Jista' il-Ministru jikkonferma li twaqqaf ix-xogħol ta' bini u ta' tarmac li kien qed isir fi Triq is-Salesjani, f'Ħad Dingli?
Jista' jgħid għaliex twaqqaf dan ix-xogħol? Meta se jitkompla dan ix-xogħol? Min kien responsabbli minn dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Triq is-Salesjani tifforma parti mil-lista annessa mall-kuntratt li sar bejn l-ADT u l-Kunsill Lokali Dingli. Wara li rcivejna ilment minn resident rigward bankina fl-istess triq, saret spezzjoni fuq is-sit mar-rappreżentant tal-Perit imqabbad mill-istess Kunsill. Waqt din l-ispezzjoni ġie innotat li parti mit-triq ma kelliex immarkati il-livelli neċessarji u għalhekk il-Perit tal-Kunsill ta' ordni lill-ħaddiema biex jieqfu mix-xogħol fuq dik il-parti tat-triq u biex ikomplu xogħol ieħor fl-istess triq, sakemm jiġu iċċekjati u vverifikati l-livelli neċessarji.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar il-kumpless sportiv f'Ħ'Attard u cioe' jekk ingħatax l-award tat-tender? Meta se jibda x-xogħol? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Jista' ukoll il-Ministru jipprovdi kopja tal-pjanti ta' kif ġej il-kumpless sportiv? Min se jkun responsabbli mix-xogħlijiet u meta hu maħsub li x-xogħol jitlesta?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Membru jaf li l-politika tal-Gvern li jifrex numru ta' kumplessi sportivi f'Malta u Għawdex ma jinkudix lil Ħ'Attard.
Il-Ministeru tiegħi flimkien mal-Kunsill Lokali qed jikkolaboraw biex il-faċilita ta' spazju ta' l-iskola u fil-madwar jiġu żviluppati bl-aħjar mod għal attivitajiet sportivi fl-interess tat-tfal ta' l-iskola u tal-komunita'.
Progress ikun jista' jiġi reġistrat meta l-finanzi jkunu disponibbli.
Pulizija — Applikazzjoni għal xogħol ta' gwardjan privat
Question
B'referenza għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni tagħha biex taħdem bħala gwardjan privat ma ġietx approvata? Billi l-persuna indikata kienet ġabet il-permess mill-awtoritajiet ta' l-edukazzjoni biex tispiċċa s-sena skolastika xahrejn qabel tagħlaq il-ħames klassi sekondarja stante illi missierha waqaf jaħdem minħabba raġunijiet mediċi serji, jista' jikkonsidra li l-persuna ndikata tingħata l-liċenzja in vista taċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f’ Novembru 2002, meta l-persuna msemmija applikat għall-liċenzja ta’ gwardjan privat, din ma kienetx tissodisfa ir-rekwiżiti ta’ Regolament nru 3 tar-Regolamenti ta’ l-1996 dwar Gwardjani Privati, għaldaqstant din il-persuna kienet hekk ġiet infurmata. Pero’ ninsab infurmat ukoll, illi bl-emendi tar-Regolamenti imsemmija, li daħlu fis-seħħ ix-xahar l-ieħor, din il-persuna tista’ terġa tapplika sabiex tkun ikkunsidrata sabiex tingħata liċenzja ta’ gwardjan privat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-korp tal-pulizija: a) ma għadux jittrenja l-klieb tal-korp? b) jekk il-klieb li qegħdin jintużaw mill-pulizija humiex tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament; c) jikkonfermax li l-korp qiegħed iħallas Lm3 fis-siegħa għal kull kelb rikjest?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-klieb li hemm fit-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija huma kollha mħarrġa fuq xogħol konness mad-doveri tal-Korp, minn membri tal-Korp stess. Tant hu veru li wieħed mill-membri tal-Korp, mar Ċipru sabiex jgħin lill-Pulizija t’ hemm f’dan ir-rigward. Ma jirriżultax illi l-Korp tal-Pulizija qatt uża s-servizzi tal-persuna msemmija kif allegat mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'ġara mill-wegħda li kienet saret fil-Budget 2002 li permezz tagħha ċ-ċenswalist kien se jingħata l-opportunita' li jifdi ċ-ċens tal-fond li jkun jokkupa mill-Uffiċċju Konġunt, fost proprjetajiet oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Uffiċċju Konġunt ilu mis-sena 2002 jifdi ċnus taħt l-iskema mħabbra fid-diskors tal-Budget għall-istess sena.
