Jirriżultalu l-Ministru li fix-xhur ta' Awissu u Settembru ċ-ċifra tal-flus tal-bejgħ tal-biegħa tal-pitkala niżlet fl-agħar livelli tagħha meta paragunata mal-figuri tal-bejgħ tal-biegħa fl-istess perjodu għas-snin 2003, 2002 u 2001?
Jista' jinforma lill-Kamra x'ikkawża dan in-nuqqas ta' bejgħ ta' flus għall-pitkala u għall-bdiewa lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-ewwel nett irrid niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li l-biegħa mhix tal-pitkala iżda tal-bdiewa.
Ta' min jinnota li fl-2004 kien hemm żieda fuq l-2003 fil-produzzjoni tal-ħaxix ta' 1,439,833 kili li, b' riżultat ta' din iż-żieda, il-prezz tbaxxa u allura il-valur naqas b’ Lm169,467. Minn-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-valur tal-frott ta' Lm77,006 peress li kien hemm nuqqas fil-produzzjoni tal-frott b' iktar minn 50,000 kilo. B' riżultat ta' dan, id-differenza niżlet għall-Lm92,461.
.
Madanakollu, mistenna li wieħed jara l-istampa kollha peress li meta wieħed iqis li l-valur ta’ sussidji skond kif ġie nnegozjat mal-Unjoni Ewropea, il-bdiewa qed jirċievu kumpens aktar mill-valur tad-differenza msemmija.
Jista' il-Ministru jinformani bil-konklużjonijiet tal-MRA għall-preżentazzjoni tas-CD tal-Malta Labour Party dwar "Rural water policy for the future" li ġiet preżentata u komunikata f'seminar li riċentement organizzat l-MRA fil-Qawra, San Pawl il-Baħar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi ħadet nota tal-kontenut tas-CD ikkomunikat mill-Malta Labour Party fil-Workshop "A Water Policy for the Future" li l-Awtorita' dwar ir-Riżorsi organiżżat fil-Qawra f'Marzu li għadda.
L-Awtorita' minn dejjem tirrakkomanda l-manteniment tal-widien fi stat nadif, sabiex tiżdied il-possibbilta' ta' infiltrazzjoni ta' l-ilma tax-xita fil-pjan u jonqos it-tniġġis fl-acquifer.
L-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi inkludiet il-kummenti ta' l-istakeholders kollha f'dokument
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex tlesta l-kumpless sportiv tal-Kottonera? Jista' jaqsamha skond fejn sar l-infiq u cioe' kemm intnefaq fi tħaffir u kostruzzjoni, it-tinda u l-armar u tlestija ta' l-istess kumpless?
Response (GALEA, LOUIS)
ONOR. LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-ammont globali mħallas hu ta’ Lm2,233,721.40. Ma din din il-figura jrid jiżdied ammont ieħor (stmat) ta’Lm 57,036 f’kontijiet pendenti li ma jistgħux jitħallsu qabel il-konsulenti tad-dipartiment, li huma il-Building & Engineering Department, Works Division, ilestu u jippreżentaw il Bills of Quantities finali tal-kuntratti.
Dettalji ta’ kif inhuma mqassma il-ħlasijiet, kif ukoll tal-kontijiet pendenti jidhru fit-tabella hawn taħt :
Total imħallas
Total pendenti
Construction & canopy
1,490,866.92
9,305.00
Mechanical & Electrical
295,525.26
25,678.00
Finishing
237,701.79
19,553.00
Excavation
123,429.87
0
Misc
86,197.56
2,500.00
Total
2,233,721.40
57,036.00
Seduta Numru 171
12/10/2004
Sigurta' Soċjali — Persuni 'il fuq minn 70 sena - żieda fil-pensjoni
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk hux minnu li hemm xi żidiet fil-pensjoni meta persuna taqbeż is-70 sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li ssir reviżjoni fil-pensjoni kontributorja kull sena. Fir-reviżjoni ta' pensjoni ta' persuna fuq it-72 sena li tkun ikkomutat parti minn pensjoni tas-servizz, 50% ta' dik il-parti kommutata ma tiġix iktar ikkalkulata għal-fini tal-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali.
Tali reviżjoni normalment tirriżulta f'żieda fir-rata ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux permess li ssir kaċċa fl-areas viċin iċ-ċimiterju ta' l-Addolorata? Kemm trid tkun id-distanza mill-istess ċimiterju, jekk hemm permess ta' kaċċa fl-istess inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata u il-madwar tiegħu huma nklużi fi Skeda V ta' l-Avviż Legali 146 ta' l-1993, hekk kif emendat b' mod partikolari bl-Avviż Legali 41 ta' l-2003. Dan ifisser li l-lokalita' hekk kif definita fuq il-mappa maħruġa ma’ l-Avviż Legali 41 ta' l-2003 hija ddikjarata bħala Santwarju ta' l-Għasafar, fejn il-kaċċa jew it-teħid ta' l-għasafar huwa illegali.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni wara d-deċiżjoni li nhar l-1 ta' Ottubru 2004 tneħħa l-internet lill-impjegati tal-MEPA?
