Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-Malta Enterprise f'kull wieħed minn dawn il-gradi: Senior Analysts, Co-ordinators, Managers, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer?
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex il-ħitan ta' l-imtalli, ix-shelters u l-katakombi fl-inħawi tal-Karwija, fejn qed tinbena skola ġdida, jiġu mħarsa u konservati tajjeb? Saru xi spezzjonijiet fuq il-post minn dawk konċernati? Jekk iva, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li f’Ottubru ta’ l-2001, id-Dipartiment tal-Mużewijiet kien għamel rakmandazzjonijiet lil MEPA fuq dan il-każ. Dawn ir-rakomandazzjonijiet għadhom meqjusa validi mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Dawn ir-rakkmandazzjonijiet kienu li:
a) Il-Ħajt storiku tal-matla għandu jiġi protett u konservat;
b) Ix-shelters tal-gwerra għandhom jiġu protetti u integrati fil-proġett;
c) Il-katakombi kienu il-barra minn dan il-proġett. Minkejja dan, kellhom ikunu imnadfa u protetti.
Dawn il-rakkmandazzjonijiet kienu aċċettati mill-MEPA u inklużi fil-kundizzjonijiet tal-permess. Kienu imposti ukoll garanziji finanzjarji biex dawn il-kundizzjonijiet ikunu rispettati.
Waqt li jkun qed isiru x-xogħolijiet marbuta ma’ dan il-permess, monitors magħzula minn kumitat tal-MEPA ser ikunu fuq il-post biex iżommu lill-awtoritajiet konċernati infurmati .
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7457?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) uża dawn is-servizzi ta' konsulenti barranin matul dawn l-aħħar erba snin :
PREST - Institute of Research in Science and Technology, fl-Universita' ta' Manchester. PREST kienu tqabbdu sabiex jgħinu lil MCST fl-eżerċizzju ta' awditjar tar-riżorsi nazzjonali fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija. Ix-xogħol sar fl-2002 u kien jinkludi rapport dwar l-operat ta' l-istess MCST.
Tħallsu : Lm9,239
BIT - Kumpanija Awstrijaka li tispeċjalizza fit-taħriġ ta' preparazzjoni ta' proposti għall-fondi Ewropej. Tqabbdu sabiex jgħatu taħriġ fil-kitba ta' proposti u fl-immaniġjar ta' proġetti Ewropej.
Tħallsu : Lm1,838
HYPERION - Kumpanija ta' konsulenza u taħriġ fil-qasam ta' l-immaniġjar ta' proġetti Ewropej. Tqabbdu biex jgħatu taħriġ lil entitajiet lokali u persuni involuti fil-Programm ta' Riċerka Ewropea (FP6).
Tħallsu : Lm1,605
ZENITH Gmbh - Zenith tqabbdu sabiex jgħinu fit-twaqqif ta' l-ewwel Innovation Relay Centre (IRC) f'Malta. Huma kienu ġew rakkomandati mill-Kummissjoni Ewropea bħala l-aktar IRC li kien għamel suċċess fl-Ewropa. Ix-xogħol sar bejn April ta' l-2002 u Marzu ta' l-2004.
Tħallsu : Lm19,311
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7456?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proġetti Ewropej li l-MCST qed tmexxi bħalissa huma :
Boost MT - proġett maħsub biex isaħħaħ il-parteċipazzjoni ta' entitajiet Maltin fil-Programm ta' Riċerka Ewropew (FP6). Proġett fuq 3 snin u li beda f'April 2004.
Ideal-IST - proġett maħsub biex jgħin kumpaniji involuti fl-IT biex ikunu jistgħu jixtħu proposti għal-Ewropej taħt l-FP6. Proġett fuq sentejn u li beda f'Mejju 2004.
IST-Mentor - proġett maħsub biex jgħin kumpaniji ta' l-IT li jkunu ħadu fondi Ewropej taħt l-FP6 biex ikunu jistgħu jisfruttaw aħjar il-benefiċċji ta' dawn il-fondi. Proġett fuq sentejn u li beda Frar 2004.
