Jista' il-Ministru jgħid jekk l-MCST użatx is-servizzi ta' barranin għal xogħol li tagħmel? Jekk iva, jista' jagħti rendikont tax-xogħol li sar u l-ispejjeż tagħhom għal dawn l-aħħar erba' snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wassallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jikkonferma l-Ministru li l-programm nazzjonali li twaqqaf għal skopijiet ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni ngħata budget ta' Lm300,000? Jista' jgħid kemm intefgħu proposti għal dan il-programm? Jista' jagħti rendikont ta' kemm-il proposta bbenefikat minn dan il-programm?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hija fl-affermattiv kif jidher fl-Estimi għal din is-sena.
Informat li hemm 30 applikant għal dan il-programm li qed jiġu evalwati.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6635 u cioe' jista' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita ma tistax tagħti l-informazzjoni hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Jien infurmat illi qabel ma jkun tlesta x-xogħol ma tkunx tista' tiġi stabilita ċifra eżatta, peress illi wara li jitlesta x-xogħol il-kuntrattur jagħti fattura li tkun tirrifletti x-xogħol kollu li jkun sar u jkun biss wara li din tiġi riveduta min-nies tekniċi ta' l-Awtorita li jkun jista' jiġi kwantifikat il-pagament.
Billi kull darba li l-karozzi tal-linja jiġu biex jgħaddu minn Pjazza San Franġisk għal Triq Putirjal, ir-Rabat Għawdex, qed ikun hemm konġestjoni kbira tat-traffiku, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jiġu stallati traffic lights jew xi sistema oħra biex ittaffi din il-problema?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku ser jikkuntattja lill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex sabiex din il-problema tiġi evalwata u diskussa bl-għan li jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ? Jista' jagħti breakdown ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-proġett tal Bajja ta' San Ġorġ s'issa sewa Lm 375,000.
L-ispejjeż kienu maqsumin kif ġej:
Rapport bix tħejja l-E.I.A. Lm 20,000
Produzzjoni ta' ramel, trasport mill-Ġordan għal Malta, trapsort mil-port għal-bajja, tifrix ta' ramel, sevizzi ta' wardens u security waqt it-tqegħid tar-ramel.Lm 239,500
Xogħolijiet ta' kostruzzjoni tal-water culvert, servizzi ta' inġinir għad-disinn tas-sistema ta' l-istorm water, sevizzi ta' periti għad-disinn ta' strutturi u għal project management, land surveysLm 95,000
Testijiet fuq samples tar-ramel, quality assurance fil-Ġordan waqt il-produzzjoni tar-ramel, environmental monitoring (meħtieġ skond il-permess għall-iżvillup), servizzi ta' konsulenza fuq aspetti ambjentali u ta' beach dynamics.Lm 17,000
Servizzi oħra, public relations, servizzi legali Lm3,500
Tajjeb li wieħed isemmi illi:
Din kienet l-ewwel darba li sar proġett ta' beach replenishment ġewwa Malta fejn bajja li ftit li xejn kienet tintuża ġiet trasformata f'bajja mfittxija mill-Maltin u t-turisti;
Aparti il-proġett innifsu, il-Ministeru u l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ħadu ħsieb il-beach management tul is-sajf kollu. Din kienet l-ewwel darba illi ngħata dan il-livell ta' servizz ta' management ġewwa bajja;
Xogħolijiet fuq it-tieni fażi tal-proġett jinbdew fil-ġimgħat li ġejjien;
Entitajiet kummerċjali, inkluż dawk turistiċi, gawdew mhux ftit mill-attivita` li tiġġenera u li ser tkompli tiġġenera il-bajja tar-ramel il-ġdida. Nittama li dawn l-entitajiet jgħarfu japprezzaw il-ġid illi ġie iġġenerat permezz ta' investiment tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm sewwieqa ta' l-ambulanzi fl-isptar San Luqa? Kemm-il ambulanza hemm? Kemm jammontaw il-pagi tagħhom? Jista' jagħti breakdown ta' l-overtime li jagħmlu s-sewwieqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-Ambulance Garage ta' l-Isptar San Luqa hemm 35 xufier (31 ambulance drivers u 4 MTD's li jsuqu l-ambulanzi). Ambulanzi hemm 20.
Il-pagi ta' dawn il-35 xufier jammontaw għal Lm148,382 fis-sena (basic).
