Legislature:
Category:
Reset
Active:

Detox Centre — Tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm attendew tfal d-Detox Centre din is-sena u x'eta' kellhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li numru ta’ persuni taħt it-18-il sena li attendew iċ-Ċentru Detox din is-sena kien 5 u li dawn kollha kellhom 17-il sena.

Kaċċaturi u nassaba

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kaċċaturi u nassaba li tressqu u li se jitressqu l-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2007, sa l-aħħar ta' Settembru, kien hemm 196 persuni li tressqu l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ, kif emendat; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali; ir-Regolamenti ta' l-2006 dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar Selvaġġi u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).

Ortikultura — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' ortikultura matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema prodotti u snin qiegħed jirreferi.

Produzzjoni ta' l-għeneb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' l-għeneb matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nittama li l-Onorevoli Interpellant, kelliem ta' l-Oppozizzjoni għall-agrikultura, jaf li fl-ewwel sitt xhur tas-sena ma jkun hemm ebda produzzjoni ta' għeneb f'Malta u f'Għawdex.

Ħajt madwar bini

Question

B'referenza għar-regolament li permezz tiegħu plots vakanti fl-iskemi tal-bini jrid jinbnielhom ħajt ta' tmien filati faċċata mat-triq, f'każ li s-sidien tal-plot ma jkunux magħrufa, il-kunsill lokali għandu r-responsabbilta' li jibni dan il-ħajt a spejjeż tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f'każ li s-sidien ma jkunux magħrufa u jinħareġ avviz ta' infurzar u jingħata żmien tliet xhur skond l-iskema u ma jsirx ix-xogħol, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tinforma lill-Kunsill Lokali rispettiv li ix-xogħol fuq is-sit partikolari ma sarx u għaldaqstant jista’ jsir min-naħa tal-Kunsill. Il-Kunsill jissottometti lista ta’ l-ispejjeż involuti biex jittella’ dan il-ħajt lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Wara li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tivverifika dawn l-ispejjeż, tikkonferma li x-xogħol jista’ jsir. Il-Kunsill joħroġ l-ispejjeż involuti u wara jibgħat il-kont lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u din tirrifondi l-ispejjeż lill-Kunsill. Din il-proċedura kienet ġiet maqbula ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali.

Proġetti ta' Apikultura

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam ta' l-apikultura f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema proġetti/żviluppi qiegħed jirreferi, jekk hux dawk governattivi jew .privati/kummerċjali, u jindika tajjeb għal liema perjodu qiegħed jirreferi.

Proġetti ta' Vitikultura

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam ta' l-vitikultura f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.

Proġetti fl-industrija ta' ipproċessar

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fl-industrija ta' l-ipproċessar f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ispejjeż ta’ lukandi, flights u subsistence allowance fir-rigward ta’ safar li sar matul Jannar u Marzu 2007. Din l-informazzjoni tinkludi dak is-safar li l-kontijiet kollha ġew finalizzati.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Lukandi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ livell ta’ stilel ta’ lukandi li uffiċjali wżaw waqt is-safar li sar matul Jannar u Marzu 2007. Ninforma wkoll l-Onorevoli Interpellant li kien hemm ukoll safar ieħor fejn l-akkomodazzjoni ġiet imħallsa mill-Organizzazzjonijiet barranin jew fejn l-Uffiċjali ħadu ħsieb biex jorganizzaw l-akkomodazzjoni tagħhom huma stess.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Prim Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward spejjeż ta’ safar li l-kontijiet tagħhom kollha ġew magħluqa.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari nru.26088.

Turiżmu u Kultura — Apparat energy saving

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu kienet kif ġej: Ministeru Lm117.92 f'Marzu 2007; Awtorita' tat-Turiżmu Lm25 f'Marzu 2007.

Riżorsi u Infrastruttura — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt:- Tip ta’ Hospitality/ Raġuni Jannar 2007 (Lm) Frar 2007 (Lm) Marzu 2007 (Lm) Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Beverages għas-Segretarjat Privat tal-Ministeru 223.30 - - Bar Service – Parlament 45.75 - - Catering Service għas-Segretarjat Privat tal-Ministeru - 136.91 - Diviżjoni tas-Servizzi Working lunches ma’ delegazzjonijiet barranin 25.15 49.30 - Dipartiment tat-Tiftix għ aż-Żejt Lunches ma’ delegazzjonijiet barranin 492.15 75.00 - Chauffeur driven service 145.00 - - Guided tours 72.00 - -

Riżorsi u Infrastruttura — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteri u l-enti li jaqgħu taħtu, fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kien hemm uffiċjal wieħed biss fi skala 4 li rriżenja mill-kuntratt. Dan l-uffiċjal kien jokkupa l-kariga ta' Direttur ta' l-EU Affairs, Policy Development and Programme Implementation u rriżenja biex jieħu kariga ma' l-Unjoni Ewropea fi Brussel.