Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri taħt l-Influwenza ta' Droga/Alkaħol
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li lejn l-aħħar ta' Mejju 2004 il-priġunieri f'diviżjoni partikolari kienu taħt l-influwenza qawwija ta' droga jew alkoħol? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-ebda perijodu tas-sena ma jirriżulta li f'xi diviżjoni partikolari l-priġunieri kienu instabu jew kienu taħt influwenza ta' droga jew alkoħol.
Jekk ikun il-każ, naċċerta lill-Onor. Interpellant li jittieħdu l-passi dixxiplinari kontra dawk involuti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li matul il-Christmas party tas-sena 2003 il-maġġoranza tal-priġunieri kienu fis-sakra? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-party tal-Milied tal-priġunieri jkun maqsum f'żewġ partijiet. L-ewwel parti hija dik ta' l-entertainment fejn jiġu mistiedna kantanti, għanejja u entertainers oħra. Dan idum għal madwar siegħa u nofs u ma jitqassam l-ebda tip ta' ikel jew xorb.
It-tieni parti hija dik fejn il-priġunieri jingħataw borża bil-ħelu u tazza minerali waqt li dawn ikunu fid-diviżjoni tagħhom.
Dan kollu jsir fil-preżenza ta' uffiċjali tal-ħabs SRT u membri tal-Bord tal-Viżitaturi.
Fir-rigward tal-party tal-2003, ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda rapport li xi priġunier kien fis-sakra kif allegat fil-mistoqsija.
MEPA — Talba għal storm water culvert f'Ħad Dingli
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx talba biex isir storm water culvert fi Triq il-Kbira, f'Ħad Dingli matul ix-xahar ta' Settembru 2004? Jekk fil-pożittiv, jista' jipproduċi kopja ta' l-applikazzjoni? Jista' jgħid min kienet il-kumpannija ta' periti li għamlet l-applikazzjoni u jekk intużax timbru uffiċjali tal-kumpannija f'din l-applikazzjoni? Jekk fil-pożittiv, jista' jipproduċi kopja ta' dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li saret notifika ta’ żvilupp Numru DN 694/04.
Il-perit ta' din in-notifika kien Charles Buhagiar A&CE għan-nom ta' Med Design Consultants, Hercules House, Saint Mark Street, Valletta.
It-timbru uffiċjali użat fil- formola ta' l-applikazzjoni huwa "MED design consultanta ltd, Hercules House, St Mark St., Valletta. VLT 09" filwaqt li t-timbru fuq il-pjanti huwa "MED DESIGN CONSULTANTS, Engineering + Cost Consultants, Hercules Hse., 2nd Floor, St. Mark Street - Valletta - VLT 09.
Minn-naħa l-oħra it - "Title block" fuq il-pjanta li turi d-disinn tal-"Culvert" huwa "MED design PERITI consultants, hercules house st mark street, valletta vlt 09, malta.
