Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Biedja u Sajd — Impjegati Ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali ġodda u ħaddiema ġodda li ngħataw impjieg mad-dipartiment tal-biedja u s-sajd lokali matul din is-sena? F'liema livell u grad, u kemm minnhom huma Maltin u kemm barranin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Membru mitlub jinnota li llum ma jeżistix aktar "Dipartiment tal-Biedja u s-Sajd" għaldaqstant nitolbu jispeċifika preċiżament għall-liema dipartiment/i qed jirreferi.

Għammieri — Farm Esperimentali - Produzzjoni Agrikola Organika

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi programm ta' esperimentazzjoni fuq produzzjoni agrikola organika ġie mħejji fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri? Liema kienu l-varjetajiet u x'livell inkiseb?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-Farm ta' l-Għammieri saru żewġ esperimenti din is-sena, wieħed bit-tadam ċatt fis-serra, u l-iehor kien prova ta' paragun bejn it-tkabbir tal-qarabagħli b' metodi konvenzjonali u dawk b' metodi organiċi. Il-livell kien pożittiv.

Produzzjoni Agrikola Organika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa u uffiċjali tad-dipartiment li matul l-ewwel disa' xhur tas-sena tħarrġu fuq il-produzzjoni agrikola organika? Kemm minnhom kienu Għawdxin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' bdiewa u uffiċċjali tad-Dipartiment li tħarrġu fuq il-produzzjoni agrikola organika kien ta' erbghin bidwi (fosthom 7 Għawdxin) u 7 uffiċċjali tal gvern.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jagħtina breakdown tas-safar tal-ministeru u ta' l-uffiċjali tad-dipartiment li sar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena separatament, biedja, sajd, żvilupp rurali u ambjent? Jista' jinformana wkoll bl-ispiża involuta għas-safar matul l-istess perjodu u kemm minnha tħallas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' Seduta oħra.

Bomb Hoaxes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

S’issa, din is-sena, is-sezzjoni tal-Bomb Disposal ta’ l-Armata ġiet imsejħa darba biss fuq każ ta’ Bomb Hoax. Din irriżultat fin-negattiv. Il-post kien fil-Qala, Għawdex.

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ma' l-Air Malta llum? Kemm kien hemm fil-bidu tas-sena? X'sar mid-differenza? Xi grad kellhom dawk li telqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ħaddiema ta' l-Air Malta f'Ottubru 2004 kienu jgħoddu 1799, fil-waqt li fil-bidu tas-sena 2004 il-ħaddiema kienu jgħoddu 1877. Differenza ta' 78 impjegat. B'kollox telqu mill-Kumpanija 79 impjegat imqassmin kif ġej - Boarded Out 57 Mietu 3 Irriżenjaw 7 Irtiraw biż-żmien 8 Skema ta' irtirar kmieni 4 Total 79 Naħa l-oħra wieħed irid jikkonsidra l-ingaġġ ta' Chief Officer Human Resources and Corporate Services bħala parti mill-eżerċizzju ta reorganiżżazzjoni tat-Top Management. L-impjegati li telqu bl-iskema tal-Boarding Out jitqassmu hekk - Klerikali 32 Industrijali 17 Eżekuttivi 8 L-iskema ta' irtirar kmieni issa ġiet effettiva għall-uffiċċjali fil-gradi ta' Group Head u Head, li minn dawn telqu 3 u 1 rispettivament.

Dħul mill-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern mill-VAT din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul gross miġbur mill-Value Added Tax bejn Jannar u Settembru 2004 kien ta’ Lm116,015,969. Is-somma ta’ Lm18,595,908 tħallset lura f’refunds fl-istess perjodu għal dħul nett ta’ Lm97,420,061.

Qrati — Nassaba/Kaċċaturi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu kaċċaturi u/jew nassaba l-qorti din is-sena? Għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 tressqu 376 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).

Ambjent — Għasafar/Ħlejjaq oħra

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema annimali, għasafar jew ħlejjaq oħra waqgħu taħt il-kustodja tad-dipartiment ta' l-ambjent din is-sena? X'tip kienu? Kemm minn dawn mietu, kemm intelqu wara li fiequ u x'sar mill-oħrajn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif kelli l-opportunità nispjega lill-Onorevoli Membru, fir-risposta tiegħi għad-domanda parlamentari tiegħu numru 5687, f’ Marzu ta’ l-2002 id-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent, sar Direttorat fi ħdan l-Awtorita' ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Kif ukoll, ġie spjegat dak inhar stess li, mill-1997, id-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent ma żamm u mhu qed iżomm l-ebda annimal ferut jew ikkonfiskat.

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn l-impjegati tal-Malta Enterprise li jirċievu sew salarju f'Malta u sew allowances talli huma bbażati barra minn Malta huma nklużi fil-gradi ta' Heads u Managers?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-impjegat tal-Malta Enterprise li jirċievi salarju kemm f'Malta kif ukoll allowances talli huwa bbażat barra minn Malta, qiegħed fil-grad ta' Manager.

