Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu nies fl-istpar San Luqa u l-isptarijiet governattivi u privati fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Jista' jindika liema kien l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' nies li mietu fl-Isptar San Luqa u l-isptarijiet governattivi u privati fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, u l-ewwel tmien xhur ta' 2004 f'residenti ta' Malta u ghawdex hija kif ġej:
Numru ta' Mwiet Matul is-Snin:
Sptar
2000
2001
2002
2003
2004 (Jan - Aug)
St. Luke's
1450
1493
1602
1647
1086
Gozo General
191
182
153
198
134
Boffa
117
116
121
120
89
Zammit Clapp
68
72
70
85
43
Mount Carmel
21
21
16
24
13
St. James (+ Capua)
29
30
36
35
19
St. Philips
11
2
4
4
1
Mwiet fl-Isptarijiet
1887
1916
2002
2113
1385
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati mwiet fl-isptar Karen Grech ta' tfal taħt is-16-il sena fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' tfal taħt is-16 il sena li mietu fl-Isptar San Luqa fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u l-ewwel tmien xhur ta' 2004 f'residenti ta' Malta u Għawdex hija kif ġej:
Sena
Numru ta' Tfal (0-15 yrs) li mietu San Luqa
2000
35
2001
22
2002
32
2003
27
2004 (Jan-Aug)
23
Total
139
Peress illi l-Greenpeace qed issostni li Malta hija t-tieni pajjiż li qed tikkontribwixxi għal skart tossiku fid-dinja bħala riżultat ta' żmantellar u bastimenti, jista' il-Ministru jgħid jekk għamilx verifiki sabiex jinvestiga jekk dan huwiex minnu? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega jekk dan huwiex inkwetanti għalih u x'miżuri beħsiebu jieħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ġimgħa l-oħra fil-laqgħa tal-Marine Environment Protection Committee, ta' l-organizazzjoni Marittima Internazzjonali d-delegati, li fosthom kien hemm Malta, qablu li jiġi żviluppat taħt l-awtorita' ta' l-istess organizazzjoni, strument applikablli mad-dinja kollha li permezz tiegħu jkunu jistgħu jittieħdu miżuri effettivi u legali biex jiġi kkontollat ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.
Fil-fatt fl-istess laqgħa sar working group, li fiħ Malta wkoll kienet rappreżentata, li minnu ħarġu rakkomandazzjonijiet li fl-istrument legali, probabilment Konvenzjoni Internazzjonali, iridu jiġu kkunsidrati oqsma differenti li jinkludu fosthom l-kontroll fuq ħruġ ta' liċenzji għall-faċilitajiet ta' riċiklaġġ u obbligu fuq is-sidien tal-bastimenti li jużaw biss faċilitajiet liċenzjati, sistema ta' informazzjoni fuq bastimenti destinati għat-tqattiegħ u sistema ta' kuntratti għal dan it-tip ta' xogħol biex jiġi kkontrollat l-element ta' skart tossiku u materjal perikoluż ieħor.
Aħna beħsiebna naħdmu fuq din l-inizjattiva Marittima Internazzjonali, li għandha l-appoġġ ta' l-industrija u ta' movimenti ambjentali, għax nemmnu kif naħseb li jemmen l-Onor. Interpellant, li l-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi kkontrollat xogħol konness mal-bastimenti li jispiċċaw għat-tqattieħ iridu jittieħdu fuq bażi ta' kooprazzjoni internazzjonali jekk irridu naslu x'imkien.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex qed jimplimenta r-regolamenti 259/93 ta' l-Unjoni Ewropea u jagħti d-dettalji?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-regolament 259/93 ta' l-Unjoni Ewropeja jirreferi għas-superviżjoni u kontroll ta' ġarr ta' skart fl-Unjoni Ewropeja kif ukoll barra minnha. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jispjega u jgħid jekk l-awtoritajiet konċernati jinsistux li jkunu nformati u notifikati bil-post ta' destinazzjoni tal-bastimenti u dan sabiex isir kontroll aktar effettiv fuq fejn u kif qed jiġu żmantellati l-bastimenti?
Jista' il-Ministru jinnota li fil-preżent hemm preokkupazzjoni kbira mil-lat ambjentali fi sfond internazzjonali u Ewropew dwar il-kwestjoni ta' żmantellar ta' bastimenti li jġorru bandiera Maltija?