L-overtime li tħallsu dawn ix-xufiera minn Jannar sa Settembru 2004 kien hekk:
Jannar
Lm4,203
Frar
Lm1,276
Marzu
Lm1,458
April
Lm1,335
Mejju
Nil
Ġunju
Lm1,431
Lulju
Lm2,721
Awissu
Lm1,326
Settembru
Lm3,349
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ikel li qed jiġi mogħti lill-anzjani ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule huwiex wieħed standard għal kulħadd jew huwiex ibbażat fuq il-kondizzjoni medika tal-pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ikel li jiġi mogħti lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenz De Paule huwa bbażat fuq il-kundizzjoni medika tal-pazjent.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex hemm dak id-dewmien kollu biex l-ADT jipproċessa t-talba tal-kunsill lokali ta' San Ġwann biex isiru l-pelican lights maġenb l-iskola (Vjal Rihan, Naxxar Road) minħabba l-periklu li hemm għat-tfal u l-ġenituri li jkunu jridu jaqsmu għall-iskola?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport tirċievi madwar 60 u 70 talba mill-Kunsilli Lokali kollha ta' Malta għall-pelican crossings u zebra crossings fis-sena. Il-proċedura għall-implimentazzjoni ta' dawn it-talbiet tikkonsisti f'diversi stadji. L-ewwel trid issir spezzjoni fil-post biex tiġi eżaminata n-natura tal-konflitt bejn il-vetturi u l-pedestrians kif ukoll tas-sewwieqa, skond ir-regolamenti ta' l-Awtorita. Darba ir-rikjesta tkun aċċettata jsiru preparamenti u d-diżinji neċessarji għall-implimentazzjoni.
Fir-rigward tat-talba mill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, din waslet l-Awtorita fis-17 ta' Ġunju, 2004. Din it-talba għadha qed tiġi ipproċessata skond din il-proċedura, fejn wara li saret l-ispezjoni fuq il-post, fil-preżent qed isiru d-diżinji neessarji.
Jista' il-Ministru jara li Triq Leonardu Abela f'Ħal Tarxien tingħata t-tarmac peress li tinsab fi stat ta' abbandun u ma taqax taħt il-kunsill lokali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi fil-preżent l-Awtorita qegħda tevalwa x-xogħolijiet li hemm bżonn sabiex din it-Triq titkompla.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li se jinħarġu l-permessi għat-taxis bojod? Jekk iva, kemm ħarġu u meta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi għalissa l-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta mhux qed tikkunsidra iżżid il-permessi eżistenti tat-taxis. Fil-ġimgħat li ġejjien sejjer ikun studjat l-operat ta-taxis u deċiżjoni dwar żieda lill-permessi tittieħed aktar il-quddiem.
Jista' il-Ministru jinformana jekk ġewx importati annimali li huma velenużi bħal sriep, brimb jew speċi simili? X'rettili oħra qegħdin jiġu importati barra dawn l-ispeċi? Qegħdin jiġu reġistrati b'xi mod peress li dawn l-annimali jinvolvu riskji?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fir-rigward ta’ l-ewwel żewġ mistoqsijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant jindika d-data, jew snin, jew perjodu li fih ġew impurtati l-ispeċi li qed isemmi.
Fir-rigward tar-reġistrrazzjoni ta’ l-annimali li jinvolvu riskji, id-Diviżjoni ta’ l-Ikel u Attivita’ Vetewrinarja ma tirrakkomandax l-importazzjoni qabel ma jkun hemm rakkomandazzjoni mill-Environment Protection Directorate (EPD) fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Fil-preżent, sistema ta’ reġistrazzjoni qed tkun kkunsidrata.
B'riferenza għas-sit indikat separatament, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-permessi neċessarji għal dan l-iżvilupp? X'permessi hemm fuq il-parking u meta nħarġu? Kemm-il applikazzjoni kien hemm quddiem il-MEPA u ma' l-ewwel applikazzjoni oriġinali reġax sar xi tibdil ieħor? Hemm parkingbiżżejjed?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-iżvilupp indikat hu kopert bil-permessi meħtieġa.
Il-permess PA 7622/03 nħareġ fit-13 ta' April 2004 wara li l-applikant ħallas is-somma ta' LM 22,500 bħala kontribuzzjoni għall-Commuted Parking Payment Scheme fit-2 ta' April 2004. Dan l-ammont ikopri n-numru ta' spazji rikjesti mill-iżvilupp il-ġdid inklużi l-estensjonijiet kollha approvati. Saru erba’ applikazzjonijiet lill-MEPA.
