B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7094 li ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu għas-servizzi tagħhom il-konsulenti, tekniċi u esperti l-oħra u l-avukati Belġjani u Maltin li kienu nvoluti fit-transazzjoni tax-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba għal din il-Mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Accounts Committee.
Jista' il-Ministru jgħid skond id-dipartiment kemm kien il-volum tat-trobbija tat-tjur tas-simna fl-ewwel disa' xhur tas-sena u cioe' għall-perjodu ta' bejn Jannar u Settembru? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tad-dulliegħ xahar b'xahar matul din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mal-ammont minn Lulju 2002 lil hawn, wqieħed irid iżid ukoll is-sussidju li jagħti l-gvern fuq id-dulliegħ biex jifhem aħjar id-dħul reali li jieħu l-bidwi
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-patata xahar b'xahar matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mal-ammont minn Lulju 2002 lil hawn, wieħed irid iżid ukoll is-sussidju li jagħti l-gvern fuq il-patata biex jifhem aħjar id-dħul reali li jieħu l-bidwi
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'mekkaniżmu ta' verifika juża d-dipartiment sabiex jassigura li l-informazzjoni li tintbagħat lid-dipartiment ta' l-istatistika dwar il-biegħa dikjarata mill-pitkala fil-pitkalija ċentrali tkun iddaħħlet verament?
Jista' jgħid min huma l-uffiċjali li jivverifikaw dan il-mekkaniżmu u x'sistema jużaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għandu skrivani li jirrikordjaw il-biegħa tal-pitkala u ssir rikonċiljazzjoni (verifika) sa erbgħa u għoxrin siegħa wara.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tat-tadam xahar b'xahar matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Jista' il-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mal-ammont minn Lulju 2002 lil hawn, wieħed irid iżid ukoll is-sussidju li jagħti l-gvern fuq t-tadam biex jifhem aħjar id-dħul reali li jieħu l-bidwi
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju ta' l-għeneb matul l-istaġun ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mal-ammont minn Lulju 2002 lil hawn, wieħed irid iżid ukoll is-sussidju li jagħti l-gvern fuq l-għeneb biex jifhem aħjar id-dħul reali li jieħu l-bidwi.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' rape jew indecent assault din is-sena? Fejn saru dawn ir-reati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 ġew irrapurtati lill-Pulizija 6 każi ta' stupru, filwaqt li kien hemm 31 każ ta' attentant għall-pudur. Dawn ġew irrapurtati li seħħew f'dawn il-lokalitajiet:
Birkirkara
Marsascala
Rabat (Għawdex)
Swieqi
Floriana
Mellieħa
San Ġiljan
Valletta
Għaxaq
Msida
San Ġwann
Xgħajra
Gżira
Pieta'
San Pawl il-Baħar
Żabbar
Ħamrun
Qrendi
Sliema
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti għax saqu taħt l-effett esaġerat ta' alkoħol u/jew droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004, kien hemm 78 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol. Minn dawn 36 irriżultaw fil-pożittiv, filwaqt li 42 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut. F'kull każ qed jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti li normalment jinbiegħu minn spiżeriji li llum għandhom VAT fuqhom u li s-sena l-oħra ma kellhomx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prodotti li normalment jinbiegħu minn spiżeriji li llum għandhom Value Added Tax fuqhom u li s-sena l-oħra ma kellhomx, huma dawk il-prodotti farmaċewtiċi li jinsabu elenkati fit-Tmien Skeda tal-liġi tal-Value Added Tax bir-rata ta’ 5% kif ukoll dawk l-oġġetti speċifikati fl-Ewwel Skeda fit-tariffa tad-Dwana li tinsab ma’ l-Att dwar id-dazji ta’ importazzjoni taħt dawn l-HS codes.
9018
9019
9025.11.91.00
9402.10.00.10
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn spiżeriji llum? Kemm hawn applikazzjonijiet pendenti? Il-gvern beħsiebu jilliberalizza dan is-settur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hawn 214 spiżeriji liċenzjati f'Malta u Għawdex, li 8 minnhom huma spiżeriji veterinarji.
