Jista' il-Ministru jgħid jekk l-MV Doulos hux se jingħata jew le permess biex ibiegħ kotba jekk u meta jiġi Malta iktar tard din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-aġenti tal-vapur issottomettew l-applikazzjoni fid-Diviżjoni tal-Liċenzji biex jistgħu jagħmlu fiera tal-kotba meta l-vapur iżur Malta f'Diċembru liema applikazzjoni għandha tiġi approvata sakemm l-applikant joqgħod għall-kundizzjonijiet tad-diviżjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' multi mhux imħallsa fis-16 ta' Awissu 2004 maqsuma: 1) skond is-sena li ġew deċiżi; b) skond in-natura tal-multa (eż. traffiku)?
Response (BORG, TONIO)
L-Onor. Interpellant ma indikax għal liema perjodu jixtieq it-tweġiba tiegħu, iżda fi kwalunkwe każ, il-multi ma jiġux reġistrati skond in-natura tal-multa.
L-ammonti pendenti fis-16 ta' Awissu 2004, għas-snin 1999 sa 2004 għall-Qrati Kriminali u dawk tal-Maġistrati hu kif ġej:
Sena
Ammont Pendenti (Lm)
1999
106,625
2000
74,884
2001
199,757
2002
179,173
2003
508,852
2004*
1,035,448
* sas-16 ta' Awissu.
Huwa possibbli għall-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn permessi tal-pulizija għal fixed hawkers u għal gabbani maqsuma skond kull lokalita' f'Malta u Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-liċenzji tan-negozju, m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji mad-dipartiment tat-taxxi interni minn wara l-budget 2003 sal-lum? Huwa possibbli li jingħata l-ogħla valur ta' bejgħ/xiri propost f'konvenju wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ konvenji reġistrati f’Malta u Għawdex kien ta’ 6,558.
L-ogħla valur ta’ bejgħ /xiri propost f’konvenju wieħed kien jammonta għal Lm6,070,500.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji mar-Reġistru Pubbliku minn wara l-Budget 2003 sal-lum? Huwa possibbli li jingħata l-ogħla valur ta' bejgħ/xiri propost f'konvenju wieħed?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' persuni li kienu jiffurmaw il-workforce tal-Medigrain? Fejn ġie ppostjat kull ħaddiem? Jista' jgħid jekk hux minnu li ftit ġimgħat ilu, wara li issa l-ħaddiema kollha sabu posthom, ġiet offruta skema ta' irtirar kmieni lill-istess ħaddiema? X'wassal biex inbidel il-pjan?
Response (GATT, AUSTIN)
Dettalji tal-workforce tal-Medigrain u fejn ġew ippostjati iżda mhumiex tal-post qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn ġew mistoqsija jekk jippreferixxux li l-MIMCOL tirranġalhom sabiex isiru tal-post mal-entita' fejn ġew ippostjati jew jaċċettawx is-somma ta' ħames ġimgħat paga għal kull sena li taw servizz lil Medigrain.
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-Management u l-ħaddiema kollha li kien hemm impjegati mal-Medigrain Ltd. kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' ukoll jgħid x'kienu s-salarji ta' kull individwu kull sena matul l-istess perijodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u x'tama hemm li tieħu post tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u x'tama hemm li tiġi provduta wieħed mill-appartamenti f'Tal-Papa, Birżebbuġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tgħix f'post tal-gvern u bil-pensjoni, għolitilha l-kera tal-fond fejn toqgħod?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li mara Taljana, separata minn żewġha Malti u li għandhom sitt itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi allokata post tal-gvern minħabba li mhix f'pożizzjoni finanzjarja tajba li tikri post mis-suq privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.
