B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7637, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew mitmuma kuntratti ta' impjiegi fl-istess dipartiment f'dawn l-aħħar sitt xhur u każ b'każ x'kienet ir-raġuni li waslet għal dan?
Jista' jgħid minn dawn kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li kien hemm Senior Registrar (1) wieħed ta' nazzjonalita' barranija li ma laħaqx il-livell ta' performance mistennija minnu u li għalhekk ma kellux il-kuntatt ta' mpjieg mġedded meta skada.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti dwar tipjip f'bars u ristoranti japplikawx ukoll għal bars li jiffurmaw parti integrali minn każini sportivi, kulturali jew politiċi?
Jista' il-Ministru jekk jekk huwiex f'pożizzjoni li jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7658?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
LOT 1- Minn Targa Gap tgħaddi minn Tal-Qlejja Junction għall- Mtarfa Junction
Ix-xogħol inbeda fit-08 ta’ Ġunju, 2004 u sal-lum tlesta madwar 30% tax-xogħol kollu. L-Awtorita’ iċċertifikat ħlasijiet li jammontaw għal Lm846, 784.96 fuq dan il-LOT.
LOT 2 – Minn Mtarfa Junction tgħaddi minn Junction at De Rohan Gate, Żebbug għal Junction għas- Siġġiewi
Ix-xogħol inbeda fl-10 ta’Ġunju, 2004 u sal-lum tlesta madwar 15% tax-xogħol kollu. L-Awtorita ċċertifikat ħlasijiet li jammontaw għal Lm 248,479.10 fuq dan il-LOT.
LOT 3 – Minn Junction għad-direzzjoni għas-Siġġiewi lejn Qormi
Minn Triq Luqa, Qormi għal JunctionCargo Air Terminal, Luqa
Ix-xogħol inbeda fl-10 ta’Ġunju, 2004 u sal-lum tlesta madwar 10% tax-xogħol kollu. L-Awtorita ċċertifikat ħlasijiet li jammontaw għal Lm 356, 852.87 fuq dan il-LOT
Il-perċentaġġi tax-xogħol komplut kien maħdum mill-programm tat-tqassim tax-xogħol, hekk kif preżentat mill-kuntratturi u approvat mis-Supervisors li qegħdin jieħdu ħsieb ix-xogħlijiet inkwistjoni.
Jista' il-Ministru jara li l-librerija pubblika fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard li bħalissa qiegħda fejn il-klassijiet tal-kindergarten, titneħħa minn hemm għax qiegħda toħloq riskju kbir għas-sigurta' ta' dawn it-tfal żgħar peress li hi aċċessibbli għall-pubbliku waqt il-ħin ta' l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill qed jiltaqa' mal-Kap ta' l-iskola biex il-librerija tiġi allokata post aktar 'l ġewwa fl-iskola.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-pulizija tissorvelja Triq Ħal Warda f'Ħ'Attard waqt il-ħin tad-dħul fl-iskola tal-gvern għax minkejja li din it-triq suppost tkun magħluqa għat-traffiku, il-vetturi xorta waħda jgħaddu minnha?
Response (BORG, TONIO)
Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7887 f'din l-istess Seduta.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-traffic management proposals li saru mill-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq it-toroq iffinanzjati mill-Protokoll Taljan li permezz tagħhom kellhom jipprovdu rotot alternattivi għat-traffiku waqt li jsir ix-xogħol?
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-uffiċċju tat-taxis fl-arrivals tal-Malta International Airport ġie magħluq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li peress li l-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta hi r-regolatur u mhux l-operatur tas-servizz tat-taxis, l-Awtorita ilha tinsisti mal-White Taxi Amalgamated li għandha tkun hi l-amministratur ta' dan il-Booth. Peress li l-White Taxi Amalgamated baqgħet ma ħaditx f'idejha it-tmexxija ta'dan il-Booth, l-Awtorita ħasset li ma tistax tibqa' terfa l-piż ta' Lm11,370 fis-sena, għall-benefiċċju ta' servizz provdut minn operaturi privati.
Nixtieq ukoll ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-Taxi Booth fil-Cruise Liner Terminal hija mħaddma mill-Operatur.