Jaħseb il-Ministru li jista' ikun għall-benefiċċju tat-tarznari Maltin li jibdew joffru tali servizz u jiżufruwixxu ruħhom mill-bżonn li qed jinqala' li jkun hemm ċentru fejn jiġu żmantellati bastimenti b'mod regolat?
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx studju rigwardanti l-potenzjal li jibda jsir dan ix-xogħol f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
B'referneza għal Mistoqsija Parlamentari numru 7902, l-industrija tax-shipbreaking sa issa kienet ikkunsidrata bħala waħda li toħloq danni kbar għall-ambjent. Jidher li qed jikber l-interess minn regolaturi marittimi biex tarznari Ewropej jinvestu f'metodi ta' xogħol biex ix-shipbreaking isir anqas ta' dannu għall-ambjent. Madankollu, s'issa din l-industrija għadha ma qabditx art fl-Ewropa. It-Tarzna Maltija qed issegwi dak li qed jiżviluppa f'dan ir-rigward biex tara x'opportunitajiet jistgħu jinħolqu għal xogħol ġdid .
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W118 u għar-risposta relattiva mogħtija fis-27 ta' Settembru 2004, jista' il-Viċi Prim Ministru jinnota li jista' ikun li għandu informazzjoni żbaljata peress li nista' nassigurah li jeżisti imputat - id-dettalji ta' dan l-imputat jiena qed ngħaddihom separatament - li kien tressaq il-qorti fis-6 ta' Frar, 1989 u li l-każ tiegħu jinsab pendenti quddiem il-maġistrat Joseph Apap Bologna?
Jista' ġentilment iforni l-informazzjoni rikjesta?
Response (BORG, TONIO)
Wara li l-Onor. Interpellant għadda l-informazzjoni korretta dwar l-individwu, jirriżulta li din il-kawża tinsab għas-sentenza quddiem l-imsemmi Maġistrat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-livell tat-triq magħrufa Ta' Buqana (taħt l -Imdina sejjer lejn il-Mosta) inbidel u ġie mgħolli 'il fuq bil-konsegwenza li r-residenti f'din it-triq se jsibuha diffiċli jidħlu fil-proprjeta' tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi il-livelli tat-triq imsemmija ġew ikkoreġuti minħabba:
(1) maqgħad quddiem ir-razzett ta' Buqana, li l-iktar parti tat-triq ġiet mgħollija 9 cm.
(2) in-naħa tar-residenzi, il-livelli tat-triq ġew mgħollija biex it-triq ikollha il-pendil għad-drenaġġ ta' l-ilma tax-xita skond l-ispezzifikazzjonijiet tad-disinn u bini ta' toroq.
Għalkemm dawn il-livelli tat-triq ġew mgħollija, dawn huma l'isfel mill-livell tal-qatran ta' dawn id-djar.
Pjanta ta' din il-parti ta' din it-triq se titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm ingħataw sensji lil nisa u rġiel tul ix-xhur ta' Awissu u Settembru 2004, xahar b'xahar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-lista ta' nisa u rġiel li ngħataw is-sensja tul ix-xhur ta' Awissu u Settembru 2004, xahar b'xahar hu hekk :
Sensji Irġiel Nisa Total
Awissu 2004 114 44 158
Settembru 2004 151 27 178
Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva li saret mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Mill-passiġġieri li jidħlu fuq vapuri li jżuru l-Port il-Kbir, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom huwa stmat li jinżlu l-art? Qatt sar xi studju dwar ir-raġuni għaliex ma jinżlux iżjed l-art? Jekk sar, x'irriżulta? Jekk ma sarx, jista' jara li jsir biex wara jittieħdu l-passi meħtieġa biex inkabbru l-għadd ta' passiġġieri li jinżlu l-art u jżuru lil pajjiżna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni li toħroġ minn sample survey li sar mill-VISET din is-sena jirriżulta li 50% tal-passiġġieri abbord jagħżlu li jorganizzaw iż-żjarat tagħhom f'Malta permezz ta' excursions organizzati, 40% oħra jiżbarkaw u jagħmlu l-arranġamenti tagħhom, filwaqt li l-bilanċ ta' 10% jagħżlu li jibqgħu abbord il-vapur.
