Matul l-aħħar sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema ta' l-Air Malta li telqu minn mal-kumpannija u mhux irtiraw biż-żmien? F'liema oqsma telqu f'kull każ? Kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'postijiet ġodda ġew mimlija fl-Air Malta fil-livelli ta' management f'dawn l-aħħar xhur? Liema huma dawn il-postijiet ġodda u min intgħażel biex jimlihom? Kemm minn dawn ġew minn barra l-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Air Malta ħabbret l-ħatriet tas-Senior Management fl-Lulju li għadda fejn ġew maħtura sitt (6) Chief Officers.
Il-ħatriet huma kif jidher hawn taħt -
Chief Officer Operations & Maintenance Mr Manuel Agius
Chief Officer Strategic Planning Mr Dominic Attard
Chief Officer Subsidiaries Mr Wilfred Borg
Chief Officer Finance Mr Alfred Lupi
Chief Officer International & EU Affairs Dr Catherine Tabone
Chief Officer Human Resources & Corporate Services Mr Adrian Coppini
Dawn il-ħatriet ġew mimlija nternament ħlief għall-pożizzjoni waħda dik ta' HR & Corporate Services.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi li għad fadal fil-ħruġ ta' visa għal dawk il-Maltin li jixtiequ jivjaġġaw lejn il-Libja? X'hemm ippjanat fil-ġimgħat li ġejjin biex jinħallu dawn il-problemi?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fl-aħħar żjara li saret fil-Libja minn delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Prim Ministru, n-naħa Maltija ressqet proposta ġdida dwar il-ħruġ tal-Visas, biex taġġorna l-ftehim eżistenti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qegħdin jingħataw flus f'sussidju għal djar ta' l-anzjani tal-privat dar dar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta' flus li ħallas id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena huwa kif ġej:
Care Malta Ltd.
Lm195,750.22 (Jannar-Settembru 2004)
Casa Serena
Lm 80,535.00 (Jannar-Awissu 2004)
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli li talbu li ssir laqgħa biex isir self ta' flus biex ikunu jistgħu jibnu uffiċini tal-kunsilli ġodda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandu żewġ talbiet minn Kunsilli Lokali biex jieħdu self. Dawn huma l-Kunsill taż-Żejtun u dak ta' Ħad Dingli.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal ħteġijiet marbuta ma' inkontinenza mill-1 ta' Lulju, 2004 sal-lum u minn liema lokalita' huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qiegħed jirreferi għal ħrieqi biss it-talbiet pendenti għal ħtiġijiet marbuta' ma inkontinenza hemm:
Lokalita'
Kwantita'
Attard
1
Floriana
1
Isla
1
Għargħur
1
Qrendi
1
Sliema
1
Żurrieq
1
Dawn it-talbiet da]lu matul ix-xahar ta' Settembru u Ottubru.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali fir-residenza San Vinċenz de Paule li talbu li ssirilhom maintenance tas-sala u x'kienet ir-risposta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni fis-swali ssir b'mod regolari kull fejn u meta jkun hemm bżonn u ssir skond il-kundizzjoni ta' l-istess swali. Tingħata priorita lil dawk is-swali li jkunu l-aktar fi bżonn ta' xogħol simili.
Tingħata wkoll kunsiderazzjoni jekk f'xi sala partikolari jkunx hemm ippjanat xi xogħol ieħor fil-futur qrib.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-limited liability companies li għandhom investiment tal-gvern? X'inhu kull investiment f'kull kumpannija u kemm timpjega persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta u minn min kienet magħmula ir-Rotos Ziraya? X'kien l-investiment tal-Gvern Malti? Kemm kien hemm impjegati sena b'sena sa l-għeluq tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid meta u minn min hi magħmula il-Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd? X'kien u x'inhu preżentement l-investiment tal-gvern? Kemm hemm impjegati u min hu l-bord tad-diretturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' il-Ministru tara x'jista' isir biex persuni jgħixu f'postijiet tal-gvern u huma bla xogħol jew paga baxxa, ma jibqax ikollhom kera taqbeż it-Lm350 fis-sena? Jista' jivverifika l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.
