Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Pubbliku — Studenti Universitarji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni gradwati mill-universita' li qed jaħdmu mal-gvern illum? X'inhu l-grad tagħhom? Fejn qed jaħdmu? X'degree universitarju għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Djar ta' l-anzjani

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inżammet jew ħallsu flus anzjani residenti ġo djar tal-gvern kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-informazzjoni mitluba għas-snin 2000 - 2003 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Numru 3786 mogħtija f'Seduta Nru. 88. Ninsab infurmata li l-ammont għal din is-sena bejn Jannar u Settembru kien ta' Lm1,795,037.

VAT — Professjonisti mtella' il-Qorti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu professjonisti l-qorti minħabba ksur tal-liġi tal-VAT ? X'kienet il-professjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2003 tressqu l-Qorti tmien professjonisti li kienu avukati minħabba ksur tal-liġi tal-Value Added Tax, filwaqt li matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena tressqu ħames professjonisti li kienu avukati wkoll.
Leg 10 PQ #7859 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Organizzazzjonijiet sportivi — Taħriġ f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex organizzazzjonijiet sportivi jiġu mħajra jiġu Malta fix-xitwa biex jagħmlu t-taħriġ tagħhom hawn meta f'pajjiżhom ikun hemm temp ħażin? L-awtorita' tat-turiżmu qed tgħin biex ikompli jiġi żviluppat it-turiżmu sportiv fl-hekk imsejħa shoulder months? X'passi konkreti ħadet l-MTA f'dan il-qasam matul din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għal ħafna snin l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ila taħdem mill-viċin mal-Kumitat Olimpiku Malti, kif ukoll ma' organizzazjonijiet sportivi, sabiex tippromwovi t-turiżmu sportiv, kif ukoll lil Malta bħala destinazzjoni għal ġrajjiet sportivi, kif ukoll l-użu ta' Malta għal training camps. Fir-rigward ta' training camps, l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ħadmet bi sħiħ mal-Kumitat Olimpiku Malti sabiex tipproduċi CD ROM, li tiġbor fiha l-faċilitajiet sportivi li joffru il-Gżejjer Maltin. Din is-sena is-CD ROM tqassmet lill-uffiċini barranin ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu bħala mezz promozzjonali, filwaqt li l-Kumitat Olimpiku Malti kellu jibgħat l-istess CD ROM lil diversi Kumitati Olimpiċi Nazzjonali, sabiex jippromwovi l-użu ta' Malta bħala training grounds. Kien hemm assoċjazzjonijiet li kisbu suċċess sostanzjali f'dan ir-rigward fid-dixxiplini rispettivi tagħhom.

Single mothers — Children's allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa li bħalissa qed jingħataw xi forma ta' għajnuna? F'din is-sena kemm ingħataw f'children's allowance u benefiċċji oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallas s'issa matul din is-sena f'children's allowance? Kemm-il familja qed tibbenefika? Kemm hu maħsub li se tkun is-somma totali li se titħallas f'din is-sena finanzjarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Marsa — Matthew Micallef St. John Stadium

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex id-dawl fil-Matthew Micallef St. John Stadium fil-Marsa mhux qed jixgħel u ħafna atleti u dilettanti qed ikollhom jagħmlu t-taħriġ tagħhom fid-dlam? Min hu responsabbli minn din id-deċiżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-faċilitajiet sportivi tal-Marsa jinsabu biswit il-kanal tal-ilma tax-xita li jinżel mill-Wied ta' Ħal-Qormi għax-xatt tal-Marsa. Dan il-kanal qed jiġi mwessa' bħala parti mill-proġett kontra l-għargħar li qiegħed jitwettaq mid-Dipatiment tax-Xogħolijiet fil-Ministeru ta' l-Insfrastruttura. Minħabba din il-ħidma kif ukoll bħala sigurta għall-ħaddiema li qegħdin jaħdmu fuq il-proġett, il-Kunsill Malti għall-Isport ġie mitlub mill-istess Dipartiment sabiex jiġu żarmati il-cables tad-dawl eżistenti. Huwa ttamat illi l-provista u servizz tad-dawl tirritorna għan-normal fil-ġranet li ġejjin meta jitlesta x-xogħol fuq il-kanal.

Marsa — Matthew Micallef St. John Stadium

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jkun lest il-pitch tal-ħaxix fil-Matthew Micallef St. John Stadium fil-Marsa? Jista' jgħid min qed jagħmel dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Ix-xogħol taż-żriegħ tal-Matthew Micallef St.John Athletic Stadium tlesta. Ix-xogħol sar mill-ħaddiema, inkuż wieħed mill-IPSL, li jaħdmu mal-Kunsill Malti għall-Isport stazzjonati ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Marsa.