FOR-Society - proġett li jgħin biex jiġu żviluppati metodi ta' pjannar fit-tul imsejħa Foresight. Proġett fuq sentejn u li beda f'Awissu 2004.
Innovation Relay Centre (IRC) - Proġett maħsub biex jipprovdi għajnuna lil SMEs biex jiksbu teknolġija ġdida.
SMEs go life science - proġett maħsub sabiex jgħin SMEs li huma involuti f'riċerka fil-qasam biex jiksbu teknoloġija ġdida.
Train-net futures - proġett maħsub sabiex jgħati taħriġ lil min ikun qed imexxi proġetti ta' riċerka fl-oqsma tas-saħħa. Proġett fuq sentejn u li beda f'Lulju 2004.
Hemm ukoll xi proġetti żgħar oħra li qegħdin fl-aħħar tagħhom u li ilhom għaddejin madwar sentejn. Il-proġetti msemmija hawn fuq, (minbarra l-IRC) huma kollha finanzjati mill-Kummisjoni Ewropea u Malta ma toħroġ xejn għalihom. L-IRC huwa finanzjat mill-Kummisjoni Ewropea (50%) u Malta (50%). Is-sehem ta' Malta huwa ta' madwar Lm35,000 fis-sena għal-erba snin. In-naħa Maltija hija magħmula mill-MCST u mill-Malta Enterprise.
Fuq livell Nazzjonali :
RTDI Programme - programm maħsub biex jiffinanzja proġetti ta' riċerka, kemm dik basika kif wkoll dik applikata. Dan il-programm huwa maqsum fi tlett kategoriji u minnu jistgħu jibbenefikaw kemm akkademiċi kif wkoll l-industrija.
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Chairman
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7454, jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx milqugħa t-talba tas-Sur Peter Diacono li ma jkomplix fil-kariga? Fil-każ li din ġiet milqugħa, jista' jgħid min inħatar minfloku?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hi fl-affermattiv.
Il-Gvern qiegħed fil-proċess li jimla l-vakanza maħluqa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7465, tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-imsemmija rapporti annwali?
Tista' tgħid ukoll min huma l-membri fil-kunsill ta' l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-Rapport ta' Ħidma tal-Kunsill ta' l-Edukazzjoni għal Għawdex.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill ta' l-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali għal Għawdex huwa magħmul minn:
Prof Lino Briguglio Co-Chairperson u bħala rappreżentant taċ-Ċentru ta' l-Universita' ta' Għawdex
Is-Sur Gordon Cordina Co-Chairperson
Is-Sur Philip Mifsud Segretarju
Is-Sinjura Claudia Cassar bħala rappreżentant tal-Ministru għal Għawdex
Is-Sur Carmel Attard Assistent Direttur (Operations) Edukazzjoni
Is-Sur Godwin Grech bħala rappreżentant tal-MCAST
Is-Sur Anthony Said bħala rappreżentant ta' l-Iskola Post Sekondarja
Is-Sur Edwin Borg bħala rappreżentant ta' l-ITS (Għawdex)
Is-Sur Joe Attard bħala rappreżentant taċ-Ċentru ta' l-Arti u Snajja
Is-Sur Michael Bajada bħala rappreżentant ta' l-Adult Training Centre
Rappreżentant mill-Employment and Training Corporation
Is-Sur Paul Scicluna bħala rappreżentant tal-Gozo Tourism Association
Is-Sur Anthony Bezzina bħala rappreżentant tal-Gozo Business Chamber
Is-Sur Joe Grech bħala rappreżentant tat-Taqsima tas-Snajja tal-Gozo Business Chamber
Rappreżentant mill-Koperattivi Agrikoli
Rappreżentant mill-Kunsilli Lokali
Sixth Framework Programme — National Contact Points
Question
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7463?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol li jwettqu l-NCPs jikkonsisti fid-disseminazzjoni ta' informazzjoni li toħroġ mill-Kummissjoni Ewropea dwar opportunitajiet fi ħdan il-proġett ta' Riċerka FP6.
