Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajnuna Soċjali — Pensjoni tal-Wens

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-persuni li rċevew il-pensjoni tal-wens? X'ammont ta' flus tħallas mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali kull sena minn mindu ġiet introdotta din il-miżura soċjali f'dan il-pajjiż minn Gvern Nazzjonalista? Kemm hemm benefiċċjarji u x'ammont tħallas s'issa din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Għajnuna Soċjali — Servizz ta' handyman

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Santa Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/G'Mangia, Qormi, Luqa u Kirkop li għamlu użu mis-servizz tal-handyman matul din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li għamlu l-użu mis-servizz tal-handyman matul din is-sena skond il-lokalitajiet mitluba hu kif ġej: Lokalita' Anzjani Persuni bi bżonnijiet speċjali Ħamrun 71 5 St.Venera 33 0 Marsa 21 2 Valletta 39 2 Floriana 26 0 Pieta' 4 0 G'Manġia 11 2 Qormi 29 4 Luqa 4 0 Kirkop 6 0
Leg 10 PQ #8170 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Freeport — Sewwieqa mingħajr liċenzja

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ftehim mal-Malta transport authority biex sewwieqa li jsuqu vetturi fil-freeport ma jkollhomx għalfejn ikunu sewwieqa liċenzjati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Għajn Tuffieħa — Tifel involut f'inċident

Question

B'riferenza għall-inċident li ġara f'Għajn Tuffieħa fit-3 ta' Ottubru 2004 fejn tifel ta' disa' snin weġġa' gravi meta ntlaqat bi blat u ġebel kbir li waqa' fuqu meta kien ma' ommu bejn Għajn Tuffieħa u l-Ġnejna, huwa veru li din il-parti kienet diġa' spezzjonata mill-perit tal-gvern u ġiet dikjarata bħala perikoluża? Jekk iva, meta saret l-ispezzjoni, minn min u x'kien l-eżitu tal-perit tal-gvern? Saru sinjali li juru li dan il-post kien perikoluż? Fit-3 ta' Ottubru meta sar dan l-inċident kien hemm sinjali biex juru li dan il-post kien perikoluż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ispezzjoni li għamlet il-Perit tal-Gvern f'Lulju 2004, kienet qrib il-bajja tal-Ġnejna u minn informazzjoni li għandha t-Taqsima tax-Xogħlijiet, ma kienitx fl-istess post ta' l-imsemmi inċident. Fil-post fejn il-Perit tal-Gvern għamlet ir-rapport (fil-15 ta' Lulju 2004) kienet u għada teżisti tabella li turi li hemm periklu ta' ġebel li jista' jaqa' għal isfel. Meta sar dan ir-rapport, dan intbagħat lill-Pulizija għal kull azzjoni li huma jikkunsidraw meħtieġa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika l-post fejn sar l-inċident fit-3 ta' Ottubru 2004 kif ukoll il-post li dwaru sar rapport fil-15 ta' Lulju 2004.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Plot tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'isir f'każ li persuna tieħu plot tal-gvern u wara għaxar snin tibqa' ma tibnihiex bħalma ġara fil-każ tal-plots f'Wied Ħesri l/o Siġġiewi tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-plot li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet ingħatat lill-persuna kkonċernata mill-Awtorita' tad-Djar. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali.

Forti Delimara

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk għandux il-ħsieb il-gvern jintervjeni biex ma jkomplix jitħalla l-Forti Delimara jaqa' fi stadju ta' żdingar aktar avvanzat?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern qiegħed f'negozjati ma' l-inkwilin biex jerġa' jieħu l-Forti f'idejh.

Pensjonijiet — Żidied

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta hemm ħsieb li l-pensjonanti jieħdu ż-żieda li huma intitolati għaliha skond il-ftehim li kien intlaħaq qabel tħabbar il-budget għas-sena 2003?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għalkemm mhux ċar għal liema ftehim qed jirreferi l-Onor. Interpellant, ninsab infurmata li x-xogħol fuq ir-reviżjonijiet tal-pensjonijiet, kemm dawk li jirriżultaw minn xi ftehim kollettiv u kemm le, hu eżerċizzju kontinwu. Kif kelli okkażjoni ngħid fi tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti dwar is-suġġett, id-Dipartiment konċernat jagħmel dak kollu meħtieġ biex dawn ir-reviżjonijiet isiru fl-iqsar żmien possibbli.

Liċeo fil-Ħamrun — Laboratorji

Question

Peress li wasluli rapporti ta' xi ħsarat serji fil-laboratorji tal-liċeo tal-Ħamrun, inkluż ħruġ ta' gass, eċċ., jista' il-Ministru jivverfika n-natura ta' dawn il-ħsarat u jekk jirriżulta li hemm bżonn it-tiswijiet fis-sistemi u l-bdil ta' apparat jgħid meta se ssir din it-tiswija u meta se jsir il-bdil ta' l-apparat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Uffiċjali konċernati fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed jivverifikaw dawn il-ħsarat u skond dak li jirriżulta jittieħdu passi meħtieġa.