L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma tistax tipproduċi kopji ta l-applikazzjoni u pjanti sottomessi mill-applikant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inbiegħu u/jew ġew impurtati, sena b'sena, karozzi u muturi bejn l-2000 u l-2004 s'issa u jagħti informazzjoni maqsuma skond kull tip ta' karozza (inkluż buses u mini buses) u mutur relattiv?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Hawn taħt qed jingħataw d-dettalji ta' kemm inbiegħu u/jew ġew impurtati sena b'sena, karozzi u muturi bejn l-2000 u l-2004 s'issa skond kull tip ta' karozza (inkluż buses u mini buses) u muturi
PQ no. 7053
2000
2001
2002
2003
2004 sa 31/07/2004
Agricultural
72
67
111
104
88
Coaches
Nil
7
5
2
Nil
Commercial
1963
1692
1412
2136
1131
Garage Hire
90
116
69
68
56
Minibuses
27
16
29
20
23
Motor Cycles
751
778
847
1472
190
Passenger Cars
11573
9438
9525
10367
4790
Route Buses
2
4
4
109
2
Self Drive Cars
1485
534
490
684
522
Self Drive Motor Cycles
61
18
26
7
Nil
Taxis
26
22
15
9
8
TOTAL
16050
12692
12533
14978
6810
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati pleasure boats fis-sena 2004 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' boat u t-tul tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' pleasure boats reġistrati mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar t'Awissu 2004 huma dawn:
Small Ships' Register
Kategorija Taħt 1-4m 4m sa 6m 6m sa 8m
Motor 128 170 8
Sailing 2 1 1
W/O Engine 79 42 1
Total 206 213 10
Valletta Registered
Kategorija 6m sa 24m 'il fuq minn 24m
Dumb 22 Nil
Motor Ship 151 14
Sail & Motor 91 9
Sailing Ship 1 Nil
Total 265 23
B'riferenza għal-likwidazzjoni tal-BICAL u tal-kumpanniji assoċjati, jista' il-Prim Ministru jgħid: 1) kemm hu l-ammont ta' flus inkluż valutazzjoni ta' assi li għandu f'idejh il-likwidatur; 2) jekk huwiex maħsub li fil-futur qasir isirx ħlas ieħor lid-depożitanti tal-BICAL; 3) jistax il-Prim Ministru jagħti direttiva lil-likwidatur li għall-inqas darba fis-sena jippubblika l-kontijiet konsolidati tal-likwidazzjoni; u 4) kemm qed jitħallas il-likwidatur tal-BICAL?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-assi tal-BICAL u l-kumpaniji assoċjati jikkonsistu f’dawn:
Kontijiet fil-Banek: Lm
- Bank of Valletta Accounts 383,390
- HSBC Fixed Deposit Account 23,512
- Lombard Bank Accounts 508,030
Total ta’ Fondi Likwidi 914,932
Dan ma jinkludix il-flus tal-Malta & Europe Hotels Limited peress li hemm likwidatur ieħor appuntat, u lanqas jinkludi mmobbli li ma hemmx valutazzjoni korrenti tagħhom.
Huwa maħsub li fiż-żmien mhux twil il-BICAL u l-kumpaniji assoċjati jiġu definitivament likwidati biex kulħadd ikun jista’ jieħu dak li jistħoqqlu, fuq tali likwidazzjoni huwa maħsub li jkun hemm ħlas ieħor finali lid-depożitanti.
Il-kontijiet tas-soċjetajiet involuti jiġu sottomessi lill-Malta Financial Services Authority iktar spiss minn darba fis-sena.
Il-likwidatur tal-BICAL jitħallas bir-rata ta’ Lm35 fis-siegħa skond ix-xogħol li jkun involut, u dan skond kif deċiż mill-Malta Financial Services Authority.
B'riferenza għas-sena 2003 u għal perjodu Jannar sa Awissu 2004, tista' il-Ministru tkun daqstant ġentili u tgħid għal kull xahar kemm saru rikonoxximenti ta' kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni Enemalta għandhiex il-ħsieb li fil-futur tirranġa l-problema tad-dawl li hemm ħdejn l-entratura tal-klabb tar-regatta ta' l-Isla u li ilha mingħajr dawl sentejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li biex titjieb is-sitwazzjoni u l-vultaġġ fl-Area msemmija jissaħħaħ hemm bżonn li jinbidlu l-linji. Dan għandu jsir bħala parti mill-programm ta' rinfurzar tal-linji ta' tenzjoni baxxa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7093 li ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid meta ġie ffirmat kemm il-konvenju kif ukoll il-kuntratt innifsu dwar ix-xiri ta' Dar Malta? Min kienu n-nutara involuti? Kemm tħallsu tas-servizzi tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7096 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jagħti lista tal-proprjetajiet kollha li ġew ikkonsidrati mit-technical team li kien responsabbli għall-għażla ta' Dar Malta fi Brussels?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-lista ta’ proprjetajiet li ġew ikkonsidrati mit-technical team li kien responsabbli għall-għażla ta’ Dar Malta fi Brussels kienet inkluża fir-rapport li ppreżentajt lill-Public Accounts Committee.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7097 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku li ħejja dan it-technical team in konnessjoni max-xiri ta' Dar Malta fi Brussels? X'data jġib dan ir-rapport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.