Marsaxlokk — Triq Barthelemy - twaħħil ta' bracket
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara n-nuqqas ta' azzjoni da parti tal-korporazzjoni Enemalta konsistenti fit-twaħħil ta' bracket mal-faċċata tal-fond bl-isem ta' CharLaine fi Triq Barthelemy, Marsaxlokk stanteli hemm cable tal-high voltage jista' jitqaxxar peress li qiegħed ma saqaf ta' gallarija? Dettalji qed jintbagħtu separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm tressqu nies il-qorti akkużati b'money laundering sal-lum minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli jidher li kien hemm 9 persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija b'akkużi relatati ma' money laundering minn meta ġiet fis-seħħ l-istess liġi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' suwiċidji li kienu rappurtati din is-sena? Liema kienu l-iżgħar u l-ogħla etajiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija għoxrin każ ta' suwiċidju. L-eta' tal-vittmi kienet tvarja bejn is-sbatax u l-erbgħa u tmenin sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' droga li din is-sena nqabdet mill-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta' droga li nqabdet mill-Pulizija matu l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena huwa kif ġej:
Cocaine 107.64grms
Heroin 674.849grms
Cannabis plants 288 plants
Cannabis grass 2.345kg
Cannabis resin 14.639kg
Cannabis seed 2,281 seeds
Cannabis joints 7 joints
Ecstacy 845.5 tablets
Amphetamine 69.4grms
Dalmain 4 tablets
Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-Ambaxxata Maltija f'Beijing hemmx aġenta partikolari li tibgħat studenti Ċiniżi Malta għat-tagħlim ta' l-Ingliż li tingħata attenzjoni preferenzjali b'paragun ma' aġenti oħrajn Ċiniżi?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li l-ebda aġent partikolari li jibgħat studenti Ċiniżi biex jitgħallmu l-Ingliz f'Malta ma hu jingħata trattament preferenzjali għad-detriment ta' aġenti oħra Ċiniżi.
Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi tagħrif għad-dispożizzjoni tiegġu li juri jew jindika l-kuntrarju nitolbu jgħaddili din l-informazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deportati Ċiniżi minn Malta mill-bidu tas-sena talli daħlu llegalment jew qagħdu f'pajjiżna aktar milli kellhom permess? Jista' jgħid jekk sarux protesti wkoll min-naħa ta' l-awtoritajiet Taljani dwar Ċiniżi li qegħdin jaħarbu minn Malta lejn l-Italja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 73 persuna ta' nazzjonalita' Ċiniża li tneħħew minn Malta wara li rriżulta, li b'xi mod kienu Malta illegalment. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellhiex tali protesti.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-accounts ta' l-Ambaxxati Maltin humiex kollha konformi mal-financial regulations tal-gvern, b'mod partikolari fl-Italja, Brussell, l-Irlanda u l-Ungerija?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat mis-Segretarju Permanenti li ma jirriżultax li l-Ambaxxati msemmija m'humiex konformi mal-Financial Regulations.
Persuna li qed isservi fil-missjoni permanenti tal-UE
Question
Huwa minnu li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u li qed isservi fil-missjoni permanenti tal-UE diġa' qed tgħid li se tinħatar ambaxxatur għas-Slovenja fi żmien mhux 'il bogħod?
Response (FRENDO, MICHAEL)
M'għandix mezz biex inkun naf x'qed jgħidu persuni individwali.
Huwa minnu li hemm xi diffikultajiet dwar il-Mediterranean Academy of Diplomatic Studies li għal xi raġuni jew oħra l-partners Svizzeri qegħdin jikkonsidraw li jirtiraw minnha? Jikkonferma li saru diversi kuntatti biex tiġi megħluba din il-problema? Jista' jgħid min għamel dawn il-kuntatti?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fuq stedina ta' l-Aġenzija Żvizzera ta' l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni, delegazzjoni Maltija żaret Berna fit-2 ta' Settembru biex tiddiskuti t-tisħiħ tal- 'Mediterranean Academy for Diplomatic Studies'.
Iż-żewġ naħat qablu li jġeddu l-arranġament eżistenti waqt li jiddiskutu t-tfassil ta' ftehim ġdid biex iseħħ dan it-tisħiħ.
Iż-żewg naħat qablu li jġeddu l-arranġament li jeżisti bejniethom għal sena oħra, u li jiltaqgħu f'Malta fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jibdew it-taħdidiet għat-tfassil ta' ftehim ġdid biex iseħħ dan it-tisħiħ.
Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li fil-passat kienet xtrat fond tal-gvern tistax tibbenifika minn waħda mill-iskemi ta' l-awtorita' tad-djar meta din tkun diġa' ħadet għajnuna? Liema hi l-iskema li tista' tibbenefika minnha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna li tkun ibbenefikat minn xiri ta' proprjeta' mingħand l-Awtorita' tad-Djar ma tkunx tista' tibbenefika minn xi għajnuna oħra mill-istess Awtorita'.