Pulizija — Inkonvenjenzi kawżati minn ħanut tax-xorb
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa jew x'se jieħu dwar l-ittra li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ilment imressaq fl-ittra msemmija kien ġie nvestigat u l-persuna li kienet ressqet l-ilment, kienet ukoll ġiet mitkellma mill-Assistent Kummissarju imsemmi ukoll fl-ittra, nhar is-17 ta' Awissu 2004. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tkompli tagħmel sorveljanza fl-akkwati.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li spiċċat mix-xogħol mhijiex tibbenefika minn servizzi soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Biex persuna tirċievi benefiċċju għad-diżimpjieg trid tkun qed tirreġistra għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru miżmum mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant mhiex qed tirreġistra fuq l-Ewwel Parti ta' dan ir-Reġistru.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-Libja il-ħruġ tal-visas huwiex qed isir mill-ambaxxata jew mill-Konsulat? Meta nfetaħ il-konsulat u jekk għadu ma nfetaħx, x'qed iżommu milli jinfetaħ u meta mistenni li jibda jopera?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Konsolat Malti fi Tripli nfetaħ mill-Prim Ministru waqt iż-żjara tiegħu fil-Libja fil-5 ta' Ottubru. Il-ħruġ tal-Visas issa qed isir mill-Konsolat.
Il-Gvern Malti ħass li għandu jinvesti f'dan il-Konsolat biex ċittadini Libjani li jkollhom bżonn Visa għal Malta jkunu jistgħu jinqdew aħjar.
Il-gvern għandu f'idejh kopja tar-rapport taż-żjara tar-rappreżentant tal-UNHCR li kien għamel f'Malta u jekk iva, dan jista' jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li l-Ministeru ma wasallux ir-rapport indikat mill-Onorevoli Interpellant.
World Economic Forum — Networked readiness index markings 2003
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma li skond global information technology report maħruġ mill-World Economic Forum f'dak li huwa networked readiness index markings 2003 Malta tinsab fis-27 post filwaqt li tinsab fit-13-il post fost l-Istati Membri tal-UE? Kif tipparaguna ma' acceding countries oħrajn tal-UE?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li Malta tinsab fis-27 post minn 102 pajjiżi fir-rapport "The Networked Readiness Index Rankings 2003" maħruġ mill-World Economic Forum, u tinsab fit-13-il post fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Malta tinsab fit-tieni post (wara l-Estonja), meta ikkomparata mal-pajjiżi li daħlu fl-Unjoni Ewropea ma' Malta f'Mejju 2004. Malta tinsab ferm qabel il-pajjiżi applikanti ġodda tal-UE.
Jikkonferma l-Ministru li minkejja li kienet ilha tinġibed l-attenzjoni tal-gvern minn Marzu ta' din is-sena biex isaħħaħ is-sigurta' ta' l-ambaxxata Maltija f'Ġinevra skond il-kriterji ta' Schengen, sa ftit ġimgħat ilu kien għadu ma sar xejn? Meta beħsiebu jaġixxi f'dan ir-rigward u jekk aġixxa diġa', meta ttieħdu l-passi meħtieġa?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Gvern Malti għaddej bi tħejjijiet biex is-sigurta' fl-Ambaxxati Maltin kollha tkun tilħaq il-livelli stabbiliti skond il-kriterji ta' Schengen bi preparazzjoni għal meta fis-snin li ġejjin jibdew jinħarġu "Schengen Visas", u cioe fl-2007/2008.
Jikkonferma l-Ministru li l-appoġġ ta' Israel għall-kandidatura ta' l-imħallef Franco Depasquale għall-kumitat tad-drittijiet tal-bniedem kien ikkondizzjonat minn appoġġ reċiproku Malti għall-Prof. Michael Turner għall-World Heritage Committee tal-UNESCO?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Hija proċedura normali li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jagħmel lobbying fejn ikun hemm ċittadini Maltin li ser jikkontestaw għal xi karigi f'organizzazzjonijiet internazzjonali.
Jista' il-Ministru jgħid x'kuntatti saru f'Israel dwar l-enerġija solari?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-programm taż-żjara tal-Ministru f' Israel li tħejja mill-Gvern Israeljan. kien jinkludi wkoll żjara lil kumpannija li tiddisinja, timmanifattura u tinstalla apparat ta' l-enerġija solari kemm kummerċjali kif ukoll domestiku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jiġix kkonsidrat li xogħlijiet ta' restawr, b'mod partikolari/anke restawr fi knejjes, jiġi meħlus mill-ħlas tal-VAT anke minħabba l-fatt li dan ix-xogħol isir wara ġbir li jsir minn fost il-poplu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tip ta’ xogħolijiet imsemmija ma jistgħux jiġu kkunsidrati għall-ħelsien mit-taxxa fil-kuntest tal-liġi tal-VAT.
(Tweġiba mogħtija: 13/10/2004PM)
(Seduta Numru: 172)