Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #7059 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Tista' il-Ministru tkun daqstant ġentili u tgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7953.

Ministeru tal-Familja — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Tista' il-Ministru tkun daqstant ġentili u tgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #7061 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Persuni li għamlu xogħol ta' commissioners u personnel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu dawk li għamlu xogħol ta' commissioners u personnel fl-elezzjoni ta' Ġunju 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li l-proċess biex isir il-ħlas relattiv diġà nbeda. Dal-proċess m’għandux jieħu fit-tul.

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7101 li oriġinarjament ġiet indirizzata lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-Awditur Ġenerali jew ir-rappreżentanti tiegħu kienux konsultati fit-transazzjonijiet li saru in konnessjoni max-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba hija fin-negattiv.

Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7106 li oriġinarjament saret lill-Minisru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid min kien responsabbli għall-valwazzjoni tal-proprjeta' ta' Dar Malta fi Brussels? Kemm tħallsu dawn id-ditti/aġenziji/individwi barranin u/jew Maltin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee
Leg 10 PQ #7545 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dar Malta fi Brussels — Hi-Tech Security Systems

Question

Jista' il-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari 7104 u cioe' jgħid mill-estimi li għamel il-gvern kemm hu mistenni jonfoq fuq l-ambaxxata Maltija għall-UE f'Dar Malta fi Brussels in konnessjoni ma' l-istallar ta' hi-tech security systems, IT, telecommunications infrastructure u furniture and fittings - separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru għadu qiegħed jiġbor l-informazzjoni meħtieġa, pero' kif diġa' ddikjara l-Gvern, l-ispiża totali tar-refurbishment tal-bini kollu (li ma jinkludiex biss l-Ambaxxata tal-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti Maltija għall-Unjoni Ewropea) mhux se taqbeż iż-żewġ miljuni u nofs Maltin

Dar Malta fi Brussels

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7102 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid mir-riċerki li għamlu n-nutara tal-Gvern Malti, meta nxtrat Dar Malta mill-bejjiegħa li biegħu il-proprjeta' lill-Gvern Malti u b'kemm inxtrat dakinhar? Jista' jgħid jekk skond rapporti li dehru fl-istampa, il-Gvern Malti kienx soġġett għal każ ta' spekulazzjoni fil-proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

Dar Malta fi Brussels — Refurbishing costs

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7105 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra estimi dettaljati tar-refurbishing costs li mistennija jsiru fuq Dar Malta fi Brussels qabel ma din tkun tista' issir operational?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija diġà ngħatat waqt is-seduti li nżammu mill-Public Account Committee.

San Ġwann — Skola primarja Santa Bernardetta - studenti

Question

Billi ħafna tfal ji jmorru St. Bernardette Primary School f'San Ġwann jitwasslu bil-privates u bil-mini vans għal ħabta tat-8.00 a.m. u l-gate ta' l-iskola mhix tinfetaħ qabel it-8.20 a.m., jistgħu jsiru arranġamenti biex il-gate tinfetaħ qabel ħalli dawn it-tfal ma jibqgħux jistennew mit-8.00 a.m. 'il quddiem fuq il-bankina bil-perikli kollha li wieħed jista' jimmaġina?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bl-għajnuna tal-Puluzija ta' San Ġiljan u tal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann, qed tingħalaq parti minn Triq l-Iskola permezz ta' barriers li nxtraw mill-Kunsill Lokali. Dawn il-barriers jinżammu fl-iskola u jitpoġġew fil-għodu u wara nofs in-nhar meta t-tfal ikunu se jidħlu l-iskola jew joħorġu mill-iskola. Barra minn hekk fit-tarf ta' Triq it-Talipan ma' Triq l-Iskola se jsiru bollards tal-ktajjen . B'hekk karozzi privati li jwasslu lit-tfal minn Triq it-Tulipan ma jkollhomx aċċess għal Triq l-Iskola. Is-sinjal tat-traffiku li jinsabu fit-tarf ta' Triq it-Tulipan kantuniera ma' Triq l-Iskola li jindikaw li ma jistgħux jgħaddu karozzi waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal se jinqalgħu u jitwaħħlu aktar l-isfel fi Triq it-Tulipan. Qed ikun hemm ukoll puluzija preżenti waqt id-dħul l-ħruġ tat-tfal. Informat ukoll li l-bieb ta' l-iskola qed jinfetaħ kif inhu stipulat mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jiġifieri fit-8.20a.m.
Leg 10 PQ #7630 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Faċilitajiet Sportivi

Question

Tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet li saru fuq faċilitajiet sportivi f'Għawdex matul l-2004? Tista' in oltre tgħid jekk hux maħsub li fil-budget għall-2005 ikun hemm żieda fil-fondi allokati għall-isports fGħawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul din is-sena x-xogħlijiet li saru fuq faċilitajiet sportivi f’Għawdex kienu kif murija hawn taħt: Xogħlijiet fil-Kumpless Sportiv: Bibien tal-injam għal storage tat-tapiti fis-sala Bdil ta’ Stair noising fil-passaggi tas-sala (xogħol għadu qed isir) Polishing tal-parquet Stallazzjoni ta’ Extractor Fans u ceiling fans fil-gym Shutters tal-aluminju bil-ħġieġ u nets għall-bieb prinċipali t’isfel Bdil ta’ ħgieġ tat-twieqi kollha u li huma livell mat-triq Xogħol ta’ membrane u żebgħa għas-saqaf li jagħti għat-tennis courts Xogħol fuq it-tinda biex titneħħa l-problema tal-ilma (xogħol għadu għaddej) Xogħlijiet fix-Shooting Range: Xogħol ta’ brix u żebgħa fuq it-tinda Xogħol ta’ membrane fuq is-saqaf tal-clubhouse Tindif u qtugħ ta’ ħaxix ħażin Xogħlijiet fil-korsa tax-Xħajma: Twittija ta’ ramel Qtugħ ta’ ħaxix, żbir u ħart Naħseb li l-Onorevoli Interpellant taf li rigward it-tieni parti tal-mistoqsija wieħed irid jistenna l-Estimi Finanzjarji għas-sena 2005.