L-NCPs ukoll iservu ta' konsulenti għal kull min jikkwalifika biex jipparteċipa fl-FP6. Dan jagħmluh billi jipprovdu informazzjoni u iservu ta' gwida sabiex jiffaċilitaw il-partiċipazzjoni ta' entitajiet lokali. L-NCPs iservu wkoll ta' sensara u jressqu Partners Ewropej lejn entitajiet lokali u viċi versa sabiex jinħolqu Consortia li jipparteċipaw fi proġett ta' riċerka.
F'dan l-aħħar 4 snin saru numru ta' attivitajiet pubbliċi ta' disseminazzjoni u numru akbar ta' laqgħat ma' entitajiet individwali li kellhom l-iskop li jinfurmaw u jħeġġu aktar parteċipazzjoni fil-programm. Sal-lum, bejn l-FP5 u l-FP6, entitajiet Maltin issieħbu f'mhux anqas minn 75 proġett, bi dħul ta' aktar minn 5 miljun Euro.
Tista' il-Ministru tgħid dwar il-persuni b'diżabilita' li jagħmlu użu minn wheelchair, kemm hemm vetturi tad-dipartiment li jagħtu servizz lil dawn il-persuni biex jattendu f'dawn il-postijiet, i.e. ATCs, resource centres, etc.? Kemm hemm persuni li jagħmlu użu minn wheelchair u li jagħmlu użu minn dawn il-vetturi tad-dipartiment?
Kemm hu l-ammont ta' flus li qed jiswew lid-dipartiment dawn il-vetturi speċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Kull ċentru li jilqa' fih lill-persuni b'diżabilita', tista' il-Ministru tgħid x'servizz ta' trasport juża biex iwassal lil dawn il-persuni mid-dar għaċ-ċentru u lura? Kemm hu l-ammont ta' flus imħallsa mid-dipartiment lill-mini buses għas-servizz li jagħtu lil dawn il-persuni b'diżabilita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistqosija tagħha lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid dwar is-servizzi l-oħra ta' trasport mikrija mid-dipartiment biex jagħtu servizz lill-persuni b'diżabilita' li jattendu fl-ATCs, resource centres, eċċ., kemm hemm vetturi mikrija mid-dipartiment biex jagħtu servizz lil dawn il-persuni?
X'inhu n-numru ta' persuni b'diżabilita' li jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Kemm hu l-ammont ta' flus li qed jiswew lid-dipartiment ta' kull sena dawn il-vetturi mikrija?
Matul il-jum dan is-servizz jibqa' disponibbli għall-klijenti? Jekk iva, isir aktar ħlas għal dan is-servizz? Jekk le, id-dipartiment jikkonsidra xi sistemi oħra li bihom ikun jista' jiffranka l-flus filwaqt li jkollu dan is-servizz disponibbli l-jum kollu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Dipartiment ta' l-Artijiet — File bir-ref no. L170/2002
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-offerta mid-direttur ta' l-Estates Management, datata 29 ta' Novembru 2002 (referenza L170/2002) fejn ġiet offruta proprjeta' formanti parti minn Forti Binġemma biex tiġi mgħoddija lill-għaqda Maltija ta' l-Astronomija sabiex jiġi stabbilit l-ewwel osservatorju astronomiku pubbliku f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Preżentament il-Gvern qed jagħmel diskussjonijiet sabiex il-Forti Binġemma tiġi amministrata mill-Heritage Malta. F’ dan ir-rigward wieħed irid jistenna l-esitu ta’ dawn it-taħditiet sabiex imbagħad wieħed ikun jista’ javża lill-Għaqda Maltija ta’ l-Astronomija biex ikompli t-taħditiet tagħha mal-Heritage Malta.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx problema ta' ilma, cioe' kanna li qed tinfaqa sikwit, fi Triq il-Grolli Birżebbuġa? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jsir ix-xogħol neċessarju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew f'pajjiżna turisti matul ix-xahar ta' Awissu 2003 u f'Awissu 2004? Kemm hu stmat li nefqu flus f'pajjiżna f'dawk ix-xahrejn?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li skond iċ-ċifri pubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, f'Awissu ta' l-2003, it-turisti li telqu minn Malta bl-ajru jammontaw għal 157,670 filwaqt li t-total ta' turisti li ġew bil-baħar jammontaw għal 9,442.
