 u hija aġġornata s'Awissu 2004.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Staff tas-segretarjat privat
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' l-istaff kollu tas-segretarjat privat tal-ministeru tiegħu u tas-segretarju parlamentari tiegħu? Jista' jgħid fejn jgħixu wieħed wieħed u l-kariga li għandhom fil-ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Rendikont ta' l-istaff
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' l-istaff kollu tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-istaff fl-Uffiċċju tas-Segretarjat Permanenti. Nirreferi ukoll għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7338 f'din l-istess Seduta.
Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li wasal iż-żmien li l-Laboratorju Forensiku jkun attrezzat sa snienu biex jaqdi l-esiġenzi ta' l-investigazzjonijiet kriminali tal-pulizija billi dani l-laboratorju qiegħed jispiċċa fuq l-aħbarijiet ta' spiss minħabba li l-esperti ma jistgħux jespletaw l-inkarigi li jingħataw mill-Qrati bi problemi kbar għall-aħjar amministrazzjoni tal-Ġustizzja?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li ninsab infurmat illi ma jirriżultax li hemm xi diffikultajiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-esperti nominati mill-Qorti li jagħmlu parti mit-Taqsima Forensika tal-Pulizija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm matul din is-sena saru testijiet tal-breathalyser fuq sewwieqa? Kemm instabu pożittivi? Dawn kollha tressqu l-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena kien hemm 70 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol. Minn dawn 36 irriżultaw fil-pożittiv, filwaqt li 34 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut. F'kull każ qed jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 6301, jista' il-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-bord tas-sillabu tal-Letteratura Ingliża? Dak il-bord li mistenni jiltaqa' ix-xahar id-dieħel huwa l-istess tas-sena li għaddiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-bord tas-sillabu tal-Letteratura Ingliża fil-Livell tas-Sec kien magħmul mis-Sur George Camilleri u s-Sur John Preca tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, s-Sur Charles Calleja mill-Universita' u s-Sinjorina Antoinette Pace minn skola privata.
Informat ukoll li f'Ottubru 2004, il-Bord tal-Matsec ser jistaqsi lill-għalliema tas-suġġett biex jagħtu s-suġġerimenti tagħhom ta' kotba li jixtiequ jaraw fis-sillabu l-ġdid għall-2007. Wara l-Bord jagħżel numru ta' kotba u jitlob l-approvazzjoni tas-Senat ta' l-Universita'.
Peress li fix-xhur tas-sajf kien hemm diversi ittri fil-ġurnali dwar diversi nuqqasijiet fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq, jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli mit-tmexxija bħalissa? kemm hu stmat li jrid jintnefaq biex isiru t-tiswijiet kollha neċessarji fil-vaska prinċipali? Il-vaska ż-żgħira qed tintuża b'mod regolari? Min hi l-persuna li b'mod dirett hi responsabbli f'isem il-kunsill Malti ta' l-isport?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-Isports huwa responsabli għall-faċilitajiet sportivi. Fil-preżent qed isiru testijiet biex jiġi stabbilit x'tiswijiet huma meħtieġa. Stima provizjonali għax-xogħol preliminari tammonta għal Lm10,000. Iż-żewġ vaski qed jintużaw fuq bażi regolari. Is-Sur Sinclair Cassar hu l-persuna responsabli direttament f'isem il-Kunsill Malti għall-Isports.