Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gudja — Triq Dawret il-Gudja - pelican lights

Question

Jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili li jintervjeni sabiex jitwaħħlu pelican lights fi Triq Dawret il-Gudja, fil-Gudja quddiem l-għelieqi minħabba li din it-triq twila hija waħda li minn natura tagħha tippresta ruħha għall-overspeeding kbir da parti tal-vetturi b'periklu serju għal dawk, speċjalment residenti ta' Triq il-Burglat, Gudja jew bdiewa, li jkunu jridu jaqsmu biex jidħlu fl-għelieqi jew vice versa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita dwar it-Trasport għadha kif irċeviet talba mill-Kunsill Lokali tal-Gudja sabiex jiġu nstallati pelican lights fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant u fil-preżent din it-talba qegħda tiġi evalwata sabiex jiġi stabiliet x'l-aħjar li jsir.

Imrieħel — Fabbrika Methode

Question

Jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili u jara għaliex il-fabbrika Methode li tinsab l-Imrieħel qed tiltaqa' ma' problemi mhux żgħar mill-Malta Enterprise sabiex takkwista l-edifiċju mhux okkupat u żgumbrat li qabel kien tal-fabbrika WET, biswit tagħha stess, minħabba li tixtieq tkabbar u minħabba dawn id-diffikultajiet ma tistax tagħmel hekk?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Methode ġiet offruta żewġ fabbriki fl-Imrieħel biex tkabbar l-operazzjonijiet tagħha. Wiehed minn dawn il-fabbriki huwa l-ex-WET. Meta saret evalwazzjoni tal-kundizzjoni tal-bini tal-WET min-nies teknici tal-Malta Industrial Parks, ħareġ illi kien hemm problemi serji strutturali fil-kolonni u fuq parti mis-saqaf. Ghalhekk, qabel ma tingħata din il-fabbrika, jeħtieg li jsir evaluazzjoni jekk jaqbilx li din il-fabbrika titranġa jew terġa tinbena minħabba l- flejjes kbar meħtieġa biex tissewwa l-istruttura.

Malta Resources Authority — Wind energy/solar energy

Question

Jogħġbu l-Ministru jispjega x'inhi l-politika tal-Malta Resources Authority dwar l-użu ta' renewable energy, speċjalment fir-rigward ta' wind energy u solar energy?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa favur l-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu (renewable energy). Il-Gvern waqqaf l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi bl-Att XXV ta' 2000 u f'Artiklu 4 ta' dan il-Att, l-Awtorita' għandha l-funzjoni li tinkoraġġixxi l-użu ta' sorsi alternattivi ta' enerġija. Il-Gvern daħħal ukoll fis-seħħ Regolamenti dwar il-Promozzjoni ta' Elettriku ġenerat minn Għejun ta' Enerġija li jiġġeddu (A.L. 186 ta' 2004) u li jaddottaw id-direttiva 2001/77/EC ta' l-Unjoni Ewropea.

Malta Resources Authority — Land reclamation

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Malta Resources Authority qatt ikkonsidratx is-suġġett ta' land reclamation?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li għalkemm l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi tiġi kkonsultata fuq is-suġġett ta' land reclamation, partikolarment fuq l-użu ta' skart ta' ġebel, l-Awtorita' mhix responsabbli għal din l-attivita'.
Leg 10 PQ #7114 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

It-technical team u n-negotiating team responsabbli għax-xiri ta' Dar Malta fi Brussels kien l-istess? Min kienu l-membri rispettivi tiegħu/tagħhom? Apparti is-sur A. Mizzi li nifhem li offra s-servizzi tiegħu bla ħlas, xi tħallsu l-membri l-oħra?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7115 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