Jeżistu sa' llum 337 l-applikazzjoni għal spiżeriji ġodda.
Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija ninforma li bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet sabiex jinħarġu r-regolamenti għall-liċenzjar ta' l-ispiżeriji.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew maqbuda tajr u għasafar sena b'sena kif dikjarat mill-kaċċaturi u nassaba skond il-Carnet de Chasse? X'tip kienu l-għasafar maqbuda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li r-riżultati li nkisbu mill-carnet de chasse huma hekk kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra :
2001: fuq sample meħuda minn National Statistics Office, dawn ħarġu l-figuri ta’ l-għasafar li nqabdu. Dettalji tagħhom qiegħdin għand l-uffiċċju ta’ l-Istatistika.
2002: Wara li ġie ddisinjat software, it-tagħrif kollu li nġabar mill-carnet de chasse ġie mdaħħal f’ dan is-software u r-riżultati tiegħu huwa dan li jidher hawn taħt.
2003: Din l-istatistika għadha qed tinġabar wara li l-kaċċaturu u n-nassaba jeħduhom lill-Għaqda tagħhom rispettivament, u għalhekk din ma tistax tingħata għalissa.
Meta tieħu flimkien il-gradi ta' Senior Analysts, Co-ordinators, Managers, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer, jista' il-Ministru jgħid x'persentaġġ huma dawn tat-total ta' l-impjegati kollha tal-Malta Enterprise?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li t-total ta' l-impjegati kollha mal-Malta Enterprise huwa ta' 95.
Total tal-gradi msemmija i.e. Senior Analysts, Co-ordinators, Manager, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer, huwa ta' 38.
Il-persentaġġ ta' dawn il-gradi, huwa għaldaqstant ta' 40% ta' l-impjegati kollha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawk li għandhom grad ta' Senior Analysts, Co-ordinators, Managers, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer ma kenux impjegati ta' l-MDC, L-IPSE u METCO qabel ma ġew impjegati mal-Malta Enterprise?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kemm minn dawk li ma kienux impjegati ta' l-MDC, IPSE u METCO qabel ma ġew impjegati ma' Malta Enterprise, kellhom esperjenza ta' mhux inqas minn sena fil-qasam ta' l-investment promotion jew trade promotion?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li f'din l-area ta' l-Investment/Trade Promotion, m'hemm ħadd ġdid. L-impjegati ta' l-M.E ġew mill-M.D.C. jew l-METCO.
Jista' il-Minsitru jgħid x'inhi l-ispiża totali għas-salarji ta' l-ogħla erba' gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ispiża totali għas-salarji ta' l-ogħla erba' gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ) hija ta' Lm460,323.
Jista' il-Ministru jgħid x'persentaġġ hija l-ispiża tas-salarji ta' l-ogħla erbgħa gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ.) ta' l-ispiża totali tal-Malta Enterprise fuq pagi u salarji?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ispiża tas-salarji ta' l-ogħla erbgħa gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ.) ta' l-ispiża totali tal-Malta Enterprise fuq pagi u salarji hija ta' 52%.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il impjegat tal-Malta Enterprise jirċievi sew salarju f'Malta u sew allowances talli hu bbażat barra minn Malta u għal xiex jammontaw b'kollox dawn l-allowances?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Malta Enterprise għandha impjegat wieħed li qed jirċievi salarju f'Malta u allowance ta' LM6,240 fis-sena talli qiegħed barra minn Malta.
Sixth Framework Programme — National Contact Points
Question
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7461?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-lista ta' nies li qed iservu ta' National Contact Points (NCPs) fuq is-Sixth Framework Programme (FP6) li ġejjin mill-kamp akkademiku, mis-settur pubbliku u minn dak industrijali ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-NCPs jintgħażlu abbażi ta' għarfien tas-settur patikolari kif ukoll ta' kompetenza fil-kommunikazzjoni. Mhux mitlub li min jokkupa din il-kariga jkollu esperjenza diretta fis-suġġett, għalkemm din tgħin. Dawk li jintgħażlu jingħataw taħriġ mill-Kummissjoni Ewropea u anki mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tinkludi persuni mill-kamp akkademiku, mis-settur pubbliku u minn dak industrijali.