Marsa — Team tar-rugby

Question

Peress li t-team tar-rugby ta' Malta m'għandux post addattat biex jittrenja minħabba li m'għadx għandu l-faċilitajiet li kellu fil-Marsa, jista' il-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir biex l-għaqda li tmexxi dan l-isport ikolha l-faċilitajiet meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kunsill Malti għall-Isports flimkien mal-Ministeru konċernat qed jgħinu t-tim nazzjonali tar-rugby biex takkwista training slots f'ground tal-futbol li jinsabu taħt it-tmexxija ta' Għaqdiet Sportivi oħra.

Dfin — Cremation

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb jintroduċi l-cremation bħala alternattiva tad-dfin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa fil-preżent m'għandu l-ebda pjanijiet biex jintroduċi huwa stess xi tipi alternattivi ta' dfin. Għaldaqstant, fl-eventwalita' li jirċievi applikazzjonijiet għall-introduzzjoni ta' krematorju f'Malta mill-privat, dawn jiġu kkunsidrati w evalwati skond kriterji, kundizzjonijiet u regolamenti eżistenti.

Ċimiterji — Qlugħ ta' Katavri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il katavru ġie maqlugħ mill-qabar biex jitpoġġa f'qabar ieħor fl-istess ċimiterju, u mill-Addolarata għal ċimiterju ieħor fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej: Sena Numru ta' Trasporti Effetwati 2000 115 2001 124 2002 86 2003 136 2004 98 sat-12 ta' Ottubru Tali figuri jinkludu trasporti li saru minn oqbra li jinstabu fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata għall-istess Ċimiterju, kif ukoll minn Ċimiterju oħra tal-Gvern għal Addolorata. Ma jinżammux records separati li juru trasporti minn Ċimiterji diversi għaċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata peress li dawn jitqiesu bħala dfin.

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Upgrading

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jsir upgrading taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata minħabba li partijiet minnu jinsabu f'kondizzjoni ħażina?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li xogħol ta' tindif u manutenzjoni fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata ssir ta' kuljum minn nies impjegati fl-istess Ċimiterju. Għaldaqstant xogħol ieħor strutturali u ta' restawrar isir bi pjan u fuq il-pariri neċessarji tal-periti. Tali xogħol isir skond riżorsi finanzjarju pprovduti għal dan il-għan.

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il impjegat hemm jaħdmu fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata u xi grad u funzjoni għandhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li preżentament jeżistu 35 l-impjegat li jaħdmu fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u f'Ċimiterji oħra tal-Gvern. Il-Grad u funzjoni tal-ħaddiema rispettivi huwa kif ġej: Numru ta' Impjgati Grad Funzjoni 1 Health Inspector Persuna responsabbli minn din is-sezzjoni 1 Foreman Persuna responsabbli għax-xogħol u l-ħaddiema barra mill-uffiċċju 1 Clerk Personnel, typing u xogħol fl-uffiċċju b'konnessjoni ma' dfin 3 Supervisors Wieħed-Xogħol fl-uffiċċju b'konnesjoni ma' dfin. Tnejn l-oħra- Supervisors fuq id-deffiena. 13 Gravediggers Tnejn jagħmlu xogħol ta' watchmen u tlieta jagħmlu xogħol ta' gatekeepers. 2 Watchmen Għassa maċ-Ċimiterju fil-għaxija 2 Health Asst. Jagħmlu xogħol ta' General Hands 1 Operative Xogħol ta' gatekeeper 1 Driver Xogħol ta' watchman 2 Hospital Auxiliary Xogħol ta' watchmen 8 General Hand Xogħol ta' gatekeeper 35 Total

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Dfin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sar dfin fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej: Sena Numru ta' Dfin 2000 1484 2001 1503 2002 1553 2003 1560 2004 1151 sat-12 ta' Ottubru

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Dfin ta' Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il difna saret ta' persuni mhux ta' nazzjonalita' Maltija fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li 'records' tad-dfin ta' persuni mhux ta' nazzjonalita' Maltija fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata jinżammu flimkien mar-records ta' dawk Maltin. Għaldaqstant l-informazzjoni rikjesta ma tistax tingħata.

Toroq — Traffic management proposals

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-traffic management proposals li saru mill-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq it-toroq iffinanzjati mill-Protokoll Taljan li permezz tagħhom kellhom jipprovdu rotot alternattivi għat-traffiku waqt li jsir ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Kopji tat-"Traffic Management Proposals" li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 10 PQ #7954 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta' ġarr bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'servizz ta' ġarr se jkun hemm bejn Għawdex u Malta wara li jintemm is-servizz preżenti tal-helicopter ta' l-Air Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' kumpanija barranija biex tipprovdi dan is-servizz.

Tarzna ta' Malta — Pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għal din is-sena t-tarzna hux se jkollha biżżejjed flus biex tħallas il-pagi tal-ħaddiema tagħha jew il-gvern se jkollu jgħaddilha iżjed flus biex ikollha mnejn tħallas il-pagi kollha tal-ħaddiema? Fil-każ li iva, kemm se jkollu jgħaddilha iżjed flus sa l-aħħar tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.