Din l-informazzjoni għandha tittieħed biss bħala indikattiva, għaliex saret biss fuq erba' vapuri, li kienu qegħdin iġorru total ta' 9,297 passiġġieri, li jirappreżentaw madwar 1% through put totali għal Malta għal din is-sena.
Matul ix-xhur tas-sajf, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jnaddfu l-bajjiet differenti ta' pajjiżna? Kemm tħallsu tax-xogħol li għamlu? Tħallsu tax-xogħol kollu jew għadhom ma ħadux il-ħlasijiet kollha dovuti? Kemm hemm ħlasijiet dovuti? Meta se jitħallsu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li jnaddfu l-bajjiet differenti ta' pajjiżna huwa ta' 90 persuna.
Dawn huma kollha ħaddiema tal-Gvern li dejjem tħallsu s-salarju tagħhom.
Jekk l-Onorevoli interpellant qed jirreferi għal ħlas ta' xi overtime qed jittieħdu passi biex l-overtime dovut jitħallas sa l-aħħar tas-sena.
Jista' il-Ministru jgħid bajja bajja, min għandu l-kuntratt biex inaddafha u f'kull każ kemm tħallas s'issa kull kuntrattur tat-tindif bajja bajja?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Irrid ngħid li dan il-ħlas hu għal makkinarju li jintuża biex jitnaddfu il-bajjiet u biex jinġarr l-iskart miġbur minn fuq il-bajjiet mill-beach cleaners tad-Dipartiment tat-Turiżmu.
Tista' il-Ministru tgħid jekk matul l-aħħar xhur kellhiex laqgħat ma' imprendituri Taljani dwar proġetti tat-tkabbir tat-tadam fis-serer f'Għawdex u fejn wasal dan il-proġett u jekk hemmx xi problemi partikolari biex dan il-proġett iseħħ u x'inhuma dawn il-problemi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret laqgha ta' introduzzjoni ma' imprendituri Taljani li talbu informazzjoni dwar il-possibilita' ta' tkabbir tat-tadam fis-serer. Ma hemm l-ebda problema partikolari sabiex isehh dan il-progett kemm-il darba l-imprendituri jiddeciedu li jridu jwettquh u jsegwu l-proceduri necessarji.
Tista' il-Ministru tgħid f'liema oqsma u fuq liema proġetti se jintnefqu l-fondi ta' l-Unjoni Ewropea f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sallum issottomettew tletin applikazzjoni għall-proġetti li jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Taħt il-Fond ta' Pre-adiżjoni l-Ministeru ssottometta sitt applikazzjonijiet u dawn kollha ġew approvati.
Tmien applikazzjonijiet għall-proġetti saru taħt il-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali li minnhom s'issa ġew approvati erbgħa u l-erbgħa l-oħra qegħdin għall-kunsiderazzjoni tal-gvern.
Erba' applikazzjonijiet saru taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Dawn kollha ġew approvati.
Applikazzjoni waħda saret taħt il-Fond ta' Koeżjoni li qiegħda għall-kunsiderazzjoni tal-gvern.
Tliet applikazzjonijiet saru taħt l-EEA/Norway Fund. Dawn qegħdin għall-kunsiderazzjoni tal-gvern.
Il-Ministeru għal Għawdex ssottometta ukoll seba' applikazzjonijiet taħt il-Faċilita' ta' Tranżizzjoni iżda dawn ma ġewx approvati.
Taħt il-Fond ta' Solidarjeta' il-Ministeru għal Għawdex issottometta applikazzjoni li ġiet approvata.
Irrid ngħid li l-Ministeru kien irnexxielu jġib il-fondi Ewropej għall-proġett tat-Trattament tad-Drenaġġ, l-uniku proġett infrastrutturali li għalih Malta ngħatat għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea taħt il-fond ta' Pre-adiżjoni.
Dipartiment tas-Saħħa — Persuni li mietu bil-kanċer
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-kanċer mill-1 ta' Lulju, 2004 sal-lum u kemm kellhom eta'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm 123 persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul Lulju u Awwissu tas-sena 2004, f'residenti ta' Malta u Għawdex, skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. L-etajiet tagħhom hija kif ġej:
Etajiet
Numru ta' Mwiet
0-14
0
15-24
0
25-34
1
35-44
2
45-54
11
55-64
24
65-74
40
75-84
37
85+
8
Total
123