Dar Malta fi Brussels — Bini ta' penthouse fl-istess bini
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7098 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux veru li f'xi stadju jew ieħor kien qed jiġi kkontemplat li jinbena pent house għar-rappreżentant permanenti Malti fl-istess bini ta' Dar Malta fi Brussels?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7099 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid b'mod speċifiku jekk l-Avukat Ġenerali ġiex ikkonsultat dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels u jekk iva, meta? Id-dipartiment ta' l-artijiet jew il-ministeru konċernat ġew ikkonsultati wkoll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7100 li oriġinarjament ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Contracts Committee tal-gvern ġiex ikkonsultat dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.
Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea għaliex se jkunu sussidjati, għolew saħansitra b'50c fil-kilo bħal fil-każ tal-ġobon cheddar?
Jista' jinformana x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat tal-prezzijiet ta' prodotti ta' l-ikel tal-ħajja ta' kuljum?
Jista' il-Prim Ministru jassigura lill-poplu li l-prezzijiet taċ-cheddar u ġobnijiet oħra mhux se jkomplu jogħlew aktar fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.
Jikkonferma l-Prim Ministru li filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista assigura lill-poplu li l-prezzijiet ta' ċerti prodotti ta' l-ikel mhux se jogħlew għaliex se jkunu sussidjati, dawn xorta għolew bħal fil-każ taz-zokkor?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża dan l-għoli esaġerat fil-prezz taz-zokkor?
Jista' jassigurana li l-prezz taz-zokkor ma jkomplix jogħla fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sussidju fuq xi prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista’ jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. Dan fih innifsu, ma jfissirx li għandu jkun hemm xi prezzijiet riġidi fis-suq.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati jvarja skond il-prezzijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq in ġenerali.
Jista' il-Ministru jinformana min se jkun responsabbli mit-tmexxija u l-ispejjeż li se jkun jinvolvi l-operat il-ġdid tal-grading u l-parking station li qed jiġi żviluppat f'Ta' Qali?
Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kalkoli finanzjarji li għandu d-dipartiment dwar kemm se tiswa flus it-tmexxija ta' l-operat ta' l-impjant imsemmi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ser titwaqqaf soċjeta’ tat-tmexxija tal-pitkalija li tinkludi rappreżentanti tal-Gvern, Pitkala u Bdiewa. Din is-soċjeta’ se tkun responsabbli, fost oħrajn, mill-amministrazzjoni tal-pitkalija. It-twaqqif ta' din is-soċjeta’ u l-finanzjament tal-operat diġa ġew diskussi bejn l-esperti Taljani tal-Ħames Protokol Taljan u l-uffiċjali tal-Ministeru, u fil-ġranet li ġejjin ser jiġu diskussi mar-rappreżentanti tal-bdiewa u pitkala.
Bl-operat ġdid fil-pitkalija l-ispejjeż għall-gvern m’ għandhomx ivarjaw minn dawk eżistenti għajr għal spejjeż ta' elettriku minħabba makni u cold storage.
Jista' il-Ministru jinformana jekk id-dipartiment irċeviex talbiet uffiċjali mill-għaqdiet tal-bdiewa u tal-biedja f'Malta u Għawdex sabiex jiġu applikati s-salvagwardji tal-biedja lokali li skond il-gvern ġew negozjati ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Ministeru ma rċieva ebda talba uffiċjali mill-għaqdiet tal-bdiewa f’ Malta u Għawdex sabiex tiġi applikata l-klawżola ta’ salvagwardja.