Ex impjegati MDC/IPSE/METCO

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawk li kienu impjegati ta' MDC, IPSE u METCO u li ma ġewx integrati mal-Malta Enterprise għadhom ma nstabilhomx xogħol ieħor produttiv u permanenti u għadhom jiddependu minn xi qasam ieħor tal-gvern jew minn xi kumpannija li tagħha l-gvern huwa shareholder ewlieni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga u jara għaliex studenti li għamlu r-resits tal-MATSEC irċevew fuq SMS li weħlu mill-eżamijiet u ftit wara rċevew li dan kien żball? Kemm kienu dawn l-iżbalji?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li l-Ġimgħa , 24 ta' Settembru 2004, meta l-operaturi tas-sistema li tibgħat r-riżultati tal-MATSEC bl-sms kienu qed jiċċekkjaw is-sistema xi jiem qabel ma kellhom jintbagħtu r-riżultati ta' Settembru, bi żball huma bagħtu xi riżultati ta' Mejju lil kandidati li kienu qagħdu għall-eżami taċ-Ċertifikati tal-Matrikola. B'kollox intlaqtu xi 500 kandidat. Fil-pront dawn il-kandidati kienu avżati biex jinjoraw l-sms li kienu rċevew u li r-riżultat ta' Settembru kellhom joħorġu kmieni l-ġimgħa ta' wara. Fil-fatt ir-riżultati nbgħatu t-Tlieta, 28 ta' Settembru 2004 kif kien ippjanat minn qabel.

Skejjel ta' l-istat/skejjel tal-knisja — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel ta' l-istat fil-livell primarju u sekondarju ? Kemm hemm fil-livell ta' kindergarten? Jista' jagħti l-istess figuri għall-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk : Fil-livell Numru ta' studenti Numru ta' studenti Numru ta' studenti fl-Iskejjel ta' l-Istat fl-Iskejjel tal-Knisja fl-Iskejjel Indipendenti Primarju 18,554 7,392 4,294 Sekondarju 18,306 7,656 2,334 Kindergarten 4,620 1,448 1,901

Skejjel — Studenti fil-livell ta' Sixth Form

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-livell ta' Sixth Form li qed jattendu l-iskejjel ta' l-ista, l-iskejjel tal-knisja u skejjel indipendenti? Kemm huma subien u kemm bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li fil-livell tas-Sixth Form, fl-iskejjel ta' l-Istat qed jattendu hekk : Subien: 2091 Bniet: 3078 Total: 5169 fl-iskejjel tal-Knisja qed jattendu hekk : Subien: 167 Bniet: 162 Total: 329 fl-iskejjel Indipendenti qed jattendu hekk : Subien: 39 Bniet: 28 Total: 67

MCAST — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' studenti li qed jattendu l-MCAST? Jista' jgħid kemm qed jattendu għal kull kors u kemm kienu dawk li applikaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li jattendu l-MCAST u l-applikazzjonijiet li nġabru fl-ewwel sejħa huma hekk : Institute Populazzjoni Applikazzjonijiet li nġabru fl-ewwel sejħa Institute of Information and Communication Technology 560 504 Institute of Business & Commerce 780 640 Institute of Building & Construction Engineering 481 243 Institute of Electrical and Electronics Engineering 575 287 Institute of Community Services 407 525 Agribusiness Institute 45 27 Institute of Mechanical Engineering 314 184 Institute of Art & Design 266 158 Maritme Institute 41 13 Gozo MCAST Centre 173 121 Totali 3642 2702

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kapijiet ta' skejjel, assistenti kapijiet u għalliema separatament li huma mistennija jirtiraw matul din is-sena skolastika? F'liema livell huma impjegati bħalissa? L-għalliema huma kollha intitolati li jirtiraw tliet xhur qabel jilħqu l-eta' ta' 60 sena fil-każ ta' nisa u 61 sena fil-każ ta' l-irġiel u dan bi ħlas ta' paga sħiħa? Din tapplika għall-għalliema fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Dettalji dwar kemm hemm kapijiet ta' skejjel, assistenti kapijiet u għalliema u f'liema livell huma mpjegati bħalissa li huma mistennija jirtiraw matul din is-sena skolastika, ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li fl-iskejjel tal-Knisja kollha, bħal dawk ta' l-iskejjel Statali, huma ntitolati għall pre-retirement leave, kemm jekk jirtiraw ta' 60 sena kif ukoll jekk jirtiraw ta' 61 sena u b'paga sħiħa. L-ammont ta' pre-retirement leave jiddependi minn kemm ikunu utilizzaw is-sick leave u minn numru ta' snin servizz. Il-massimu ta' pre-retirement leave hu ta' tlett xhur. Informat ukoll li l-iskejjel Indipendenti għandhom arranġamenti differenti, skond il-kuntratti li jkollhom ma' l-għalliema jew bħala gruppi.

Segretarjat privat tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni — Vetturi u mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' vetturi u mobile phonesużati minn staff impjegat kemm fis-segretarjat privat tal-ministru kif ukoll mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni separatament? Kemm mill-vetturi huma mikrija u b'liema prezz? Min jużahom? Jista' jgħid ukoll kemm hu stmat li jiswew il-kirjiet tal-vetturi matul din is-sena finanzjarja? Rigward il-mobile phones, min huwa ntitolat biex jużahom u kemm hu stmat li jiswew il-kontijiet tagħhom matul din is-sena finanzjarja?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MEPA — Applikazzjonijiet għal Ċimiterji Ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm talbiet quddiem il-MEPA biex isiru ċimiterji ġodda? Min huma l-applikanti? Meta saret l-applikazzjoni? F'liema lokalita'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond is-sistema ta' l-informatika ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar (MEPA), l-Awtorita' għandha quddiema applikazzjoni waħda għal ċimiterju ġdid. Din hi l-applikazzjoni PA 2407/04. Id-dettalji li qed jintalbu mill-Onor. Interpellant huwa aċċessibbli għall-pubbliku minn fuq il-website u għaldaqstant ma jidhirlix li għandi nagħti din l-informazzjoni.

MEPA — Estensjoni taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx talba għall-estensjoni taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata u ċimiterji oħra quddiem il-MEPA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond is-sistema ta' l-Informatika ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), l-Awtorita' għandha żewġ applikazzjonijiet pendenti għall-estensjoni taċ-ċimiterji, waħda minnhom għaċ-ċimiterju ta' l-Addolorata.