Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sidien Libjani tal-vapur Um El Faroud ħallsux id-danni mitluba? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta sar dan il-ħlas u kemm kien jammonta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-PQ 7446.
Issa li għal aktar minn tmien snin ilu jingħad li jrid isir żvilupp fl-area ta' Baċir Nru 1, jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jibda dan ix-xogħol u jekk għadu ma jafx, meta se tittieħed deċiżjoni li dan il-post ikun jista' jitgawda min-nies tal-Kottonera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara li dan il-Gvern reġa’ ħa lura l-pussess ta’ Baċir Numru 1, bħala parti mill-impenn tal-Gvern għall-iżvilupp Urban u Soċjali tal-Kottonera, il-Kumitat tal-Kabinett dwar il-Proġett Nazzjonali diġà approva d-Developmen Brief dwar l-iżvilupp tal-Baċir Nru 1. Il-pass li jmiss huwa li MEPA tapprova formalment il-brief u tagħmel il-konsultazzjonijiet pubbliċi. Wara dan il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq joħroġ sejħa internazzjonali għal proposti.
Dan juri biċ-ċar li l-Gvern qed jagħti prijorità għall-iżvilupp ta’ dawn l-inħawi.
Sixth Framework Programme — National Contact Points
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' nies li qed iservu ta' National Contact Points (NCP) fuq is-Sixth Framework Programme (FP6)? Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji li bih ġew magħżula dawn il-persuni? Tista' persuna li m'għandhiex bażi akkademika jew anke esperjenza mibnija fuq xogħol f'xi industrija tkun NCP ta' suġġett partikolari?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Sixth Framework Programme — National Contact Points
Question
Jista' il-Ministru jispjega x-xogħol li jwettqu l-NCP's? Jista' jgħid ukoll x'kienu l-attivitajiet li saru u li huma ppjanati mill-NCP's f'dawn l-aħħar erba' snin, b'mod separat għal kull NCP?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma ssir bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jew il-ministeru u l-kunsill edukattiv għal Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Is-sistema edukattiva f'Għawdex hija integrata ma dik ta' Malta u għaldaqstant id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni issegwi il-ħidma edukattiva f'Għawdex bl-istess mod akkurat kif tagħmel f'Malta. Għal dan l-iskop hemm numru ta' uffiċjali għolja tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jsegwu u jirrapurtaw fuq dawn il-qasam, uħud minnhom rappreżentati fl-insemmi kunsill.
Tista' il-Ministru tgħid kemm-il darba iltaqa' il-kunsill edukattiv għal Għawdex mill-bidu tas-sena 2002 sal-lum? X'ġie diskuss u x'deċiżjonijiet ħa? Tista' tgħid ukoll jekk dan il-kunsill jippreżentax rapport annwali? Jekk iva, tista' tpoġġi kopja tar-rapporti annwali sa mit-twaqqif ta' dan il-kunsill, jiġifieri mis-sena 2001 sas-sena 2003?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Kunsill ta' l-Edukazzjoni ghal Ghawdex iltaqa' erba' darbiet matul is-sena 2002. Il-Kunsill iddisuktat materji li jirrigwardaw l-edukazzjoni f'Ghawdex u kien bord konsultattiv. Matul il-hidma tieghu il-Kunsill ipprezenta rapport li jkopri l-perijodu minn Jannar 2001 sa Gunju 2002. Il-Kunsill gie xolt u gie rikostitwit bhala Kunsill ta' l-Edukazzjoni u Tahrig Vokazzjonali ghal Ghawdex fl-1 ta' Settembru 2004.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri matul din is-sena skolastika fejn tidħol il-kwestjoni ta' x'ħin jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel u dan mhux biss fid-dawl ta' dak li ġara matul is-sena skolastika l-oħra, iżda anke issa li ċertu skejjel diġa' informaw lill-ġenituri x'ħin se jinfetħu l-bibien ta' l-iskola u minħabba l-fatt ukoll li t-trasport li jeħodhom lejn l-iskola jwassalhom ħafna ħin qabel ma jinfetħu l-bibien ta' l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fit-22 ta' Settembru 2004, intbagħtet ċirkulari OPS 71-2004 lill-iskejjel biex tinfurmhom dwar is-superviżjoni tat-tfal li jużaw it-trasport organizzat mit-Taqsima tat-Trasport għall-iskejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Skond il-ftehim li sar mal-kuntratturi li jipprovdu t-trasport għall-iskejjel kien intlaħaq qbil li
"l-kuntrattur jobbliga ruħu li jassikura li l-istudenti jitwasslu l-iskola u lura u ma jinġabrux mill-ewwel post ta' kull vjaġġ iżjed kmieni minn siegħa qabel il-ħin ta' l-iskola li jattendu l-istudenti konċernati, u li jittieħdu lura d-dar sa l-aħħar post ta' kull vjaġġ mhux aktar minn siegħa mill-ħin li fih jintemm il-jum skolastiku ta' l-istudenti konċernati".
Kopja taċ-ċirkulari in kwistjoni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm assistenti kapijiet fl-iskejjel sekondarji tal-gvern li se jirtiraw sa Ġunju 2005?