Wied il-Qlejjgħa — Proġett ta' Riabilitazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jinformana għaliex ġie abbandunat il-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejjgħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif għidt kemm il-darba dan il-proġett qatt ma tpoġġa fuq l-ixkaffa iżda wieħed irid jifhem li l-prioritajiet jitfasslu anke fid-dawl tal-fondi disponibbli.

Wied il-Qlejjgħa — Ħsarat kawża tal-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus għal ħsarat ikkawżati f'Wied il-Qlejjgħa kawża ta' l-aħħar maltempata ta' Settembru li għadda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-uffiċini tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma irċevew l-ebda rapport ta’ ħsarat f’ Wied il-Qlejjgħa wara l-aħħar maltempata ta’ Settembru 2004.

Wied tal-Qlejjgħa — Ħsarat kawża tal-maltemp

Question

Jista' il-Ministru jinformana għaliex il-ħsarat ikkawżati bil-maltemp ta' Settembru tas-sena l-oħra fil-Wied tal-Qlejjgħa ma ġewx irranġati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru mill-Gvern kienu dawk primarjament ta’ l-inħawi ta’ Ħal Qormi u l-Marsa, kif ukoll inbeda xogħol estensiv fl-inħawi ta’ Wied Riħana, Burmarrad, u s-Salini. Ma hemm xejn xi jżomm lill-bdiewa milli jsewwu l-ħitan tas-sejjiegħ bl-għajnuna anke finanzjarja tal-Pjan ta’ l-Iżvilupp Rurali. Nittama li l-Onor. Membru japprezza li l-Gvern ma jistax jintrabat li jagħmel ix-xogħol kollu hu għall-ħsarat ikkaġunati.

Persuni self-employed — Ħlas ta' l-NI

Question

Fil-preżent, tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li huma regolari fil-ħlas tal-bolla tas-sigurta' soċjali, l-NI? Tista' tgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li għandhom arranġamenti speċjali sabiex iħallsu l-arretrati ta' l-NI? Tista' tgħid kemm hi ċ-ċifra globali li trid titħallas f'arretrati minn dawn is-self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B'seħħ mill-1 ta' Jannar 1998, ir-responsabbilta' għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali għaddiet taħt il-Kummissarju tat-Taxxi Nterni. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.

Taxxi Interni — Ħlas ta' arretrati minn kumpanniji

Question

Fil-preżent, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji li għandhom arranġamenti speċjali mad-dipartimenti konċernati sabiex iħallsu l-arretrati tal-NI, tat-taxxa ta' l-income u l-VAT separatament? Jista' jgħid kemm hi ċ-ċifra in kwestjoni f'kull każ separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba għar-rigward ta’ N.I. u taxxa ta’ l-income tinsab fit-tabella annessa. Għar-rigward tal-Value Added Tax, id-Dipartiment f’każijiet speċjali biss jasal f’arranġament ma’ persuni u kumpaniji biex l-ammont dovut jitħallas fuq medda ta’ żmien raġonevoli. L-interessi u t-taxxa addizzjonali dovuti jibqgħu għaddejjin sakemm l-ammont jitħallas kollu. Hemm 35 persuni/kumpaniji li għandhom dan it-tip ta’ arranġament għal somma globali ta’ Lm2,760,511. Jekk dan l-arranġament ma jinżammx, jittieħdu l-proċeduri legali kollha skond il-liġi sabiex l-ammont dovut jitħallas.
Leg 10 PQ #7664 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lukandi li għalqu diġa' matul din is-sena u kemm hu n-numru ta' dawk li mistennija jagħlqu sa l-aħħar tas-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru 2004, għalqu erba` lukandi. Minn informazzjoni miġbura hemm possibilta illi sa l-aħħar ta' Diċembru, jagħlqu sitt lukandi oħra. Inżid ngħid li hemm ukoll sittax il-proġett ta' estensjoni u ftuħ ta' lukandi ġodda fil-proċess u li l-valur stmat għal dawn il-proġetti jammonta għal iktar min LM 50,000,000.

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra din is-sena? X'tip kienu u ta' liema nazzjonalita'?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Bejn Jannar 2004 u l-11 ta' Ottubru 2004, daħlu 69 vapur militari li ġew mill-Bulgarija, Danimarka, l-Federazzjoni Russa, Franza, Ġermanja, Greċja, l-Ingilterra, Istati Uniti, Italja, Kanada, Marokk, Portugal, Rumanija, Spanja, Svezja u Turkija. It-tip ta' dawn il-vapuri kienu varji fosthom Destroyers, Frigates, Auxiliaries, Amphibious, Cruisers, Mine Sweepers, Mine Hunters, Corvette, Submarines, Patrol Boats, Tug Boats, Aircraft Carriers, Training Ships, Replenishment Vessels u oħrajn.

Armata — Rapid Reaction Force

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' membri ta' l-armata li għażlu huma stess li jifformaw parti mill-kontinġent Malti li jista' jieħu sehem f'xogħol konness mar-rapid reaction force ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn għandhom aktar minn ħames snin servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ membri ta’ l-Armata li għażlu huma stess li jifformaw parti mill-kontinġent Malti li jista’ jieħu sehem f’xogħol konness ma’ Crisis Management Operations ta’ l-Unjoni Ewropea huwa ta’ 151. Minn dan in-numru, 84 huma dawk li għandhom aktar minn ħames snin servizz.