Jista' il-Ministru jgħid, fid-dawl tar-risposta li kien tani waqt l-inawgurazzjoni tas-sur ta' Sant'Anna f'Senglea, meta se jibda l-proġett ta' irranġar tal-moll ta' l-Isla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Huwa ppjanat li x-xogħolijiet fuq il-moll ta' l-Isla jiġu mwettqa is-sena li ġejja meta huwa mistenni li jiġu allokati fondi speċifiċi fuq dan il-proġett.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu d-dipartiment tad-drenaġġ biex tissolva l-problema ta' drenaġġ li hemm ħdejn il-Cospicua RangersF.C. f'Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma spezzjonaw l-mejn pubbliku tad-drenaġġ fit-triq indikata u ma rrizzultax li hemm xi problemi f'dan il-mejn.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni ma għandha ebda gurisdizzjoni fuq sufuni u konnessjonijiet privati li jagħtu għal dan il-mejn u investigazzjonijiet dwar dawn normalment isiru mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi se tieħu minħabba li kuntrattur privat li bħalissa qed jibni binja tal-gvern f'Bormla, in-naħa ta' Triq San Ġwann, kisser il-komunikazzjoni tad-drenaġġ tal-Cospicua Rangers F.C.?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li r-recreation area li tinsab bejn il-Cospicua Rangers u l-binja l-ġdida tal-gvern jiġi rranġat u integrat bħala parti mill-proġett sħiħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-area ndikata mill-Onor. Interpellant hi nkluża mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-programm ta' tisbieħ ta' ġonna pubbliċi.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu biex tissolva l-problema tad-drenaġġ ħdejn il-klabb tar-Regatta tal-Birgu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li peress illi m'hemmx main tad-drenaġġ għaddej minn quddiem ir-Regatta Club tal-Birgu, l-Onor. Interpellant hu mitlub jispeċifka xinhi l-problema li qed jirreferi għaliha.
Dipartiment ta' l-artijiet — Kera ta' post tal-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li titnaqqas il-kera tal-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ngħata temporanjament lill-familja fejn il-missier ma jaħdimx minħabba kondizzjoni fiżika, peress li l-kera tal-post li kellhom u li suppost se jsirlu xogħol strutturali kien ferm u ferm anqas?
Response (BORG, TONIO)
Il-ftehim tal-kiri ta' postijiet ta' residenza inkluż il-kera ssir mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali.
Għaldaqstant l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali.
OPM — Persuni li għamlu xogħol ta' commissioners u personnel
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu dawk li għamlu xogħol ta' commissioners u personnel fl-elezzjoni ta' Ġunju 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, għaldaqstant it-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li tfal fl-iskola primarja tal-Fgura qed jintalbu li jieħdu magħhom card tat-telefon biex tintuża jekk ikollhom bżonn iċemplu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola Primarja 'B' tal-Fgura talbet lill-istudenti biex volontarjament iġibu Card tat-Telefon peress li l-iskola għandha telefon li jintuża b'card u li minnu l-istudenti jistgħu jċemplu lil ġenituri tagħhom li għandhom mobile phone. Il-kap ta' l-iskola għandu card tat-telfon biex tintuża f'każ ta' bżonn minn studenti li ma jkollhomx il-card fuqhom.
Birgu — Palazz ta' l-Inkwiżitur - penny farthing bicycles
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-penny farthing bicycle u l-karrijiet antiki tal-mejtin? Meta tneħħew mill-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-penny farthing bicycle u l-karrijiet antiki tal- mejtin qatt ma tneħħew mill-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu. Dawn jinstabu merfugħin fil-kmamar ta' fuq tal-Palazz ta' l-Inkwiżitur.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi mod kif jista' ikun ikkontrollat it-tkattir ta' ħamiem selvaġġ li għandna f'ħafna bliet u rħula, peress li dan jista' ikun ta' detriment għas-saħħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li hemm ħafna metodi biex wieħed jikkontrolla it-tkattir tal-ħamiem salvaġġ. Sintendi dan għandu jkun metodu li ma jgħamilx ħsara lill-ħamiem. Dawn il-metodi mhux dejjem ikunu ta’ suċċess kif wieħed jkun qiegħed jistenna. Ser nitlob lill-Kunsill għat-Trattament Xieraq ta' l-Annimali biex jagħti opinjoni u pożizzjoni fuq din il-materja.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W101 u t-tweġiba li ngħatat, filwaqt li nifhem it-tweġiba mogħtija, jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija sa dak il-perjodu li l-Maltacom ġiet ikkwotata fuq l-istock exchange?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi jidhirli li l-interess fir-risposta hu biss wieħed storiku u fi kwalunkwe każ id-dokumentazzjoni relattiva hi f'idejn il-Maltacom, jiddispjaċini li ma nistax nagħti risposta dettaljata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti sabiex jidħlu fl-MCAST fid-diversi istituti? Għal liema korsijiet applikaw? Kemm kienu bniet u kemm subien? Jista' jgħid ukoll kemm ġew magħżula?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat kif ġej:
Istitut
Nru. Applikanti
Irgiel
Nisa
Inġinerija Mekkanika
184
159
15
Inġinerija Elettrika u Elettronika
284
273
14
Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni
243
229
14
Teknoloġija ta’ l-Informatika u l-Kommunikazjoni
504
390
114
Kummerċ u Negozju
640
224
416
Arti u Disinn
158
67
91
Marittimu
13
10
3
Servizzi fil-Komunita
525
60
465
Agrikummerċ
27
20
7
Għawdex
121
56
65
2702
1488
1204
Ġejt informat li l-MCAST għadu mhux f’pożizzjoni jagħti figura definittiva ta’ dawk li ġew magħżula minħabba li numru ta’ studenti li ġew offruti post f’xi kors fl-MCAST baqgħu ma irreġistrawx u lanqas informaw il-Kullegg jekk għadhomx interessati jew jekk għażlux xi istituzzjoni oħra post-sekondarja (p.e. Junior College). Ser jintbagħat l-aħħar avviż lil-istudenti biex f’qasir żmien jagħtu l-informazzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema ġodda u f'liema suġġetti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru tal għalliema ġodda li ġew impjegati fil-livell Primarju huwa ta' 59 għalliema, filwaqt li fil-livell Sekondarju in-numru huwa ta 78 għalliema u qegħdin jgħallmu f'dawn is-suġġetti: Arti, Studji fil-Kompjuter, Ġoġrafija, Ġermaniż, Edukazzjoni Fiżika, Bijoloġija, Studji Soċjali, Kimika, Matematika, Ingliż, Franċiż, Taljan, Storja, Reliġjon, Malti, Fiżika, Xjenza Integrata, Ekonomoija tad-Dar, Żvilupp Personali u Soċjali, Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni , Kommunikazzjoni Grafika.
Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji qed jintużaw dwar għażla ta' programmi fuq l-istazzjon nazzjonali tar-radju? Min qed jieħu dawn it-tip ta' deċiżjonijiet? Jista' jgħid ukoll b'mod partikolari x'kienet ir-raġuni li persuna nazzjonali bħal Mons Victor Grech ġie mwaqqaf milli jkompli jagħmel il-programm tiegħu fuq l-istazzjon nazzjonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kriterji użati għall-għażla tal-programmi mxandra fuq l-istazzjonijiet tal-PBS jinsabu fil-Programme Statement of Intent u fin-National Broadcasting Policy. Iż-żewġ dokumenti kienu pubblikati f'Mejju li għadda.
Il-proċess ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar programmi u l-organi responsabli għalihom huma ukoll imsemmija fid-dettal fl-istess dokumenti.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninfurmak li għal dan il-gvern ilu li għadda ż-żmien li jindaħal fil-meriti ta' kif jintgħażlu l-programmi, anzi il-policy dikjarata hi li l-PBS għandu jkun indipendenti mill-gvern editorjalment u kemm jista' jkun anke finanzjarjament.
Għalhekk ma nħossx li għandi nidħol fir-raġunijiet tekniċi u professjonali li jkun hemm u li a bażi tagħhom regolarment isiru bidliet fl-iskedi tal-PBS.
Fir-rigward, tal-programm imsemmi jien infurmat illi ma saret ebda applikazzjoni biex dan il-programm isir.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex il-programm edukattiv "Hands on Fishing" ma baqax jiġi organizzat għall-istudenti li jattendu r-raba' u l-ħames sena sekondarja?
Ma jħossx il-Ministru li fid-dawl tar-regoli l-ġodda tas-sajd li ddaħħlu f'pajjiżna dan il-programm edukattiv aktar sar bżonnjuż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li minħabba prioritajiet oħra dik l-inizjattiva fejn tfal ta' l-iskejjel kienu jittieħdu fuq dgħajsa u jiġi spjegat lilhom is-sengħa tas-sajd ma tkomplitx. Ittieħdet iżda inizjattiva oħra fejn numru ta' tfal ittieħdu fuq il-baħar fl-okkazjoni tar-rilaxx ta' fkieren li inqabdu mis-sajjieda. Hu maħsub li din l=attivita' titkompla u aktar studenti jingħataw l-opportunita' jattendu.
Ma narax kif il-programm 'Hands on Fishing' għat tfal ta' l-iskejjel huwa "bżonnjuż" "fid-dawl tar-regoli l-ġodda tas-sajd" meta dawn ir-regolamenti jirrigwardjaw il-bastimenti tas-sajd li jintużaw mis-sajjieda.
Koperattivi tas-Sajjieda Maltin — Regolamenti tas-Sajd
Question
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni li ħa l-bord nazzjonali tas-sajd dwar l-aħħar ilmenti imressqa mill-koperattivi tas-sajjieda Maltin dwar ir-regolamenti l-ġodda tas-sajd u tal-bastimenti tas-sajd?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li minn meta sar dak l-ilment il-Bord tas-Sajd għadu ma ltaqax. Jien infurmat li r-regolamenti kif ġew ippublikati kienu ġew diskussi għal seba' xhur fil-Bord tas-Sajd xi sentejn ilu. Ir-regolamenti ppublikati huma r-riżultat ta' dawk id-diskussjonijiet.
Jista' il-Ministru jinformana liema huma dawk ir-rappreżentanti tal-bdiewa - u l-għaqdiet li jirrappreżentaw - li ġew ikkonsultati dwar l-ispiża li se jinvolvi l-operat u t-tmexxija tal-grading u l-parking station il-ġdid fTa' Qali? Fil-fatt x'se jħallsu l-bdiewa minn buthom għat-tmexxija u l-ispejjeż ta' l-operat ta' dan il-grading u l-parking station il-ġdid?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-operat u t-tmexxija tal-grading u l-packing station il-ġdid f' Ta' Qalii qiegħed jiġi diskuss mal-konsulenti Taljani taħt il-ħames Protokol Taljan u fil-ġimgħat li ġejjin se jiġi diskuss ukoll mal-għaqdiet rappre¿entanti tal-bdiewa.