Persuni b'diżabilita' — Karti ta' l-identita' speċjali
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop li għandhom il-karta ta' l-identita' speċjali maħruġa mill-K.N.P.D.? Kemm hemm minnhom li huma taħt is-60 sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop li qegħdin: a) jirċievu s-servizz tal-home help/care; b) jirċievu s-servizz tal-meals on wheels; c) jagħmlu użu mis-servizz tat-telecare?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nisa u rġiel anzjani mill-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop fuq il-waiting list għad-dħul: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) fi djar residenzjali tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-waiting list għar-Residenza San Vinċenz u għad-Djar Residenzjali tal-Gvern skond il-lokalitajiet mitluba hi kif ġej:
Lokalita'
SVPR
SVPR
Djar tal-Gvern
Djar tal-Gvern
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
Ħamrun
101
61
38
16
Marsa
45
35
16
5
St.Venera
35
13
12
10
Florjana
38
17
10
4
Valletta
65
44
21
13
Pieta/G'Manġia
16
16
11
3
Qormi
84
47
20
5
Luqa
21
16
4
2
Kirkop
7
3
0
1
Total
412
252
132
59
Jisa' il-Ministru jgħid kemm hemm nisa u rġiel rikoverati preżentement mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Floriana, Valletta, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) djar residenzjali statali ta' l-anzjani; c) djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta' anzjani rikoverati fir-Residenza ta' San Vinċenz, Djar Residenzjali tal-Gvern u Djar Privati taħt l-iskema tal-private public partnership skond il-lokalitajiet mitluba hi kif ġej:
Lokalita'
SVPR
Djar tal-Gvern
Djar Privati taħt
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
HAMRUN
24
39
8
33
3
9
MARSA
14
18
4
8
1
1
STA. VENERA
4
17
1
9
0
2
FLORIANA
6
16
4
9
0
0
VALLETTA
14
29
7
30
1
9
PIETA/G'MANGIA
6
10
1
4
1
1
QORMI
21
36
7
14
0
4
LUQA
10
12
5
8
0
0
KIRKOP
1
5
0
0
0
0
TOTAL
100
182
37
115
6
26
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' nisa u rġiel li għandhom il-kartanzjan preżentement f'dawn il-lokalitajiet; Ħamrun, Marsa, Valletta, Floriana, Sta. Venera, Pieta'/Gwardamangia; Qormi, Luqa u Kirkop? Kemm minnhom għandhom 75 sena u fuqhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex il-mistoqsija tiġi riferuta lid-Dipartiment ta' l-Istatistika.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm nies jattendu preżentement fid-diversi day centres ta' l-anzjani? Jistgħu jingħataw ċifri għal kull day centre separatament?
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tingħata t-tarmac il-bqija tat-Triq il-Mensija f'San Ġiljan li tinsab in-naħa ta' ġewwa taħt il-Pont Reġjonali fejn qed jgħixu fi tbatija għadd ta' familji minħabba t-triq maqlugħa, l-iżjed familja li għandha tifel diżabbli u li l-vann ta' l-iskola qed tirrifjuta li tidħol għalih minħabba t-triq maqlugħa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport qegħda tfassal programm ta' xogħolijiet mall-pajjiż kollu u filwaqt, fil-preżent għaddej xogħol ieħor estensiv f'San Ġiljan. Ix-xogħol biex titwessa it-triq isir skond il-prijoritajiet ta' dan il-programm. Sadanittant il-periti ta' l-Awtorita sejrin immorru jagħmlu survey ta' l-area.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tinkesa Triq Brydone f'San Ġiljan li ilha s-snin tistenna biex issir u għadd ta' familji ilhom is-snin jgħixu bil-faċċata tad-dar fit-trab u t-triq maqlugħa biex jaslu fi djarhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm. Sadanittant il-periti ta' l-Awtorita sejrin imorru jagħmlu survey ta' l-area.
Peress li wasluli rapporti ta' ħsarat serji fl-istruttura ta' l-iskola primarja tal-Mellieħa, jista' il-Ministru jivverifika n-natura ta' dawn il-ħsarat u jekk jirriżulta li hemm bżonn it-tiswijiet fil-bini jgħid meta se ssir din it-tiswija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li rapport li sar mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada f'Novembru tas-sena l-oħra, kien jindika xi ħsarat fil-blajjet ta' fuq it-twieqi tal-faċċata. Madankollu, dawn il-ħsarat ma jaffetwawx l-istruttura ta' l-iskola.
