Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — Dħaħen ġejjin mill-karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-MEPA biex tipprova tnaqqas ċerti dħaħen ta' karozzi mill-village cores? Studjat jekk hux possibbli li fil-qalba ta' ċerti rħula u bliet jinsabu rotot alternattivi għal trakkijiet u heavy vehicles oħrajn biex kemm jista' ikun jitnaqqas l-exhaust mill-qalba tar-raħal jew tal-belt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li r-responsabbilta' għal biex jinstabu rotot alternattivi għat-traffiku, u biex isiru studji fuq id-dħaħen ta' karozzi / trakkijiet taqa' taħt l-Awtorita' Dwar it-Trasport fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Trasport. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Adult training centres — Ħaddiema

Question

Tista' il-Ministru tikkonferma li l-Adult training centres (ATC's), cioe' l-impjegati li ġew ingaġġati maċ-ċivil bil-proċeduri kollha, se jgħaddu mas-Sapport taħt l-aġenzija Appoġġ? Jekk iva, dawn il-ħaddiema se jiġu kkonsultati qabel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7608 f'din l-istess Seduta.

Ambulanzi — Wires tar-Radju

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'investigazzjonijiet qegħdin isiru fuq iż-żewġ ambulanzi li spiċċaw bil-wires tar-radio tagħhom maqtugħa? Kemm ilhom joperaw dawn iż-żewġ ambulanzi u kemm swew kull waħda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi qed jiġi investigat mill-pulizija. L-ambulanzi involuti ilhom joperaw minn Marzu ta' 2004.Kull ambulanza swiet Lm22,000.

Adult training centres — Ħaddiema

Question

Il-ftehim li sar bejn il-gvern u ż-żewġ unions, i.e. GWU u UĦM, għall-ħaddiema ta' l-Adult training centres għadu fis-seħħ? X'inhi l-proċedura li qegħda tiġi attwata għall-ingaġġ ta' l-impjegati u kemm ilha fis-seħħ din il-proċedura? L-impjegati li jissejħu support care workers kif ukoll gradi oħra bħal dawk ta' professjonisti li jaħdmu fl-ATC's jonoraw il-ftehim imsemmi hawn fuq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7608 f'din l-istess Seduta.

Dipartiment ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' flus intnefaq mid-dipartiment ta' l-anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mill-Vot Rikorrenti 5029 - Residential Care in Private Homes ta' Lm350,000 kif kien imniżżel fl-aħħar budget?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' flus li ntefaq mid-Dipartiment ta' l-Anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mill-vot Rikorrenti 5029 kien Lm244,235 u dan ikopri l-ħlas għal servizz sa Lulju 2004.

Dipartiment ta' l-Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' flus nefaq id-dipartiment ta' l-anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mis-somma ta' Lm1,400,000 - il-budget vote 5064, Home Help/Care Service Scheme?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' flus li ntefaq mid-Dipartiment ta' l-Anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mill-vot 5064 kien Lm1,041,908.

Vapuri — Diesel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża kuljum (24 siegħa) f'diesel għall-vapuri bl-iskeda tas-sajf meta ovvjament ikun hemm aktar trips? Kemm hu l-ammont għall-iskeda tax-xitwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ispiża ta' diesel kuljum tal-vapuri (maħdum fuq medda ta' sena bejn Settembru 2003 u Awissu 2004) hija ta': Skeda tas-Sajf - LM3,514 kuljum Skeda tax-Xitwa - LM2,577 kuljum Dan il-konsum huwa maħdum fuq u jinkludi: * il-vjaġġi skedati * it-trips extra * Il-vjaġġ tal-cargo għal Sa Maison (skedat) Ta' min jinnota wkoll li l-ispiża tiġi effetwata wkoll mil-prezz tad-diesel, li jvarja ħafna u li bħalissa huwa għoli ħafna.
Leg 10 PQ #7616 Sitting 170 2004-10-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Task Force — Laqgħa taċ-CHOGAN

Question

Jista' il-Minstru ġentilment jgħid min huma l-membri tas-task force li ġew appuntati biex jieħdu sehem fil-laqgħa taċ-CHOGAN li se ssir f'Novembru 2005?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-membri tat-Task Force li ġew appuntati biex jieħdu sehem fil-laqgħa taċ-CHOGM li se ssir f'Novembru 2005 huma dawn: Chairman Ambaxxatur Salv Stellini Rappreżentant ta' l-Uffiċju tal-Prim Ministru Is-Sur Emanuel Abela Is-Sur Publius Agius Rappreżentant tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Is-Sur Giovanni Miceli Is-Sur Anthony Borg Rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi Is-Sur Saviour Gauci Is-Sur Leonard Sacco Rappreżentant tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern Is-Sur Mario Caruana Is-Sur George Zerafa

Dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-konunita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena rispettivament fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' flus li ħallas isd-Dipartiment ta' l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena minn Lulju sa Settembru 2004 huwa kif ġej Care Malta Ltd F'Lulju Lm22,769.05 T'Awissu u ta' Settembru għadhom mhux imħallsin Casa Serena F'Lulju Lm10,878 T'Awissu u ta' Settembru għadhom mhux imħallsin

SVPR — Customer Care Unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Customer Care Unit fir-residenza San Vinċenz de Paule issa ilu ħafna żmien magħluq? Hemm il-ħsieb li dan l-uffiċċju jerġa' jinfetaħ biex jinqdew il-bżonnijiet tar-residenti u tal-qraba tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Customer Care Centre ġewwa San Vinċenz de Paule huwa temporanjament magħluq minħabba r-redeployment tal-ħaddiema. Qed isiru arranġamenti biex fil-futur dan iċ-Ċentru jerġa' jinfetaħ.