Jista' il-Ministru jgħid min rebaħ il-kompetizzjoni għal periti għad-disinn ta' l-iskola ġdida fil-Mosta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fit-2 ta' Settembru 2004, id-Direttur tal-Kuntratti, ħareġ letter of Acceptance, għat-tender tad-Design Brief għall-iskola sekondarja taż-Żokrija, Mosta, lill-Perit Joseph Bondin & Assoc.
Jista' il-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' xogħol tlesta sal-lum meta mqabbel max-xogħol li kellu jsir fil-kuntratt għall-bini tat-toroq: i) ta' Burmarrad; ii) Salina - Iklin; iii) Mosta ring road; iv) Mtarfa bypass?
Meta nbeda x-xogħol fuq kull triq u kemm kien stmat ix-xogħol skond il-kuntratt? Kemm telgħa l-valur tax-xogħol ta' kull triq s'issa? Min kienu l-periti privati nkarigati mix-xogħlijiet f'kull triq?
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tindif propost li se jsir fis-Sokkors tas-Salina għandux bżonn permess mill-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Saret applikazzjoni lill-MEPA ghal tindif fl-inhawi msemmija. Sadattant saru xoghlijiet ta’ emergenza biex jigu evitati incidenti serji li sehhew sena ilu fl-gharghar ta’ Settembru. Fil-fatt, dakinhar is-Salina u xi strutturi tal-madwar sofrew danni konsiderevoli minhabba l-gharghar.
Wara diskussjoni bejn il-Protezzjoni Civili u d-Divizjoni tax-Xoghlijiet,
is-Sukkursu li jircievi l-ilma tax-xita li mbaghad jispicca l-bahar instab li kien imblukkat b’materjal li ngemma’ matul is-snin li jinkludu wkoll materjal mormi illegalment.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7600?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ir-riżultat tat-tender għal-kiri ta' muturi minn Maltapost, (referenza TO1MP/2001) ġie deċiz mill-Bord tad-Diretturi fil-11 ta' Ottubru 2002. It-tender bdiet tiġi mplimentata f'Awissu tal-2004 minħabba li Maltapost kienu qed jirristrutturaw l-operat, li wassal fi tnaqqis fin-numru ta' muturi meħtieġa.
Tul l-aħħar 30 sena, l-amministrazzjonijiet postali użaw is-servizzi ta' diversi kumpaniji għall provista ta' muturi. Ta' min jinnota li għall-inqas f'dawn l-aħħar għaxar snin, il-muturi meħtieġa minn Maltapost ġew provduta minn żewġ kumpaniji f'Malta u waħda f' Għawdex - Peter's Scooter Shop u Albert Company Limited f'Malta, u On Two Wheels f'Għawdex.
Maltapost plc ma xtratx muturi ġodda.
Albert's Company Limited, li rebħu t-tender, qed jipprovdu l-ammont totali ta' muturi meħtieġa minn Maltapost.
It-tender ingħata lil Albert's Company Limited fl-4 t'Awissu ta' din is-sena, u l-kumpanija qegħda fil-proċess li timplimenta dan i t-tender permezz ta' muturi ġodda.
Jista' il-Ministru jgħid min hi l-persuna li ġiet promossa għal principal security officer mill-awtorta' marittima fid-19 ta' Settembru 2004?
Jista' jgħid xi kwalifiki kellha din il-persuna u jagħti wkoll il-kwalifiki li għandha l-persuna li qed tiġi indikata separatament, li applikat ukoll għal dan il-post?
Jista' il-Ministru jgħid min ġie appuntat temporary acting security officer? Jista' jgħid jekk kienx hemm call for applications u xi kwalifiki għandha din il-persuna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kandidati kollha ġew evalwati fuq dawn il-ħames kriterji:
1) Self-presentation
2) Aptitude
3) Education and training
4) Work experience
5) Skills
Il-kandidat li ġab l-ogħla grad fuq dawn il-kriterji kollha, mogħtija mill-Board tal-Interview, ġie magħżul.
Impjegat ieħor ġie appuntat Temporary Acting Security Officer. Ma kien hemm l-ebda call for applications għal din il-pożizzjoni temporanja. Ta' min isemmi li m'hemm l-ebda provediment fil-ftehim kollettiv rigward pożizzjonijiet ta' natura temporanja.