Jista' il-Ministru jgħid għaliex permess għall-mini bus ta' 30 persuna ġiet miċħuda mill-awtorita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti aktar informazzjoni rigward il-każ li għalih qed jirreferi, speċjalment minħabba l-fatt illi vettura b'seating capacity ta' 30 passiġġier hija coach u mhux mini bus.
In vista ta' dak li ntqal fil-gazzetti, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'inkjesti maġisterjali lill-periti kemm legali u oħrajn, fl-ewwel tmien xhur tas-sena kurrenti, kif ukoll min kienu dawn il-periti, kull wieħed kemm irċieva ħlasijiet u minn liema maġsitrat ġew nominati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' ħlasijiet għall-servizz ta' esperti tal-Qorti bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Awissu 2004 kien ta' Lm258,967.66 li jinkludi pagamenti li saru lill-laboratorji barra minn Malta.
It-tagħrif dwar min kienu dawn l-esperti u l-ammont lilhom imħallas hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kumplament tat-tagħrif mitlub qed jinġabar, u tweġiba dwaru tingħata f'xi seduta oħra.
Ħaddiema Maltin u Għawdxin — Impjieg f'pajjiżi membri tal-UE
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li mid-data tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea marru jaħdmu fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Jista' jgħid x'impjiegi sabu u każ b'każ f'liema pajjiżi marru jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kien hemm għoxrin (20) uffiċjal pubbliku li mill-1 ta’ Mejju 2004, marru jaħdmu ma’ l-Istituzzjonijiet jew Aġenziji ta’ l-Unjoni Ewropea.
Ħlief għal wieħed li jaħdem ma’ l-European Court of Justice fil-Lussemburgu, dawn jaħdmu fi Brussel u qegħdin imqassmin kif ġej:
Auxiliary Agents
3
Translators
7
Commissioner’s Cabinet Office
5
Press Officers
1
Lawyer Linguist
1
Legal Unit (Council of Ministers)
1
Head of Personnel (European Aviation Safety Agency
1
Personal Assistant to MEP
1
TOTAL
20
Ma tinżammx statistika dwar min mar jaħdem fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7503 u 7536 dwar id-decompression chamber li suppost issir f'Għawdex u li suppost (kif ilu jingħad minn naħa tal-gvern għal diversi xhur) se ssir mill-fondi ta' l-UE, tista' il-Ministru tgħid jekk sarx xi studju dwar l-ispecifications tad-decompression chamberu jekk iva, tgħid x'inhuma? In oltre kemm huma l-fondi allokati għaliha u meta hu antiċipat li tibda topera u fejn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena ninsab infurmata li s'issa sar studju dwar il-fattibilta' ekonomika u finanzjarja għat-twaqqif ta' Decompression Chamber f'Għawdex. Barra minn dan, saret riċerka estensiva dwar l-ispecifications għaliha Ġa tħejjew l-ispecifications għal service contract tal-progett li jinkludi d-Decompression Chamber.
It-total ta' fondi li qed jiġu allokati għal dan il-proġett jitilgħu għal madwar Lm465,500.
L-apparat se jiġi nstallat f'sit li ser jinbena apposta fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-proġett hu mistenni li jitlesta f'Ottubru 2006.
B'riferenza għas-sentenza mogħtija mill-Qorti ta' l-Appell fid-19/4/04, Appell nru: 2950/1996/2, jista' il-Ministru jgħid il-gvern xi provvedimenti ħa biex sidien ta' taxis Għawdxin ikunu jistgħu jaħdmu l-Belt Malta kif ukoll biex sidien ta' taxis reġistrati Għawdex ikunu jistgħu jiġu trasferiti lil xi ħadd li joqgħod Malta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-policy ta' l-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta hi li l-50 taxi li huma reġistrati biex jaħdmu f'Għawdex jaħdmu biss f'Għawdex (ħlief f'każ li jkollhom iwasslu passiġieri lejn sptar, port jew ajruport f'Malta) u dawk li huma reġistrati biex jaħdmu f'Malta, jaħdmu biss f'Malta.
Jien infurmat ukoll li l-policy hi li taxis operati f'Għawdex jistgħu jinbiegħu anki lill- Maltin, bil-kundizzjoni li dawn jibqgħu joperaw f'Għawdex.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7624 u għar-risposta mogħtija peress illi l-uffiċċju tal-kumpannija jagħlaq fil-5.00 p.m., jista' il-Ministru jgħid x'faċilitajiet sanitarji jistgħu jużaw wara l-5.00 p.m.?