Djar residenzjali — Anzjani residenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani residenti (nisa u rġiel) fit-30 ta' Settembru, 2004: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) fi djar residenzjali tal-gvern; c) fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani residenti fit-30 ta' Settembru 2004 hu kif ġej: Nisa Irġiel Total San Vinċenz De Paule 688 341 1029 Djar Residenzjali tal-Gvern 463 152 615 Djar privati ta' l-anzjani taħt il- private public scheme 76 25 101

Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-kontribuzzjonijiet totali ta' l-anzjani fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru ta' din is-sena? X'ammont ta' flus id-dipartiment tas-sigurta' soċjali għadda lill-welfare committee matul dawn it-tliet xhur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Għawdex — Korporazzjoni Enemalta - meters single phase

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni il-korporazzjoni Enemalta f'Għawdex ilha mingħajr meters tas-single phase għal xhur sħaħ u jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata minnufih a benefiċċju ta' l-applikanti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-provvista ta' meters single phase f'Għawdex intużat fi żmien aqsar mill-previsti iżda għandha tiġi għan-normal fil-ġranet li ġejjin.

Ċirkewwa — faċilitajiet sanitarji

Question

Peress illi fiċ-Ċirkewwa m'hemmx faċilitajiet sanitarji kemm għall-pubbliku kif ukoll in partikolari għall-ħaddiema tal-Gozo Channel, jista' il-Ministru jara li jiġu pprovduti dawn il-faċilitajiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema tal-Gozo Channel normalment jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta' l-Uffiċju tal-Kumpanija stess li jinsab iċ-Ċirkewwa u fit-Ticket Booth tas-South Quay skond minn fejn jopera l-vapur. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #7627 Sitting 170 2004-10-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex għadha mhix lesta l-biċċerija f'Għawdex minkejja li t-terminu prefiss ilu li skada? Meta huwa previst li terġa' tibda tiffunzjona l-biċċerija f'Għawdex tenut kont l-inkonvenjent tar-raħħala Għawdxin li jridu joqogħdu jmorru għall-qatla tal-bhejjem fil-biċċerija ta' Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-tender għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-biċċerija f’Għawdex ġiet ppublikata fis-sitta ta’ Lulju 2004, għalqet fit-tnax ta’ Awissu 2004 u waslet biex tinħareġ l-ittra tal-aċċettazzjoni biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol li mistenni jieħu seba’ ġimgħat biex jitlesta. Sa dan it-tant tħejja d-dokument għad-disinn, provvista, stallazzjoni, ittestjar u kkumissjonar tal-apparat għal-biċċerija f’Għawdex li qiegħed jiġi vverifikat qabel tinħareġ l-offerta.
Leg 10 PQ #7628 Sitting 170 2004-10-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Artisti - Għajnuniet

Question

Tista' il-Ministru telenka l-għajnuniet li ngħataw lill-artisti Għawdxin matul l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li l-għajuniet li ngħataw lill-artisti Għawdxin matul l-aħħar ħames snin huma skond it-tabella hawn taħt indikata: Sena Stampar (Lm) Ospitalita’ (Lm) Sussidju Dirett (Lm) Pustaġġ (Lm) TOTAL 1999 108.1 889.60 5,774.09 0.00 6,771.70 2000 308.78 1,341.35 3,836.43 100.00 5,586.56 2001 217.01 900.35 4,857.62 72.02 6,047.00 2002 665.28 349.25 5,518.84 431.62 6,964.99 2003 285.23 341.00 1,223.13 319.64 2,169.00 TOTAL 1,584.31 3,821.55 21,210.11 923.28 27.539.25

Ċirkewwa — Bozoz

Question

Peress illi l-bozoz taċ-Ċirkewwa ilhom ma jixegħlu diversi xhur u għadhom ma ġewx mibdula u peress li biex isir l-irbit tal-vapuri fil-għaxija d-dawl qed ikun permezz ta' spot light tal-vapur, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mhux biss biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu aħjar imma anke għal skopijiet ta' sigurta'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Ġiljan — Triq San Ġorġ - tappiera tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jara li tappiera li tinsab fi Triq San Ġorġ, f'San Ġiljan (bejn wieħed u ieħor quddiem (The Champ Pastizzeria) u li minnha qed joħroġ id-drenaġġ, tiġi rranġata u livellata peress li qed tkun ta' inkonvenjent għat-turisti u għal kull min jgħaddi minn din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li x-xogħol mitlub se jsir dalwaqt. Eventwalment anki l-main tad-drenaġġ fit-triq imsermmija jrid jinbidel.

Sptar San Luqa — ENT department - speċjalisti/tobba

Question

Jista' il-Ministru jgħid, skond il-Manpower plan tad-dipartiment tas-saħħa, kemm suppost huwa l-complement ta' l-ispeċjalisti u tobba fl-ENT department? Jista' jgħid kemm hemm tobba u speċjalisti llum fid-dipartiment? Jekk jirriżulta li hemm nuqqas, jista' jgħid jekk humiex se joħorġu sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-postijiet vakanti? Jista' jgħid meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar speċjalisti u tobba fid-Dipartiment ta' l-ENT hija kif ġej: Complement Numru ta' impjegati fil-post Konsulenti 4 4 Senior Registrar 4 3 Registrar/Senior House Officer 2 1 Minbarra hekk hemm tabiba barranija mpjegata fuq bażi ta' kuntratt minn sena għal sena u erbgħa Housemen li qegħdin hemm għal tliet xhur fuq bażi ta' rotation. Id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tieħu passi biex jimtlew postijiet vakanti mill-aktar fis possibbli.