Minn dak iż-żmien l'hawn, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ħarġet tender għal bdil ta' dawn il-blajjet, li fil-preżent qiegħed jiġi pproċessat.
Jista' il-Ministru jgħid min għandu l-kuntratt biex iġorr it-tfal tal-kindergartenlejn l-iskejjel primarji tar-Rabat, Malta? Jista' jgħid x'tip ta' karozza juża għal dan il-ġarr? Jirriżulta li qed tintuża karozza bil-bieb miftuħ u li t-tfal jinġarru ma' tfal ta' eta' ikbar minnhom? Min kellu l-kuntratt qabel u x'tip ta' karozza kien juża u x'inhuma r-raġunijiet li dan il-kuntrattur m'għadux jitħalla jġorr tfal tal-kindergarten?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kuntrattur li jġorr tfal tal-kindergarten lejn l-iskola Primarja tar-Rabat huwa l-Public Transport Association. Il-karozzi li jintużaw huma xarabanks li jintużaw għall-ġarr tal-passiġieri (tal-linja). Kienu qed jintużaw xarabanks li xi wħud minnhom kellhom bibien u oħrajn li ma kellhomx. It-tfal tal-kindergarten qed jinġarru ma' tfal li jattendu l-Iskola Primarja A tar-Rabat jiġifieri ma' tfal ta' eta' bejn ħames u seba' snin.
Informat ukoll li l-għaqda tal-Mini Buses kienet tipprovdi s-servizz flimkien mal-Public Transport Association. Ir-raġuni li tneħħiet il-Mini Bus kien minħabba l-fatt li xarabank hija biżżejjed għan-numru ta' tfal li jeħtieġu s-servizz.
Ninsab informat li sar arranġament biex it-tfal li jattendu l-iskola A tar-Rabat (jiġifieri tal-kindergarten u tfal bejn ħames u seba' snin) jitwasslu bix-xarabank tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li għandha il-faċilita' ta' bibien li jingħalqu.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li din is-sena jidħlu 30 biss għall-kors tan-Nursing fil-livell tad-diploma meta s-soltu jitħallew jidħlu 120? Għaliex lill-istudenti li għaddew mill-eżamijiet tal-Kulleġġ Madre Tereża l-ewwel qalulhom li se jdaħħluhom imbagħad għarrfuhom li mhux se jdaħħluhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat mill-Universita' (IHC) li d-deċiżjoni għan-numru limitat ta' l-istudenti għall-kors tan-nursing fil-livell ta' Diploma ittieħdet wara diversi laqgħat u diskussjonijiet li saru matul dawn l-aħħar snin. Informat li fost il-fatturi li ġew konsiderati hemm il-fatt ta' l-ammont kbir ta' studenti tan-nursing (550) li qed jistudjaw fl-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa, u l-pariri akkademiċi li ngħataw mill-eżaminaturi esterni li n-numru kbir ta' studenti li qed jistudjaw ġewwa l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa, għandu effett negattiv fuq l-istaff student ratio u n-numru ta' placements li huma disponibbli għal dawn l-istudenti biex kull wieħed u waħda minnhom ikopru 2,200 siegħa biex jotjenu r-reġistrazzjoni ta' infermiera.
Għar-rigward tat-tieni mistoqsija, informat li f'dawn l-aħħar snin l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa, permezz taċ-Chairman u d-Direttur, dejjem kien qrib il-Prevocational School u f'diversi laqgħat mal-Kapijiet u l-Għalliema ta' din l-iskola, kif ukoll fil-preżenza ta' uffiċjali għolja mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, ġie diskuss u anke miftiehem li l-istudenti tal-Prevocational School kellhom jiġu preparati għall-eżamijiet nazzjonali (Sec) biex b'hekk jinfetħu l-orizzont għal dawn l-istudenti u ma jibqgħux jiġu ppreparati biss għad-dħul fil-korsijiet tad-Diploma offruti mill-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa.