Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riżorsi u Infrastruttura — Kontijiet tad-dawl u Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar,Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet ta’ Lm 54,154 li minnhom l-ammont ta’ Lm 17,052 kien dovut minħabba s-surcharge. L-Onorevoli Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega l-għala jkun hemm avarija fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta’ energy savings allura dan, ovvjament kellu mpatt pożittiv.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt: Ministeru / Dekasteru / Entita' Xhar Nefqa f'Hospitality Ministeru u Segretarjat Parlamentari Jannar Lm1201.43 Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Jannar Lm418.16 Dipartiment Kura Primarja Jannar Lm87.74 Dipartiment Promozzjoni tas-Saħħa Jannar Lm169.28 Dipartiment Saħħa Istituzzjonali Jannar Lm31.55 Sptar Żammit Clapp Jannar Lm5 Ministeru u Segretarjat Parlamentari Frar Lm70.48 Dipartiment Promozzjoni tas-Saħħa Frar Lm75.12 Dipartiment Informazzjoni għas-Saħħa Frar Lm89.60 Ministeru u Segretarjat Parlamentari Marzu Lm796.65 Dipartiment Policy & Planning Marzu Lm47.10 Bioethics Committee Marzu Lm185 Dipartiment Promozzjoni għas-Saħħa Marzu Lm123.83 Dipartiment Nursing Services Marzu Lm36.55 Sptar San Luqa Marzu Lm661.60 Awtorita' dwar il-Mediċini Marzu Lm5.50

Host families

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'studji saru dwar l-impatt li l-miżuri ġodda kellhom fuq host families li jżommu studenti barranin, kif ukoll jekk il-Gvern huwiex jikkonsidra li jintroduċi inċentivi ġodda għal dawn il-familji billi bosta familji qed iħossu ruħhom dimotivati li jkomplu f'din il-linja li tikkumplimenta d-dħul tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi saru diversi diskussjonijiet bejn il-partijiet ikkonċernati qabel iddaħħlu l-miżuri ġodda dwar il-host families. Waqt dawn id-diskussjonijiet kienu studjati diversi modi u mudelli ta’ tassazzjoni dwar kif setgħu jkunu mgħejjuna dawn il-familji waqt li fl-istess ħin ikun rikonoxxut id-dmir ta’ dawn il-familji għall-ħlas tas-sehem ġust tagħhom ta’ taxxa bħal kull ċittadin ieħor. Mill-informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni jirriżulta li matul is-sena ta’ stima 2006 kien hemm madwar 560 familja li ibbenefikaw mill-vantaġġi tal-miżuri l-ġodda.

Impjiegi ġodda mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati recruitments ġodda għall-impjieg mal-gvern jew ma' entitajiet? Fuq liema bażi ġew approvati u taħt liema ministeru ġew jew sejrin jiġu mpjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li:- (i) matul din is-sena ġew approvati u mtlew 364 postijiet fuq bażi indefinita u 118 pożizzjonijiet fuq bażi definita permezz ta’ sejħiet t’applikazzjonijiet esterni waqt li 740 temmew l-impieg fis-Servizz Pubbliku; (ii) għall-istess perjodu, ġew approvati wkoll 382 pożizzjonijiet fuq bażi definita, ukoll permezz ta’ sejħiet esterni, waqt li 305 temmew l-impieg fis-Settur Pubbliku li jinkludi l-entitajiet pubbliċi; u (iii) dan ir-reklutaġġ ġie mifrux fuq il-Ministeri kollha u seħħ skond il-ħtiġijiet tal-Ministeri partikolari.

Boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Għawdxin li ġew boarded out sena b'sena f'din il-leġislatura sal-lum? Jista' jagħti breakdownraħal, raħal minn fejn ġew kif ukoll ir-raġunijiet mediċi għaliex ġew boarded out? Jista' jindika l-etajiet tal-persuni kkonċernati? Minn min kienu komposti l-boards mediċi li ħadu dawn id-deċiżjonijiet tul il-perijodu ndikat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Madliena — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern ċentrali biex jasfalta toroq li jinsabu fi stat ħażin fil-Madliena? Liema toroq huma pproġettati li jsiru fis-sena 2007 u separatament fis-sena 2008?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi diġa saru numru ta’ toroq fil-Madliena, dawn jinkludu:- Triq Manwel Aguis Triq Esprit Barthet Triq il-Markiż Scicluna Triq il-Veduta Triq is-Slielen p/o Dawn kienu parti mill-programm ta’ toroq maħruġ mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport. Saru wkoll xogħlijiet ta’ major patching fi Triq Pedidalwett. Filwaqt li fil-ġranet li ġejjien ser jibda xogħol fi Triq id-Dielja, Triq il-Ġmiel u Triq il-Militar li wkoll jifffurmaw parti minn dan il-programm.

