Legislature:
Category:
Reset
Active:

VAT — Ħlasijiet żejda fuq income tax u refunds fuq VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu jagħti f'arretrati lura lit-taxpayer għall-ħlasijiet żejda ta' l-income tax u għar-refunds fuq il-VAT?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ refunds dovuti f’assessments ta’ l-income tax sas-sena ta’ stima 1998 kien ta’ Lm14,964,450 filwaqt li l-ammont ta’ kreditu eċċessiv tal-VAT mitlub u dovut minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas kien ta’ Lm3,718,333. Din il-figura tista’ tinbidel skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati jistgħu jagħmlu fid-denunzja tat-taxxa li jibgħatu sakemm il-kreditu eċċessiv jasal biex jitħallas. (Tweġiba mogħtija: 13/10/2004PM) (Seduta Numru: 172)

Laħam Aħmar importat

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew għaliex se jkunu sussidjati, dawn spiċċaw xorta għolew sostanzjalment bħal fil-każ tal-prezz tal-laħam aħmar? Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat fil-prezz? Jista' jassigurana li l-prezz tal-laħam aħmar importat mhux se jkompli jogħla fix-xhur li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq. L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.

Żieda fil-prezz tal-ħobż

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew għaliex se jkunu sussidjati, is-sitwazzjoni f'pajjiżna hija tali li saħansitra għola anke l-prezz tal-ħobż ta' kuljum tal-Maltin u l-Għawdxin? Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża dan l-għoli fil-prezz tal-ħobż meta saħansitra kien jintqal li dan se jorħos? Jista' jassigurana li l-prezz tal-ħobż ta' kuljum mhux se jkompli jogħla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq. L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.
Leg 10 PQ #7584 Sitting 172 2004-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Visa għal-Libja

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-kwestjoni tal-Visa li jirrikjedu l-Maltin u l-Għawdxin għal-Libja u l-Libjani għal Malta ħolqot problemi kbar fuq il-ħajja taċ-ċittadini kkonċernati? Ma jħossx il-Ministru li l-awtoritajiet Maltin u dawk ta' l-Unjoni Ewropea għandhom isibu rimedju biex il-Maltin u l-Għawdxin u l-Libjani jerġgħu jgawdu lura d-dinjita' li kellhom qabel l-1 ta' Mejju ta' din is-sena f'dan ir-rigward? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, għaddej b'diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet Libjani biex il-proċess ta' ħruġ tal-Visas, jitħaffef kemm jista' jkun.

Pitkalija — Biegħa tal-ħaxix

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus għall-biegħa li ddaħlet fil-Pitkalija Ċentrali f'Ta' Qali fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru ta' din is-sena separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 2003, 2002, 2001 u 2000 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ta’ min jinnota li l-ammont ta’ flus ħafna drabi jiddependi direttament mil-kwantita’ ta’ prodott. Meta l-kwantita’ tal-prodott tonqos jiżdied il-prezz, u viċi-versa.

Biċċerija — Qatla tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-piż tal-qatla tal-majjal li daħħal fil-Biċċerija tal-gvern matul ix-xhur ta' Jannar u Settembru xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, qed inppoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija parlamentari numru 3344 f’ Seduta numru 80 tat-12 ta’ Diċembru 2003.

Biċċerija — Qatla taċ-ċanga

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-piż tal-qatla taċ-ċanga li daħħlet fil-Biċċerija tal-gvern matul ix-xhur ta' Jannar u Settembru xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Bormla — Pjazza Santa Margerita

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq ix-xogħol fi Pjazza Santa Margerita, Bormla? Meta se jinbeda x-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li hemm il-ħsieb li jsir xogħol ta' tibdil ta' balavostri fi Pjazza Santa Margerita. Dan ix-xogħol mistenni jiddaħħal fil-programm tax-xoghol tat-Taqsima tax-Xogħlijiet tas-sena d-dieħla.

Ċirkewwa — Bozoz

Question

Peress illi l-bozoz taċ-Ċirkewwa ilhom ma jixegħlu diversi xhur u għadhom ma ġewx mibdula u peress li biex isir l-irbit tal-vapuri fil-għaxija d-dawl qed ikun permezz ta' spot light tal-vapur, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mhux biss biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu aħjar imma anke għal skopijiet ta' sigurta'?

Response (GATT, AUSTIN)

It-tweġiba għall- Mistoqsija Parlamentari diġa' ngħatat f' P.Q. 7487.

Interprint

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfet l-Interprint? X'inhu sehem il-gvern? Kemm kien hemm ħaddiema kull sena mit-twaqqif tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Interprint twaqqfet fl-1975 u ħadet post is-St.Paul's Press. Hija kollha kemm hi tal-Gvern. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Tug Malta — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfet it-Tug Malta? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema dakinhar u kemm hu llum? Kemm għandhom tugs, liema huma u ta' liema sena huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li Tug Malta twaqqfet l-24 ta' Lulju, 1979, wara li ttieħdet id-deċiżjoni sabiex tiġi nazzjonaliżżata l-industrija ta' l-irmonk f' Malta. Il-Kumpanija bdiet taħdem fl-1 t'Otubru 1980. L-ewwel impjegati tagħha kienu meħudin miż-żewġ kumpaniji privati tal-irmonk li kienu ħadmu sa dak in-nhar. F'Ottubru 1980, il;-Kumpanija kienet timpjega 68 ruħ. Illum wara l-implementazzjoni ta' sistema ta' xift f'Marzu 2003, in-numru ta' impjegati huwa ta' 91. Il-Kumpanija topera sitt (6)tugs illum, ħamsa (5) minnhom propjeta tal-Kumpanija, waqt li l-oħra hija chartered mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. It-tugs huma dawn: Sea Salvor - mibnija 1998 Mari - mibnija 1983 Lieni - mibnija 1991 Felica - mibnija 1981 Grez - mibnija 1974 Vitorin - mibnija 1972

