Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-gvern milli jagħti l-kumpens lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsb infurmat illi l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant kienet qiegħda tokkupa din il-proprjeta’ tal-Gvern b’ titolu ta’ encroachment, u għal daqstant ma hemm ebda kumpens dovut lilha.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-MEPA ma' sid privat biex itella' ħajt mal-plot privat tiegħu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba li dan qed ikun użat bħala miżbla b'inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Pollution Prevention and Control Unit fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qed tinvestiga dan il-każ u tinstab fil-proċess li tidentifika s- sid ta' l-art. Ta’ min isemmui wkoll li l-Kunsill Lokali għandu wkoll id-dmir li jara li din il-proprjeta tinżamm nadifa.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnetari 6750 u cioe' jista' jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet li qed tagħmel il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fir-rigward ta' l-inkonvenjent li dejjem qed jiżdied fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' L-ilma saret taf bl-ilment permezz ta' din il-Mistoqsija Parlametnari.
Il-persuna indikata qalet lill-ufficcjali tal-Korporazjoni għas-Servizzi ta' l-ilma li hi l-ilmenti tagħha dejjem għamlithom lid-Dipartiment tas-Saħħa u dawn kienu ndikawlha illi l-ilma ma kienx ġej mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma.
Kien biss fil-21 ta' Lulju 2004, li d-Dipartiment tas-Saħħa nforma lil din il-persuna li l-ilma seta kien ilma mill-mains tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma.
Il-Korporazzjonmi qed tinvestiga l-każ u ser tieħu l-passi necessarji jekk l-ilma jirriżulta li hu ġej mis-sistema tad-distribuzzjoni tagħha.
Tista' il-Ministru tara li l-faċċata ta' dar tal-gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fi stat ta' deterjorament tiġi rranġata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-Bumunqar, f'Ħaż-Żabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Triq il-Bumunqar ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed jithejja Direttorat u x-xogħol fuqha isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Malta Resources Authority għandhiex strateġija nazzjonali dwar l-użu ta' l-enerġija sabiex ikun hemm approach ħolistiku u integrat fl-użu ta' l-enerġija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li jeżisti abbozz avvanzat ta' l-Energy Policy. Dan huwa bbażat fuq l-obbligi ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea.
Malta Resources Authority — Produzzjoni ta' bio-gas
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Malta Resources Authority qattx ikkonsidrat il-produzzjoni ta' bio-gas mill-manure li jiġi prodott mill-irziezet, speċjalment dawk tat-tiġieġ u tal-baqar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi qiegħda fil-proċess li tikkunsidra l-produzzjoni u l-użu tal-biogas f'kuntest tad-Direttiva 2003/30/EC ta' l-Unjoni Ewropea. Hu maħsub li sa l-aħħar ta' din is-sena, il-provedimenti ta' din id-Direttiva jkunu parti mill-liġi Maltija.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jara li fi Triq San Ciro fil-Gudja jitbiddlu/jitnaddfu l-ispieri u spaction chambers li hemm, minħabba l-irwejjaħ insapportabbli ta' drenaġġ li ilu jkun hemm għal dawn l-aħħar xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li sar it-tindif neċessarju fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq San Ċiro, l-Gudja u l-'manholes' ġew siġillati. Bħala riżultat l-irwejjaħ ta' drenaġġ waqfu.
Enerġija elettrika għal produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb
Question
Jista' il-Ministru jew il-Malta Resources Authority jikkwantifika l-ammont ta' enerġija elettrika li pajjiżna juża sabiex jipproduċu l-ilma tax-xorb (f'termini ta' ratio jew proporzjon)?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li skond ir-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma 2003, l-ammont ta' enerġija elettrika wżata fis-sena 2002 - 2003 għall-produzzjoni u distribuzzjoni ta' l-ilma hija kif ġej:-
ilma minn impjanti tar-reverse osmosis - 106,412 MWh
ilma tal-pjan (ground water) - 13,219 MWh
Total - 119,631 MWh
Dan it-total jammonta għal madwar 5.9% ta' l-ammont ta' enerġija elettrika distribwita mill-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' il-Ministru jew il-Malta Resources Authority jikkwantifika l-ammont ta' enerġija elettrika użata sabiex jissaħħan l-ilma fir-residenzi, hotels, eċċ f'Malta u Għawdex (f'termini ta' proporzjon jew ratio)?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' persuni li tressqu fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, tressqu quddiem il-Qorti 60 persuna, uħud minnhom diversi drabi, fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li m'għandhiex saqaf fuq rasha, tieħu post li jinsab vojt li s-sid tiegħu huwa l-gvern u li d-dettalji dwaru qed ngħaddihom ukoll separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni mill-persuna ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Ninsab infurmata wkoll li mir-rekords tad-Dipartiment ma jirriżultax li din il-persuna m'għandiex saqaf fuq rasha.