Zebra crossings

Question

Minħabba l-ispeed tat-traffiku li jkun għaddej kif ukoll id-diffikulta' għall-pedestrians biex jaqsmu, jistgħux isiru zebra crossings kemm fi tmiem Triq Birkirkara, Kappara qabel ma wieħed jaqbad ma' Naxxar Road kif ukoll f'tarf Naxxar Road innifisha, f'San Gwann qrib l-ex Half Way Bar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku sa mis-sena 2003 irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali San Gwann jew mill-pubbliku ghal tali pedestrian crossing fi tmiem Triq Birkirkara.

Delegazzjoni fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali taż-żjara tiegħu u tad-delegazzjoni fl-Awstralja, inkluż l-passaġġi ta' l-ajru, etc?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F’dan l-istadju għadhom qegħdin jinġabru l-kontijiet taż-żjara li qed jagħmel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant, l-Uffiċċju tiegħi għadu m’huwiex f’pożizzjoni li jagħti risposta għalissa.

Zjara fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Muniti tad-deheb

Question

F'isem il-familja minn San Gwann li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, nixtieq ġentilment nirreferik għal deċiżjoni tal-qorti li tmur lura dwar att ta' akkuża nru 2866 dwar muniti prezzjużi tad-deheb, billi l-familjari tal-persuna kkonċernata s-Sur Busuttil jafu li dak iż-żmien dawn il-muniti kienu fil-pussess tal-qorti, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet llum jinsabux f'qagħda li jidentifikaw fejn għadhom jinsabu dawn il-muniti billi qatt ma ġew rritornati lill-familja konċernata? Filwaqt li napprezza l-mogħdija konsiderevoli taż-żmien mill-qtugħ ta' dik is-sentenza din il-mistoqsija qed issir għaliex tul is-snin l-familja konċernata ngħatat diversi tweġibiet konfliġenti meta ippruvat tagħmel l-indaġini minn rajha.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn eżami tal-kumpilazzjoni relattiva jirriżulta li l-muniti in kwistjoni kienu l-korp tar-reat fil-proċess tal-kawża kriminali in kwistjoni. L-akkużati f'dik il-kawża ġew misjuba ħatja li xtraw u biegħu kwantita ta' liri tad-deheb kontra l-liġi. Bħala l-korp tar-reat il-muniti in kwistjoni kienu konfiskabbli skond il-liġi u mal-kundanna saru proprjeta' tal-Gvern.

Sewwieqa tal-minibuses u coaches — Ċintorin

Question

Peress li diversi sewwieqa tal-minibuses u coaches qed jilmentaw għaliex ikollhom jilbsu ċ-ċintorin tas-sigurta', jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx l-ħsieb li dawn is-sewwieqa jiġu eżentati milli jilbsu ċ-ċintorin bħalma huwa l-każ tas-sewwieqa tat-taxis?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat min-naħa ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport li m’hemmx il-ħsieb li s-sewwieqa tal-minibuses u l-coaches ikunu eżenti milli jilbsu ċ-ċintorin tas-sigurtà. Tajjeb li s-sewwieqa ta’ dawn il-vetturi japprezzaw li ċ-ċintorin tas-sigurtà biex isalva l-ħajja. Jien infurmat ukoll li l-eżenzjoni fir-rigward tas-sewwieq tat-taxis tgħodd biss fil-ħin li huma jkunu qegħdin iġorru l-passiġġieri u din kienet ingħatat meta saru r-regolamenti dwar l-użu taċ-ċintorin tas-sigurtà għal raġunijiet ta’ sigurtà personali waqt li jkunu qegħdin iġorru l-passiġġieri, partikolarment matul il-lejl.

Rimi ta' skart tal-bini

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27228 li saret fl-10 ta' Lulju, 2007 u li kellha tiġi mwieġba f'seduta oħra, peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għaliex il-kuntratturi u dawk kollha nvoluti fis-settur tal-bini m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma wasalli ebda rapport li jeżisti xi forma ta' chaos minħabba li l-kuntratturi f’Għawdex m’għandomx fejn ipoġġgu l-iskart tal-kostruzzjoni. Jista’ jagħti l-każ li l-Interpellant qiegħed jirreferi għas-sitwazzjoni li kienet tippersisti għal xi żmien wara li l-faċilità privata li offriet dan is-servizz għal dawn l-aħħar erba’ snin waqfet topera. Ta' min jinnota ukoll li l-miżbla tal-Qortin issa qegħda fil-fażi li titgħatta b’saff ta’ materjal inert li ma jkunx ikkontaminat bi skart ieħor (tad-djar u ta' industriji oħrajn) biex dan is-sit jibda jiġi żviluppat għall-użu pubbliku.

Universita' ta' Malta — Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru, jekk saru bejn l-Universita' ta' Malta u l-amministrazzjoni ta' l-Isptar Mater Dei dwar il-parkeġġ u dan in vista tal-fatt li studenti universitarji u anke staff ta' l-universita' jinsabu mħassbin minħabba s-sistema kollha tal-parking fl-universita'? Jista' inoltre jgħid kemm kien hemm parking spaces qabel ma fetaħ Mater Dei u kemm ittieħdu minħabba l-Mater Dei?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma saru l-ebda arranġamenti ma' l-Isptar Mater Dei rigward parkeġġ, għaldaqstant l-ispazju tal-parkeġġ fl-Universita' baqa' l-istess kif kien qabel.