Jista' jgħid ukoll x'inhi l-policy tad-diviżjoni biex jimtlew dawn il-vakanzi li jinħolqu sa dak iż-żmien?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li sa Ġunju 2005, ser jirtiraw erba' Assistenti Kapijiet fl-Iskejjel Sekondarji (tlett irġiel u mara) meta jagħlqu 61 sena. Fl-istess perjodu 4 assistenti kapijiet fl-iskejjel Sekondarji (tlett irġiel u mara) ser jagħlqu 60 sena. Wieħed mill-irġiel diġa informana li ser jirtira.
Informat ukoll li meta assistent kap ta' skola ikun ser jirtira jew bl-eta' jew bil-leave ta' qabel l-irtirar, l-Operations Department tavża lis-sezzjoni tar-reklutaġġ li jieħu ħsieb li ssir rakkommandazzjoni ta' assistent kap ġdid skond minn ikun imissu mill-lista li jkollu ta' l-aħħar intervisti li jkunu saru. Ir-rakkommandazzjoni tintbagħat lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) u l-Management and Personnel Office (MPO) għall-verifika u aċċettazzjoni. Meta tiġi t-tweġiba mill-PSC u l-MPO il-persuna tingħata l-ittra tal-ħatra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li tingħata t-tarmac triq żgħira fejn hemm id-djar ta' l-HOS fuq S. Liena, Bormla, liema triq qatt ma ngħatat tarmac u allura hi responsabbilta' tal-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed jithejja mid-direttorat, u x-xogħol fiha isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki fil-qasam industrijali ta': Bulebel, Kordin, Marsa, Ricasoli; Mosta u Xewkija?
Kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull qasam industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid fejn kellna uffiċini tal-MDC/METCO barra pajjiżna tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Min kienu l-persuni li kienu jaħdmu f'kull uffiċċju? X'salarju u benefiċċji kellhom kull wieħed minnhom? X'kienet il-kera u spejjeż relatati għal kull uffiċċju?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Festi ta' l-1 ta' Mejju — Ħaddiema li ħadu ħsieb il-preparazzjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jara li l-ħaddiema li ħadmu ħafna sigħat żejda bħala preparazzjoni għall-festi tal-1 ta' Mejju marbuta ma' sħubija fl-Unjoni Ewropea, jitħallsu ta' dan l-overtime? Meta se jsir dan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħlas ser isir fi żmien qasir.
B'riferenza għar-rapport ta' St. James Cavalier, sezzjoni "Income & Expenditure Statement for the year ended 31st December, 2003", jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-expenditure section, (page 18) fejn tgħid:
Direct expenditure of activities (52.204)
Staff costs (99.441)
Depreciation (7.705)
Audit fee (350)
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Jista' il-Ministru jara li l-meter ta' l-elettriku ta' dar privata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat jew jitbiddel minħabba li qed ikun ta' periklu għar-residenti tad-dar?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li ma hemm l-ebda periklu fil-meter ta' l-elettriku
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li raġel separat ta' madwar 40 sena li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jgħix ma' missieru f'kamra waħda ġewwa Bormla, xi darba jieħu post tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Bormla — Wesgħa l-Knisja tan-Nativita' - irwejjaħ fi Blokk B
Question
Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex mill-aktar fis possibbli jara x'qed jikkaġuna rwejjaħ u ħsejjes fix-xaft ta' Blokk B, Wesgħa l-Knisja tan-Nativita', Bormla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li saru l-investigazzjonijiet neċessarji fil-Blokk indikat minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment u nstab li hemm ħsara fil-katusi vertikali tad-drenaġġ. Inħareġ avviż uffiċjali lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex isiru t-tiswijiet neċessarji.
Dwar ħsejjes nitlbok tirreferi l-ilment lill-Ministru responsabbli mill-Korp tal-Pulizija.
Skejjel ta' l-istat — Studenti li nqabdu bi drogi/armi tan-nar
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u din is-sena sal-lum kienx hemm rappurtat li xi tfal/studenti li jattendu l-iskejjel ta' l-istat inqabdu b'xi drogi u armi tan-nar; meta u f'liema skola; x'passi ttieħdu; kemm kellhom eta' t-tfal f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Awtorita' tad-djar — Każ dwar post fi stat perikoluż
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħaditx post tal-gvern riċentement, peress li din l-applikanta, apparti li tbati minn diversi mard psikoloġiku u mentali, għandha l-bintha tgħix magħha li għadha kif ħarġet mill-isptar Monte Carmeli u t-tnejn li huma jgħixu f'post li ġie ċċertifikat mill-awtorita' tad-djar mhux tajjeb għall-abitazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' appelli li saru lill-Immigration Appeals Board, imwaqqaf taħt l-Att ta' l-Immigrazzjoni, minn immigranti li kien deċiż mill-Principal Immigration Officer li jkunu deportati? X'kien l-eżitu ta' dawn l-appelli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' appelli li ġew deċiżi mill-Immigration Appeals Board taħt l-Att tal-Immigrazzjoni, kien ta' ħdax. L-ebda wieħed minn dawn l-appelli ma ġie milqugħ.