Kien hemm permess li nħareġ għal estensjoni fuq il-bejt, kif ukoll estensjoni fuq in-naħa tal-Punent tal-lukanda li tikkonsisti f' fire escape staircase u ħmistax il-kamra oħra.
Permess ieħor ikopri estensjoni ta' zewg sulari fuq il-permess outline. Ghaldaqstant it-total ta' sulari fuq Spinola Road approvati b' dan il-permess huwa ta' tmien sulari.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-pulizija li qegħdin għassa mal-klandestini f'Ħal Far mhumiex jitħallsu overtime?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li jagħmlu għassa fiċ-ċentri ta' Immigrazzjoni li jaħdmu fuq shift ta' 12, 12, off (day, night rest), liema shift ilu jeżisti fil-Korp tal-Pulizija. Kull meta jkun meħtieġ li jinħadmu sigħat aktar minn dan is-shift, dawn jiġu ikkumpensati bħala sahra. Dan is-shift jinħadem ukoll f'sezzjonijiet oħra tal-Korp. Infurmat ukoll illi l-membri tal-Korp li jaħdmu f'dawn iċ-ċentri, jiġu mibdula kull 4 ġimgħat.
Translation and Law Drafting Unit — Xogħol lil ditti/kumpanniji privati
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol mit-Translation and Law Drafting Unit tal-gvern lil ditti jew kumpanniji privati? Min kienu d-ditti jew kumpanniji privati? Jista' jagħti d-dettalji dwar kemm tħallsu mill-ġurnata meta bdiet taħdem din it-taqsima? Kif intgħażlu dawn id-ditti jew kumpanniji privati?
Response (BORG, TONIO)
Ix-xogħol kollu ta’ traduzzjoni/reviżjoni tat-Translation and Lawdrafting Unit konness ma’ l-Acquis Communitaire ingħata lil ditti/kumpaniji privati/individwi, kollu fuq bażi part-time. Id-ditti jew kumpaniji privati (barra mill-individwi) li ħadu dan ix-xogħol mill-2001, jiġifieri minn mindu twaqqaf il-Unit, kienu:
· CDF Advocates
· Euris Consult
· Global Translations Solutions
It-traditturi kollha intagħżlu bejn Ġunju u Diċembru ta’ l-2001 wara li kienu ngħataw kampjun ta’ leġislazzjoni Ewropea għal traduzzjoni u dawn it-traduzzjonijiet kienu ġew eżaminati minn panel kompost mill-Imħallef V. Caruana Colombo u l-Prokoratur Legal Victor Cauchi mill-uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali. Naturalment fil-każ ta’ ditti/kumpaniji privati kienu l-individwi inkarigati li għamlu dan ix-xogħol ta’ traduzzjoni.
Ninsab infurmat illi minn mindu din it-Taqsima saret tagħmel parti mid-Dekasteru tal-Ġustizzja u l-Intern, il-pagamenti li saru kienu kif ġej:
2003
Lm
2004
Lm*
CDF Advocates
10,867.50
11,325.18
Euris Consult Ltd
7,767.68
53,898.89
Global Translations Solutions Ltd
1,279.00
23,153.80
* pagamenti sal-bidu ta’ Awissu.
Jista' il-Ministru jgħid min hija l-kumpannija ta' l-avukati li għandhom kuntratt mal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biex tevalwa kull problema legali li tista' tinqala' minn żmien għal żmien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-konsulenti legali ikkuntrattati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi huma Muscat Azzopardi & Associates.
Il-kuntratt ikopri l-perjodu ta' sentejn li jibda minn l-1 ta' Settembru 2003.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-welfare committee mill-kontribuzzjonijiet mitluba mill-anzjani fir-residenzi ta' l-anzjani tal-gvern, inkluż SVPR, fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul tal-Welfare Committee mitluba mill-anzjani fir-residenzi ta' l-anzjani tal-gvern, inkluż SVPR, huma hekk:
Sena
Lm
1995
821,691.58
1996
1,091,196
1997
899,378
1998
1,155,093
1999
867,050
2000
1,882,004
2001
2,108,932
2002
1,950,000
2003
2,213,555
Jista' il-Ministru jgħid item, item skond l-estimi għal din is-sena kemm kienet in-nefqa bejn Jannar 2004 u Awissu 2004 u kemm hu l-valur ta' ħlasijiet pendenti għall-istess perjodu tad-dipartiment tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni estensiva mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.