Sar studju komparattiv ma' dak li għamlu acceeding countries oħrajn fl-UE qabel ma Malta ħadet id-deċiżjoni strateġika li tixtri Dar Malta fi Brussels bil-prezz li effettivament xtratha? X'inhi r-reazzjoni tal-gvern għall-fatt li skond artiklu dettaljat ta' The Times jirriżulta li Dar Malta fi Brussels kienet l-aktar akkwist ta' proprjeta' immobbli għoli li għamel xi wieħed minn dawn il-pajjiżi membri ġodda tal-UE?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7127 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Snowflake — Low fare subsidiary

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-low fare subsidiary tal-SAS Snowflake li bdiet ittir għal Malta ftit ilu, se twaqqaf it-titjiriet tagħha mid-Danimarka minn tmiem Ottubru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Snowflake ser twaqqaf it-titjiriet tagħha fl-aħħar ta' Ottubru għad-destinazzjonijiet kollha inkluża Malta.
Leg 10 PQ #7128 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

VOM — Satellite TV station

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-gvern Malti qed jesplora l-possibbilta' illi l-Voice of the Mediterranean jiġi riattivat u żviluppat f'satellite TV station għall-Mediterran?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq nikkonferma li matul iż-żjara li l-Onorevoli John Dalli, bħala Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment, għamel fil-Libja, f'Ġunju li għadda, huwa kien issuġġerixxa li l-VOM ikun riattivat u żviluppat bħala stazzjon televiżiv għall-Mediterran.
Leg 10 PQ #7129 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kumpanniji Amerikani taż-żejt

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji Amerikani taż-żejt li ltaqa' magħhom il-predeċessur tiegħek fiż-żjara f'Houston li għamel ftit qabel ma rriżenja? X'laqgħat oħra kellu fl-istess żjara fl-Istati Uniti?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Waqt iż-żjara tiegħu fi Houston, Texas, bħala Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, l-Onorevoli John Dalli żamm laqgħat ma' diversi kumpanniji taż-żejt li l-lista tagħhom qed ngħaddiha lill-Onorevoli Interpellant separatament.
Leg 10 PQ #7130 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Konferenza dwar id-diżarm tal-GM

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li Malta hija l-uniku pajjiż membru tal-UE li ma applikax biex jissieħeb bħala membru fil-conference dwar id-diżarm tal-GM?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Hemm diversi pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom applikazzjoni pendenti, waħda minnhom għal dawn l-aħħar għoxrin sena, biex jissieħbu fil-Konferenza dwar id- Diżarm tal-Ġnus Magħquda. Il-Gvern Malti kkunsidra dan il-fatt fid-deċiżjoni tiegħu biex jissottometti l-applikazzjoni għal sħubija u l-possibilta' li verament din il-Konferenza tinfetaħ għal sħubija ġdida. Madankollu il-Gvern Malti huwa favur id-diżarm u allura qed jikkunsidra li jagħmel it-talba tiegħu għal sħubija f'din il-Konferenza minkejja li jista' jkun li din il-Konferenza mhux se tinfetaħ għal membri ġodda fi żmien qarib.

Vetturi — Reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vetturi reġistrati f'Malta maqsuma skond iċ-ċilindraġġ, sena ta' manifattura u ditta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din ir-risposta ma tistax tiġi mogħtija kif mitluba. Hawn taħt qed jingħataw dettalji tan-numru ta' vetturi reġistrati skond iċ-cilindraġġ mingħajr id-ditta u s-sena ta' manifattura mis-sena 2000 sal-lum. Inħoss li l-informazzjoni mitluba dwar ditta u sena ta' manifattura m'għandiex tingħata għaliex tista' tiġi meqjusa bħala informazjoni kummerċjali. Total ta' vetturi reġistrati maqsuma skond iċ-cilindraġġ mis-sena 2000 sal-lum sena sa 1300cc minn 1301cc sa 1449cc minn 1450cc sa 1500cc minn 1501cc sa 1800cc minn 1801cc sa 2000cc 2001cc il-fuq 2000 3715 2233 444 1779 2902 303 2001 2187 855 139 1381 2052 366 2002 2250 1521 654 981 1445 260 2003 2423 1531 475 572 735 336 2004 994 548 149 157 296 103

Ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-vapur Um El Faroud

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir ġustizzja mal-familjari tal-vittmi li tilfu ħajjithom fuq l-Um El Faroud, issa li kważi għaddew għaxar snin minn din id-diżgrazzja?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-31 ta' Marzu 2004 sar ftehim bejn il-Gvern Malti, f'isem il-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding, u l-kumpanija Libjana G.N.M.T.C. li permezz tiegħu ġew rizolti l-kwistjonijiet kollha pendenti bejn il-partijiet. Parti minn dan il-ftehim kien jispeċifika li l-Gvern Malti kien ser jassumi responsabbilita għal ħlas ta' xi danni li l-Qrati Maltin jistgħu jiddikjaraw favur il-familjari tal-vittmi tal-Um El Faroud. Il-Gvern awtorizza lill-Avukati mqabbda minnu biex jippruvaw jilhqu ftehim bonarju mal-familjari tal-vittmi biex b'hekk ma jkunx hemm bżonn li jitkomplew il-kawzi fil-Qrati Maltin. S'issa sar ftehim u ser isir ħlas f'8 kazijiet waqt li negozjati fuq 7 kazijiet oħra għadhom għaddejjin.

Tal-Qroqq — Sptar il-Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni li l-isptar il-ġdid jinbena fl-area ta' Tal-Qroqq? Meta tpoġġiet l-ewwel ġebla? Kemm intnefqu flus sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-deċiżjoni li l-isptar il-ġdid jinbena fl-area Tal-Qroqq ittieħdet fil-bidu tas-snin disgħin. Ma saret l-ebda ċerimonja formali tat-tqegħid ta' l-ewwel ġebla. Is-somma totali li tħallset fuq il-proġett mill-bidu tiegħu fl-1993 hija ta' Lm129,263,246. Din tinkludi n-nefqa totali li saret qabel ma ġie ffirmat il-kuntratt Design and Built ma Skanska fis-sena 2000. Is-somma tinkludi wkoll ħlasijiet li saru fosthom bħal Medical Equipment, Consultancy etc.. li ma kienux inklużi fil-kuntratt ikwotat.

Ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-vapur Um El Faroud

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-qraba tal-vittmi tad-diżgrazzja tat-3 ta' Frar 1995 fuq l-Um El Faroud? Meta se jieħdu l-kumpens dovut lilhom? X'qiegħed iżomm lill-gvern sabiex dawn il-familjari ma jibqgħux ibatu l-konsegwenzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għal PQ 7446.

Dipartiment ta' l-artijiet — Ħlas ta' kera ta' appartamenti tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu responsabbli għall-ħlas tad-dawl fil-partijiet komuni fl-appartamenti tal-gvern li huma bil-kera?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5300 f'Seduta 126.

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija — Chairman

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jew le jekk iċ-chairman tal-Malta Council for Science and Technology irriżenjax fil-31 ta' Lulju 2004? Jista' jinforma lill-Kamra jekk din ġietx aċċettata u x'kienu r-raġunijiet tar-riżenja tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Iċ-Chairman tal-MCST, is-Sur Peter Diacono talab lill-Gvern li ma jkomplix fil-kariga tiegħu minħabba impenji ġodda li daħal għalihom fl-industrija fejn jaħdem.

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-budget li għandha għad-dispożizzjoni l-MCST kemm biex topera u kemm biex tipparteċipa fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea f'dawn l-aħħar erba' snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Budget ta' l-MCST hu kif indikat fl-Estimi għas-snin mitluba.

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti kemm Ewropej u kemm nazzjonali li qegħda tmexxi bħalissa l-MCST? X'inhu ż-żmien tagħhom u l-kontribuzzjonijiet mill-MCST għall-parteċipazzjoni u l-ammonti li qegħdin jingħataw lilha?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.