Jista' jgħid għaliex l-aċċess għall-internet tħalla għall-ħaddiema li għandhom grad ta' managers biss? Ma jaħsibx li din id-deċiżjoni ma tagħmilx sens meta l-maġġoranza ta' l-impjegati fi ħdan iċ-ċivil għandhom dan l-aċċess? Jista' jgħid għaliex il-ħaddiema ma ġewx avżati b'din id-deċiżjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li r-raġuni għal din id-deċiżjoni hi li minn ċerti gradi ‘l isfel, dawn is-servizzi mhux essenzjali għall-qadi tad-doveri ta' kuljum, u li dan kien qiegħed biss joħloq iċ-ċans biex ċerti mpjegati jitilfu l-ħin tagħhom fuq affarijiet li m' għandhomx x' jaqsmu max-xogħol ta' kuljum.
Is-servizz ta' l-'internet' qiegħed jiġi pprovdut fuq il-post tax-xogħol barra l-ħin tax-xogħol lil dawk l-impjegati li qed jagħmlu kors l-Universita' li huwa mħallas mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallas l-ammont dovut lill-każini tal-baned u dan bħala commissions għall-banek tal-lottu li l-istess soċjetajiet kienu ġew imwiegħda li se jibqgħu jitħallsu anke wara l-bejgħ tal-lottu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijet dwar l-ammont dovut lill-każini tal-baned bħala commissions għall-banek tal-lottu u dan dalwaqt jiġi maħdum u mgħoti lil dawn il-każini inkluż l-arretrati.
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn waħda mill-għalliema fl-iskola, li isimha qed ngħaddih separatament, għandha d-desk permanenti tagħha fl-uffiċċju ta' l-assistenti kapijiet ta' l-iskola meta din m'għandhiex il-grad ta' assistent kap, u għalfejn din il-persuna tippreżenta lilha nnifisha bħala xi assistent kap ta' l-iskola, liema pożizzjoni tagħtiha aċċess għall-informazzjoni personali dwar għalliema oħra, liema informazzjoni tinsab fl-uffiċċju ta' l-assistenti kapijiet, kif ukoll tagħmilha possibbli li tieħu sehem f'deċiżjonijiet amministrattivi li jolqtu għalliema oħra, meta din m'għanda ebda dritt li tagħmel dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema konċernata hi koordinatriċi tas-suġġett fi grad ekwivalenti għal dak ta' Kap Assistent. Ma jirriżultax li hi qatt ma ppreżentat ruħha bħala Assistent Kap ta' l-iskola jew li għandha xi aċċess għall-informazzjoni personali dwar l-għalliema. Din l-informazzjoni tinżamm fl-uffiċju tal-Kap ta' l-iskola.
Il-Kap hi responsabbli biżżejjed biex tagħraf tmexxi fit-tehid ta' deċiżjonijiet amministrattivi li jolqtu l-għalliema.
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn wara s-6.00 p.m. qed jintuża vapur wieħed biss kuljum?
Jista' in oltre jgħid jekk mis-6.00 p.m. hux qed ikun hemm l-istess shift jew jekk hux qed jinbidel f'xi ħin?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-vjaġġi kollha ta' wara s-sitta ta' fil-għaxija jinħadmu bl-istess vapur. Ix-xift tal-kru li jkunu fuq dak il-vapur jibda fis-17.45 u jispiċċa fil-01.45 ta' fil-għodu.
Ir-raġuni prinċipali li l-vjaġġi jkun qed jagħmilhom l-istess vapur huwa sabiex il-vapuri l-oħrajn jkun jista' jsir ix-xogħol tagħhom ta' manutenzjoni, safety drills, charters tal-fuel, bunkering , u rutini oħra neċessarji.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm tnaqqis fil-ħaddiema mas-sezzjoni tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Fid-diviżjoni tal-Wastewater tal-KSI, hemm numru kbir ta' ħaddiema żejda kif ukoll xibka sħiħa ta' prattiċi ta' xogħol skaduti u mmirati biss biex iżidu l-ispiża tal-Gvern. Matul is-sena li ġejja l-Gvern ser jara li l-ispiża ta' din id-diviżjoni tkun ikkontrollata bl-aħjar mod possibbli.
Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni għadhom ma ħarġux il-permessi biex tibda tiffunzjona x-shooting range fiż-Żebbuġ, Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li r-raġuni għala għadhom ma ħarġux il-permessi hija illi kellha ssir applikazzjoni amendata lill-MEPA għaliex inħasset il-ħtieġa li jkun hemm xi tibdil fl-applikazzjoni oriġinali tal-faċilita' msemmija.
Għawdex — Dipartiment ta' l-Edukazjzoni - Social Workers
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu social work mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni f'Għawdex? Jista' jindika kif inhu maqsum ix-xogħol ta' l-iskejjel fost dawn is-social workers u jindika wkoll x'tip ta' kwalifiki għandhom dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm tlett persuni li qed jagħmlu xogħol soċjali mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni f’Għawdex. Il-każijiet mill-iskejjel primarji u sekondarji jitqassmu bejn dawn it-tlett ħaddiema soċjali. Tnejn minn dawn il-ħaddiema soċjali għandhom diploma fix-xogħol soċjali, waqt li l-oħra għandha ‘bachelor’s degree’ fl-istess suġġett.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu l-performance allowances lid-diretturi u assistenti diretturi mad-dipartiment tal-finanzi, liema allowances normalment jitħallsu f'Mejju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ħlas ta’ performance bonuses lil diretturi u assistenti diretturi fil-Ministeru tal-Finanzi qed jiġu pproċessati issa minħabba xi dewmien li kien hemm primarjament dovut billi l-eżerċizzju għas-sena konċernata kien jinkorpora fih numru ta’ uffiċjali li rtiraw bl-età jew li llum iservu f’diversi Ministeri oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn klandestini miżmuma mill-armata bħalissa? Kemm swew is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sas-7 ta’ Ottubru 2004, in-numru totali ta’ immigranti irregulari li qegħdin jinżammu mill-Armata kien ta’ 758. Minn dawn, 478 qed jinżammu fil-Closed Centre li hemm fil-Barracks ta’ Ħal Safi filwaqt li l-kumplament, cioé 280, qed jinżammu fl-Open Centre li hemm fl-Lyster Barracks ta’ Ħal Far.
Is-sena l-oħra, l-Armata nefqet is-somma ta’ Lm667,925, filwaqt li din is-sena, sa l-aħħar ta’ Settembru ġa ntefqet is-somma ta’ Lm714,215
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru reati ġewwa Paceville u l-area ta' madwar din is-sena u x'kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ l-2004, il-Pulizija kellha rapport dwar 351 reati li jidhru li seħħew ġewwa Paceville.
Dawn kienu jinkludu attentati ta’ offiżi, offiżi fuq il-persuna, offiżi sesswali, ksur ta’ buon ordni, ħsara volontarja, frodi u serq.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni din is-sena talli kisru l-litter act? X'kien ir-reat u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ l-2004, Il-Pulizija ressqet 26 persuna quddiem il-Qorti bi ksur ta’ l-Att dwar Żibel u Skart (Kap. 206). Ir-reati prinċipaljament kienu jikkonsistu f’rimi ta’ materjal. Minn dawn sitta nstabu ħatja u weħlu multa, tlieta ġew liberati, filwaqt li l-każijiet l-oħra ghadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT din is-sena u kemm kien in-numru ta' vetturi li ma nstabux roadworthy?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li din is-sena saru dawn it-testijiet hawn taħt imsemmija:
Klassi II (Vetturi GVW taħt it-3500kg)
Ġew ittestjati 64349, Għaddew 57964, Weħlu 6385.
Klassi II (Vetturi GVW 3500kg u 'l fuq)
Ġew ittestjati 8328, Għaddew 6735, Weħlu1593.
Statistiċi ta' Settembru jkunu disponibbli wara il-15 t' Ottubru 2004.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn veikoli bil-mutur fuq it-toroq din is-sena? X'tip huma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Hawn taħt qed jingħataw dettalji ta' numru ta' veikoli liċenzjati bil-mutur sat-30 ta' Settembru 2004
Agricultural Tractors: 1,224
Coaches & Mini Buses: 156
Commercial Vehicles: 44,562
Chauffeur Driven Vehicles: 1,215
Mini Buses: 422
Motor Cycles: 12,714
Passenger Cars-
Up to 1300cc: 98,732
1301cc to 1449cc: 22,715
1450cc to 1500cc: 22,043
1501cc to 1800cc: 27,428
1801cc to 2000cc: 26,179
2001cc and over: 6,862
Electric Cars: 13
Route Buses: 582
Self-Drive Passenger Cars: 5,903
Self-Drive Motor Cycles: 199
Taxis: 246
TOTAL 271,195