Ingaġġament ta' għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx ingaġġata bħala għalliema mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni u dan meta l-oħrajn li kienu fil-grupp tagħha kollha ġew ingaġġati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna konċernata ser tirċievi t-tagħrif meħtieġ.

Impjegati tas-settur pubbliku — Reati kriminali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tas-settur pubbliku li din is-sena tressqu l-Qorti fuq reati kriminali; f'liema dipartiment/ministeru kienu u l-kariga li kienu jokkupaw, in-natura tar-reat li kienu akkużati bih; jekk ġewx sospiżi jew għadhom fl-impjieg normali tagħhom pendenti l-proċeduri li għaddejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — EURO Assistants

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-applikazzjonijiet saret għall-Euro Assistants f'Għawdex u meta saru? Jista' jgħid ukoll kemm effettivament intgħażlu u ġew ingaġġati u kemm minnhom għadhom jokkupaw din il-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Euro Assistants kienet waħda li tkopri kemm il-ħtiġijiet ta’ Malta kif ukoll dawk ta’ Għawdex. L-ewwel sejħa saret fit-tmienja u għoxrin (28) ta’ Ġunju 2006, MPO Circular 129/2006, it-tieni sejħa fid-disa’ (9) ta’ Frar 2007, MPO Circular 04/2007 u t-tielet sejħa fis-sittax (16) ta’ Awissu 2007, MPO Circular 123/2007. Mill-kandidati magħżula, l-ammont ta’ kandidati Għawdxin huwa kif ġej: MPO Circular 129/2006 ntgħażlu tmienja (8) Għawdxin MPO Circular 04/2007 ntgħażlu tlieta (3) Għawdxin MPO Circular 123/2007 proċess ta’ l-għażla mhux magħluq Fil-preżent hemm ingaġġati tmien (8) Euro Assistants Għawdxin.

Sptar San Luqa — Angiograms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru angiogramsfl-Isptar San Luqa fis-snin 2002 sa 2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward l-Angiograms ġiet miġbura mill-Cardiac Services Department, CIPR (Cardiac Investigation & Patient Records) system għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. Is-CIPR iżżomm l-informazzjoni maqsuma fi gruppi ta' etajiet. Għalhekk it-tabella ta' hawn taħt turi li n-numri ta' Angiograms skond il-grupp ta' l-etajiet: Source: CIPR (Dept of Cardiac Services, SLH) Standard Age Groups (yrs) ANGIOGRAMS (inclds Coronary, Craft & R Heart Studies) Year <49 50 to 59 60 to 69 70+ Total 2002 335 661 599 447 2042 2003 361 648 615 460 2084 2004 332 616 540 472 1960 2005 309 619 657 468 2053 2006 299 577 600 514 1990

Sptar San Luqa — Angioplasties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru angioplasties fl-Isptar San Luqa fis-snin 2002 sa 2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward l-Angioplasties ġiet miġbura mill-Cardiac Services Department, CIPR (Cardiac Investigation & Patient Records) system għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. Is-CIPR iżżomm l-informazzjoni maqsuma fi gruppi ta' etajiet. Għalhekk it-tabella ta' hawn taħt turi n-numri ta' Angiograms skond il-grupp ta' l-etajiet. Source: CIPR (Dept of Cardiac Services, SLH) Standard Age Groups (yrs) ANGIOPASTIES (inclds Primary PCI, PCI) Year <49 50 to 59 60 to 69 70+ Total 2002 79 139 154 115 487 2003 86 188 134 108 516 2004 90 169 155 142 556 2005 90 175 184 148 597 2006 90 163 181 150 584

Sptar San Luqa — Open hears surgeries

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru open heart surgeries fl-Isptar San Luqa fis-snin 2002 sa 2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward Open Heart Surgery ġiet miġbura mis-Surgical Operations Register, ta' l-isptar San Luqa għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. It-tabella ta' hawn taħt turi ċ-ċifri ta' l-informazzjoni rikjesta. Source: Surgical Operations Register SLH 'OPEN HEART SURGERY' ONLY Note; A patient may have >1 procedure in a given episode Year Total No of Open Heart Procedures Of the total: no. of 'Procedures' for age group 40 to 60 yrs 2002 470 163 2003 563 188 2004 575 232 2005 457 240 2006 423 187

Sptar San Luqa — Hysterectomies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hysterectomies fl-Isptar San Luqa kull sena bejn l-2002 u l-2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward hysterectomies ġiet miġbura mis-Surgical Operations Register ta' l-isptar San Luqa għall-perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. It-tabella ta' hawn taħt turi l-figuri tal-hysterectomies li jinkludu wkoll total abdominal, vaginal, sub total u Wertheim's. Source: SurgicalOperations Register SLG Hysterectomies Year Total No of 'Hysterectomy Procedures' Of the Total: No. of Hysterectomy Procedures' for age group 40 to 60 yrs 2002 547 361 2003 484 314 2004 469 342 2005 467 334 2006 428 305