Response (GATT, AUSTIN)
Kull min ikollu bżonn juża faċilitajiet sanitarji wara l-5.00 ta' fil-għaxija, jista' jagħmel użu jew tal-portable toilet booths li hemm fil-parkeġġ tal-karozzi tal-linja, jew dawk provduti mill-Cafeteria.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra dwar dawk l-impjegati li kienu jaħdmu maż-żewġ tarznari u li issa ġew trasferiti mal-kumpannija IPSL, għal finijiet ta' l-ETC taħt liema grad huma mniżżlin? Għadhom bl-istess grad li kienu meta kienu għadhom jaħdmu mat-Tarzna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawk l-impjeagati li kienu jaħdmu maż-żewġ tarznari u li issa ġew trasferiti mal-kumpanija IPSL, ġew trasferiti mill-Korporazjoni bl-istess grad li kellhom mat-Tarzna.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pariri legali ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika dwar kuntratti definiti meta hemm xi employers li qed jabbużaw minn dawn it-tip ta' kuntratti għal skopijiet tagħhom biex jaħarbu mill-obbligi tal-liġi dwar relazzjonijiet industrijali billi lill-istess impjegat joqogħdu jagħtuh kuntratt definittiv ripetutament?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kwestjoni hi regolata mill-avviż legali numru 429/2002 li jirregola l-kuntratt ta' servizz għal terminu ta' żmien fiss. Dan l-avviż legali jipprovdi qafas legislattiv biex jindirizza abbużi li jista' jkun hemm fit-tiġdid suċċessiv ta' kuntratti definiti.
Jista' il-Ministru jispjega r-riforma li seħħet fir-rotta tal-karozzi tal-linja 91? X'kien ir-raġunar wara dan it-tibdil? L-interess tar-residenti ta' Ħal Qormi ingħata piż f'din ir-riforma? Kif se jiġi assigurat li r-residenti Qriema jibqgħu jingħataw servizz xieraq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-iskeda tal-karozzi li topera fuq l-inħawi ta’ Ħal Qormi baqgħet l-istess sa l-10.00 ta’ filgħodu.
Wara l-10.00 ta’ filgħodu, ir-Rotta 91 titlaq mill-Belt Valletta kull siegħa, tibda mill-10.00 ta’ filgħodu sa 10.00 ta’ filgħaxija u tagħmel ir-rotta kif ġej:-
Valletta - Qormi, St. Edwards Str, Polyclinic, Ta’ Farsina, Triq Fredrick Mampel, Knisja ta’ San Ġorġ u tkompli bir-rotta normali lejn il-Belt Valletta.
Ir-Rotta 87 tibda mill-10.30 ta’ filgħodu sa 9.30 ta’ filgħaxija, kull siegħa mill-Belt Valletta u tgħaddi kif ġej:-
Valletta – Qormi (San Bastjan), Triq San Bartolomew, Triq Fredrick Mampel, Triq Aniċi, St. George’s school, Farsina, Mdina Road, tkompli lejn Ħaż-Żebbuġ, lura lejn Farsina, Knisja ta’ Ħal Qormi, Triq Aniċi, Vittoria u lura bir-rotta normali lejn il-Belt.
Il-bidla prinċipali li saret hija li ir-Rotta 91 tkun qed taħdem fuq bażi ċirkulari u
għaldaqstant, il-venda ta’ Ħal Qormi ma tkunx qed tintuża wara l-10.00 ta’ filgħodu. Il-passiġġier li jkun irid jirkeb jew jitla' mill-Venda ta’ Ħal Qormi irid jew jirkeb il-karozza minn ħdejn l-iskola, jew inkella jirkeb il-karozza aktar tard mil-venda meta din tkun fi triqtha lura lejn Farsina.
Bil-bdil li sar, il-Qriema ingħataw iċ-ċans li jilħqu Ħaż-Żebbuġ anki miċ-Ċentru ta’ Ħal Qormi.
L-Awtorita qegħda issegwi is-servizz sabiex jekk ikun hemm bżonn isir it-tibdil meħtieġ.
Jista' il-Ministru jispjega x'miżuri ta' prevenzjoni qegħdin jittieħdu mill-iskejjel u mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni kontra l-abbuż tad-drogi minn studenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Substance Abuse Policy Team fi ħdan is-Safe Schools Programme li huwa unit fi ħdan it-Taqsima ta' Student Services fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jorganizza seminars għall-istudenti u lezzjonijiet fil-klassi, speċjalment ma' studenti tal-forms 3-4-5. Parti mill-programm ta' prevenzjoni jinkludi staff developmental programmes, in-service training lill-għalliema biex jkunu mgħarfa bil-proċedura miktuba fil-policy nazzjonali ; Tackling Substance Abuse - Procedure for Schools.