F'Awissu ta' l-2004 kellna 162,910 turisti li telqu minn Malta bl-ajru u 14,187 li telqu minn Malta bil-baħar.
Peress li l-mod ta' kif tinġabar l-istatistika tat-turisti li jiġu Malta bil-baħar inbidlet, iċ-ċifri tat-turisti li ġew bil-baħar fl-2003, ma jistgħux jiġu kkumparati direttament ma' dawk ta' l-2004.
L-infieq tat-turisti f'Awissu ta' l-2003 kien jammonta għal LM 71,047,694 u dan tela' għal LM 73,374,334 f'Awissu ta' l-2004, żieda ta' tlieta fil-mija.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji li kabbru l-operat tagħhom f'Malta b'investiment minn barra - fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena? Kemm kien dan l-investiment?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena kien hemm ħdax il-kumpanija b'investiment barrani li kabbru l-operat tagħhom hawn Malta. L-investiment globali ta' dawn il-proġetti ser jammonta mill-inqas għal LM16.2 miljuni fuq perjodu ta' tlitt snin li ġejjin. Il-Malta Enterprise ġabret din l-informazzjoni fuq proġetti approvati matul dan il-perjodu u l-figuri jirriflettu l-investimenti proġettati għat-tielet sena ta' l-operat tagħhom.
Statistika fuq investiment attwali li sar matul l-aħħar seba' xhur m'hijiex disponibbli mill-Malta Enterprise u tista' tiġi miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.
L-Onor. Interpellant jifhem li l-kumplament ta' l-informazzjoni hija ta' natura kunfidenzjali.
Jisa' il-Ministru jgħid jekk jafx bil-kwantita' ta' ġrieden u toilets maħmuġin li hemm fl-iskola sekondarja ta' Maria Assunta u x'qed isir biex jingħelbu dawn il-problemi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ittieħdu u qed jittieħdu l-miżuri meħtieġa dwar iġene u indafa u li s-sitwazzjoni mhix kif deskritta mill-Onor. Membru.
Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' dikjarazzjonijiet ta' azzjonijiet industrijali li saru mis-sena 1998 sal-lum, sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn tagħrif li għandu d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol jirriżulta li n-numru ta' tilwim industrijali dikjarat u reġistrat u n-numru ta' azzjonijiet meħuda hu hekk :
Sena Tilwim Azzjonijiet
1998 60 8
1999 92 16
2000 103 12
2001 103 14
2002 116 5
2003 94 8
2004(sal-lum) 46 4
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' dawk li applikaw għall-ingaġġ fil-korp tal-pulizija fl-aħħar sejħa li għalqet fit-28 ta' Lulju 2004? Kemm hu maħsub li jkunu ngaġġati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 498 persuna li applikaw għall-ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija.
Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Żjara f'pajjiżi tal-Lvant Nofsani
Question
Jista' il-Ministru jgħid, dejjem jekk mhux ta' xi preġudizzju għal ħidma diplomatika Maltija, jekk hemmx xi ħsieb li hu jżur xi pajjiżi fil-Lvant Nofsani fil-futur qarib?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Huwa l-ħsieb tiegħi li nżur pajjiżi fil-Lvant Nofsani malli jkun possibbli biex inġedded u niżviluppa r-rabtiet politiċi li Malta għandha ma' pajjiżi f'dan ir-reġjun.