Armi — Liċenzji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew liċenzjati armi ġodda din is-sena? X'tip kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-armi li ġew reġistrati għall-ewwel darba din is-sena, kienu kif jidher hawn taħt:- Harpoon guns 192 Spears 17 Air rifles 102 Pistols 11 Percussion cap pistols 2 Flintlock muskets 3 Muskets 1 Black powder revolvers 9 Revolvers 3 Shotguns 284 Air pistols 104 Rifles 15 Flintlock pistols 1 Percussion rifle 1

Single Unmarried Mothers

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single unmarried mothers illum u x'eta' għandhom? F'liema bliet jew irħula joqogħdu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ebda Dipartiment jew entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Skond ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'Malta u Għawdex hawn 2,179 ommijiet mhux miżżewġa li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal. Peress li l-eta' tal-benefiċjarji mhix waħda mill-kriterji biex titħallas din l-Allowance id-Dipartiment ma jżommx statistika dwar l-eta' ta' dawn il-benefiċjarji. Ninsab infurmata li n-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal, maqsum skond il-lokalita' fejn joqogħdu, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żweġijiet biċ-Ċivil

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm iżżewġu persuni biċ-ċivil din is-sena? Kemm minn dawn kienu bejn Maltin biss u kemm bejn Maltin u barranin? Ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 t’ Awissu ta’ din is-sena saru 418 il-żwieġ ċivili f’ Malta. F’ Għawdex, bejn l-1 ta’ Jannar u l-5 ta’ Ottubru, 2004, saru 34. Minn dawn 51 kienu bejn koppji Maltin u 218 bejn Maltin u barranin. Il-barranin li żżewġu ma’ Maltin kienu minn dawn il-pajjiżi:- Albania Australia Azerbaidzhan Belarus Belgium Brazil Bulgaria China Egypt England France Germany Ghana Ireland Israel Italy Jordan Kenya Korea Libya Moldova Mongolia Morocco Nepal Netherlands Nigeria Norway Palestine Philippines Poland Romania Russia Scotland Serbia Sqallija Spain Sweden Syria Taiwan Thailand Tunisia Turkey U.S.A. Ukraine Uzbekistan Yugoslavia

Tfal li tressqu qudddiem il-Qorti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal il-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena sa issa n-numru ta’ minuri taħt 18-il sena li tressqu quddiem il-Qorti kien ta’ erba’ u erbgħin (44). Ir-raġunijiet għax tressqu l-Qorti kienu s-segwenti:- · Inġurji u theddid · Serq ta’ diversi oġġetti bħal CDs u DVD mill-ħwienet, mobile phones, aċċessorji tal-karozzi, karozzi u flus · Pussess u f’ xi wħud mill-każi anke traffikar tad-droga, f’ post frekwentat miż-żgħażagħ · Pussess ta’ arma tan-nar · Pussess ta’ affarijiet misruqa · Sewqan ta’ vettura mingħajr liċenzja jew assigurazzjoni u b’manjiera traskurata · Ksur ta’ buon ordni u paċi pubblika u kliem oxxen fil-pubbliku · Feriti ħfief u ħsara volontarja · Offiżi lejn il-pudur u l-morali ta’ terzi · Ġrieħi gravi per durata · Żamma ta’ senter mingħajr liċenzja

CCF — Żgħażagħ

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni taħt l-20 sena il-ħabs jew under house arrest illum? X'eta' għandhom u x'reat wettqu jew allegatament wettqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 5 persuni li għandhom anqas minn 20 sena li ngħataw liberta’ proviżżorja mill-Qorti bil-kundizzjoni li ma joħorġux mid-dar. Tlieta huma akkużati b’ reati konnessi ma’ droga u tnejn b’serq. Ninsab infurmat ukoll li fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin, fil-preżent hemm tnax il-priġunier/a li l-eta’ tagħhom hija taħt l-għoxrin sena. L-informazzjoni mitluba dwar dawn hi kif ġej:- Eta’ Akkuża Sentenzjat Taħt arrest 15 Serq aggravat 19 Pussess u traffikar ta’ droga 18 Pussess u traffikar ta’ droga 19 Serq aggravat 19 Pussess u traffikar ta’ droga 19 Serq aggravat 19 Serq aggravat 18 Ksur tal-kundizzjonijiet tal- Bail 18 Omiċidju 19 Ksur tal-kundizzjonijiet tal- Bail 18 Stupru 17 Serq aggravat

Dipartiment ta' l-artijiet — Stabiliment privat - permess għal ħruġ ta' imwejjed u siġġijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti raġunijiet għad-dewmien esaġerat biex uffiċjali mid-dipartiment ta' l-artijiet jimmarkaw l-estent fuq il-post ta' sit mikri lil stabiliment privat biex jinħarġu mwejjed u siġġijiet f'Couvre Porte, il-Birgu? Jista' jagħti perjodu ta' żmien li fih dan ix-xogħol ta' immarkar fuq is-sit li jeħtieġ li jsir, fil-fatt isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-marki tas-siti fejn ikun hemm permess għat-tqegħid ta’ l-imwejjed u siġġijiet isiru taħt id-direzzjoni ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu. F’ dan il-każ, id-Dipartiment ta’ l-Artijiet għadu ma ġiex mitlub biex jimmarka dan is-sit bl-studs.