MEPA — Applikazzjonijiet għall-bini ta' swimming pools
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellha applikazzjonijiet il-MEPA għall-bini ta' swimming pools fl-Imdina f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ġew milqugħa? F'liema residenza/residenzi kienu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), minn 01/01/1999 sal-lum kien hemm biss applikazzjoni waħda fl-Imdina għal "swimming pool". Din l-applikazzjoni tirreferi għall-applikazzjoni PA 6336/2002.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-fee structureli biha l-Gvern Malti appunta lil Lehman Bros. bħala financial advisors għall-privatizzazzjoni tal-Maltacom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nittama li l-Onorevoli Membru japprezza li l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi żvelata. Primarjament minħabba li din l-informazzjoni hi ta' natura kummerċjali li jekk tiġi publikata tista' tagħmel ħsara lil Lehman Brothers u wkoll minħabba l-'confidentiality agreement' li jeżisti bejn l-Gvern u Lehman Brothers.
Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Biljetti ta' l-ajru
Question
Jista' il-Ministru jindika minn kemm ilu Ministru ta' l-Affarijiet Barranin minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru għas-safar uffiċjali tiegħu sad-9 ta' Settembru, 2004?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Minn kemm ili Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-biljetti ta' l-ajru għas-safar tal-Ministeru kollu nqatgħu mill-kumpanija ta' l-ajru, Air Malta.
Huwa minnu li filwaqt li l-Ministeru se jonfoq dawk il-miljuni kollha fuq Dar Malta fil-każ ta' l-ambaxxata ta' Malta f'Dublin, din ma ngħatatx permess tixtri ċertu għamara bħal imwejjed u siġġijiet u minflok ġiet ordnata tikri din l-għamara b'madwar Euro 800 fix-xahar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li l-Ambaxxatur Malti ġewwa Dublin għamel arranġamenti temporanji għall-għamara ta' l-Ambaxxata sakemm ikun hemm l-awtoriżżazzjoni neċessarja sabiex jiġu pprovduti fondi għax-xiri ta' l-għamara għall-Ambaxxata.
Huwa minnu li filwaqt li l-Ministeru se jonfoq dawk il-miljuni kollha fuq Dar Malta fil-każ ta' l-ambaxxata ta' Malta f'Dublin, din ma ngħatatx permess tixtri ċertu għamara bħal imwejjed u siġġijiet u minflok ġiet ordnata tikri din l-għamara b'madwar Euro 800 fix-xahar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li l-Ambaxxatur Malti ġewwa Dublin għamel arranġamenti temporanji għall-għamara ta' l-Ambaxxata sakemm ikun hemm l-awtoriżżazzjoni neċessarja sabiex jiġu pprovduti fondi għax-xiri ta' l-għamara għall-Ambaxxata.
Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li wasluli li fl-Ambaxxata ta' l-Awstralja saret claim ta' sexual harassment minn ex locally engaged staff member li tkeċċiet f'dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Iva, saret allegazzjoni ġenerika f'dan is-sens. Il-Ministeru għamel l-investigazzjonijiet neċessarji tiegħu u sa issa, minkejja li ntalbet li tagħmel dan, il-persuna li allegat għada ma ġabet l-ebda informazzjoni tanġibbli dwar l-allegazzjoni ġenerika tagħha.
Huwa minnu li fl-ambaxxata tal-Libja ġiet posted persuna li fl-imgħoddi kitbet artikli kontra l-awtoritajiet Libjani u li se jkollha tiġi rtirata wara protesti li saru mill-Gvern Libjan? Minnu li sal-lum din il-persuna għadha lanqas biss ingħatat diplomatic status mil-Libjani?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nassumi li l-Onorevoli Membru qed jirreferi għall-Ambaxxata Maltija fil-Libja u mhux għall- "ambaxxata tal-Libja" kif hemm indikat fil-Mistoqsija. Jiena nfurmat li l-Ministeru ma għandu l-ebda tagħrif li hemm xi persuna fl-Ambaxxata Maltija fil-Libja li kienet kitbet artikli kontra l-awtoritajiet Libjani. Jiena infurmat li ma hemm ħadd fl-Ambaxxata li m'għandux passaport diplomatiku.
Sta. Venera — Appartament tal-gvern - tiswija ta' lift
Question
Tista il-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex it-talba li qed jagħmlu residenti minn Sta. Venera tiġi milqugħa? (id-dettalji qed jintbagħtu separatament).
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-manutenzjoni tal-partijiet komuni u ta' l-lifts stallati fi blokki tal-Gvern hi responsabbilita' ta' l-inkwilini.