Parti mill-kurrikulu ta' l-iskejjel jinkludi suġġetti bħal PSD, Home Economics, Reliġjon u Studji Soċjali li fis-sillabi tagħhom jkopru dan is-suġġett. Parti essenzjali huwa l-involviment tal-ġenituri fil-proċess edukattiv u formattiv taż-żgħażagħ. Dan jinkludi laqgħat għall-ġenituri, drammi u fora li fihom jiġu diskussi temi relatati mas-suġġett tad-droga.
Fl-aħħarnett dan kollu huwa megħjun mill-kooperazzjoni sħiħa bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Aġenzija governattiva Sedqa li jipprovdu programmi speċifiċi fl-iskejjel dwar l-abbuż tad-drogi. Fil-fatt id-diviżjoni għandha għalliema li huma sekondati ma l-istess aġenzija.
In vista ta' dak li ntqal fil-gazzetti, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'inkjesti maġisterjali lill-avukati legali din is-sena u s-sena l-oħra? Jista' jgħid jekk skond il-liġi avukati jistgħux jinħatru esperti f'dawn it-tip ta' każi? Billi dawn jitħallsu minn fondi pubbliċi, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' dawn l-esperti u kemm tħallas kull wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Għal dak li jirrigwardja t-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali li avukati ma jistgħux jiġu nominati bħala esperti legali b'eċċezzjoni ta' dawk li jkollhom xi kwalifiki tekniċi speċjali f'xi materja partikolari.
L-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-Mistoqsija għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7738?
Response (BORG, TONIO)
Għal dak li jikkonċerna d-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat li l-ammont dovut lis-sidien tal-karozzi fuq ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi li huma wżati minn impjegati tal-gvern hu ta' tlett mija u disgħin lira (Lm390). Dan l-ammont jirrigwardja d-Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja u dan ser jinġabar mingħand l-istess impjegati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'inkjesti maġisterjali fis-snin 2002 u 2003 separatament kull xahar? Għax-xogħol ordnat (inkjesti) minn kull maġistrat f'dawn is-sentejn, kemm ħallas il-gvern individwalment? Min kienu dawk l-esperti li rċevew ħlasijiet 'il fuq minn Lm3,000 fis-snin 2002 u 2003 u kemm irċevew kull wieħed u waħda minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid mis-sena 2000 sas-sena 2004, kemm kien hemm Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi , kemm minnhom rega' ġġeddilhom il-kuntratt, kemm minnhom inbidlu u għal-liema raġunijiet tneħħew? Jista' jekk jogħġbu jagħti l-informazzjoni maqsuma taħt nisa u rġiel sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi sena b’sena l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Dawn l-uffiċjali kollha kienu, jew għadhom, fuq
Performance Agreements
li jiskadu awtomatikament wara tliet snin.
Dawn il-
Performance Agreements
jiġu mġedda kif ġej:
·
fil-każ ta’ Segretarji Permanenti l-ħatriet isiru fit-termini ta’ Artikolu 92(3) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
·
fil-każ tal-pożizzjonijiet l-oħra
,
l-ħatriet isiru fuq bażi ta’ kompetizzjoni ġdida u l-aħjar kandidat jintagħżel għal post.
Fir-rigward ta’ kuntratti li ġew terminati qabel il-waqt ma nħossx li hija etika li nagħti raġuni għaliex sar dan.
(Tweġiba mogħtija: 13/10/2004PM)
(Seduta Numru: 172)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabru flus f'NI contributions, sena b'sena, mill-1/1/98 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ flus miġbura f’NI contributions mill-1 ta’ Jannar 1998 sa Awissu 2004 huwa kif indikat fit-tabella annessa.
(Tweġiba mogħtija: 13/10/2004PM)
(Seduta Numru: 172)
Ta' Kandja — Klandestini li jinżammu f'ċentri ta' detenzjoni
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkwantifika l-ispiża medja kuljum għall-gvern għal kull immigrant/klandestin li qed jinżamm fiċ-ċentri ta' detenzjoni u ta' kull priġunier fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Għal dak li jirrigwardja l-immigranti/ klandestini, ġentilment nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2556.
Għal dak li jirrigwardja persuni mi¿muma fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, ninsab infurmat illi jekk jingħaddu s-salarji ta’ l-impjegati tal-Ħabs, l-ispi¿a ta’ l-ikel, il-ħlas lill-ħabsin li jaħdmu, l-ispejjeż għal programmmi ta’ riabilitazzjoni, l-ispiża tas-servizzi tas-saħħa, u spejjeż oħra rikorrenti u jiġi diviż it-total bin-numru tal-medja ta’ priġunieri f’ kull ġurnata matul is-sena, l-ispiża tiġi madwar Lm 23. 60 kuljum.