Toroq — Traffic management proposals

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7916 u cioe' jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-traffic management proposals li saru mill-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq it-toroq iffinanzjati mill-Protokoll Taljan li permezz tagħhom kellhom jipprovdu rotot alternattivi għat-traffiku waqt li jsir ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku ta' risposta għall-Mistoqsija Numru 8182 fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 7916. Ma' din ir-risposta ntbagħtu ukoll il-pjanti mitlluba.
Leg 10 PQ #8183 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

EU — Qasam Turistiku Malti

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi strutturi u x'nies għandu l-ministeru u strutturi oħra li jaqgħu taħtu biex jieħdu ħsieb jimmoniterjaw u jieħdu l-passi meħtieġa dwar dak kollu li fl-Unjoni Ewropa b'xi mod jew ieħor jolqot il-qasam tat-turiżmu f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura hemm Direttorat dwar l-Affarjiet ta' l-Unjoni Ewropea, Żvillup ta' Policy u Implimentazzjoni ta' Programmi li għandu d-doveri msemmija mill-Onorevoli interpellant.

Djar — Kera ta' postijiet tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk teżistix sistema li permezz tagħha l-kera għal bini residenzjali tal-gvern titnaqqas għax jiġi nieqes ir-raġel u l-mara ssir armla (u ma tkunx taħdem)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi jekk il-kirja saret qabel l-1987 allura l-kera tibqa l-istess. Jekk il-kirja saret wara, allura s-sussidju fuq il-kera jiġi rivedut kull sentejn skond id-dħul tal-familja matul is-sena preċedenti. Għalhekk meta jiġi nieqes ir-raġel, is-sussidju fuq il-kera jiġi rivedut fir-reviżjoni li jkun jmiss.
Leg 10 PQ #8185 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

EU — Settur turistiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-ministeru jew f'xi struttura li taqa' taħtu hemmx persuna/persuni li xogħolhom biss hu li jaraw x'fondi hemm fl-Unjoni Ewropea li b'xi mod jew ieħor jistgħu jinkisbu għas-settur turistiku f'pajjiżna, kemm mill-gvern innifsu kif ukoll mis-settur privat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemm strutturi li jieħdu ħsieb affarjiet relatati ma' l-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu. L-istrutturi li jeżistu mhux biss jieħdu ħsieb jaraw x'fondi hemm fl-Unjoni Ewropea li jistgħu jinkisbu għas-settur, iżda jieħdu ħsieb ukoll materji oħra ta' l-Unjoni Ewropea. Fil-fatt permezz ta' dawn l-istrutturi diġa` nkisbu fondi għall-qasam turistiku.

Vapuri tal-passiġġieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jieħu biex fl-għoti ta' permessi biex vapuri tal-gwerra jżuru pajjiżna għas-sena d-dieħla, tingħata konsiderazzjoni lill-wasla fostna ta' vapuri tal-passiġġieri biex dawn ta' l-aħħar jingħataw iżjed importanza mill-vapuri tal-gwerra u ma jibqax ikollna każi fejn vapuri tal-gwerra jorbtu fl-aħjar postijiet waqt li tal-passiġġieri jintbagħtu f'postijiet mhux addattati u li jagħmlu ħsara lill-isforzi li qed isiru biex Malta ssir ċentru ta' żjajjar ta' vapuri tal-passiġġieri?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Id-deċiżjoni ta' fejn jintrabtu il-vapuri tal-gwerra ma taqgħax taħt ir-responsabbilita ta' dan il-Ministeru.
Leg 10 PQ #8188 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

San Ġiljan — Bollards

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx talba biex jitwaħħlu bollards fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan? Jekk fil-pożittiv, jista' jipproduċi kopja ta' l-applikazzjoni? Jista' jgħid min kienet il-kumpannija ta' periti li għamlet l-applikazzjoni u jekk intużax timbru uffiċjali tal-kumpannija f'din l-applikazzjoni? Jekk fil-pożittiv, jista' jipproduċi kopja ta' dan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Leg 10 PQ #8192 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajja ta' San Ġorġ — Project management services

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm differenza bejn il-logo li biha saret it-talba minn Med Design Consultants għal Project Management Services għall-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ f'April ta' din is-sena u l-logo li biha saret talba fix-xhur ta' wara għall-ħlas għall-istess xoghol li twettaq? Jista' jipproduċi kopja tal-logos li ntużaw? Jista' jipproduċi kopja ta' l-invoices u receipts li saru u li huma relatati ma' Med Design Consultants?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Leg 10 PQ #8193 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajja ta' San Ġorġ — Storm water infrastructure

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienet il-kumpannija ta' periti li ċċertifikat ix-xogħol li twettaq minn Polidano Brothers għal storm water infrastructure fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan, xogħol mitlub mill-Malta Tourism Authority? Jista' jgħid kemm-il ċertifikat inħareġ u f'liema dati? Jista' jipproduċi kopja ta' dawn iċ-ċertifikati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Med Design Consultants iċċertifikaw ix-xogħol li twettaq minn Polidano Brothers għall-istorm water system fil-bajja ta' San Ġorġ. Nħarġu tliet ċertifikati, tnejn interim u wieħed finali.Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn iċ-ċertifkati.

Ħal Qormi — Venda tal-karozzi tal-linja

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8041, jista' il-Ministru jara li jeħel notice board b'itinerarju u arloġġ, b'mod partikolari ħdejn il-venda ta' Ħal Qormi San Ġorġ biex ikun assigurat li r-residenti jkunu nformati fi x'ħin suppost karozza tal-linja tgħaddi jew titlaq mill-venda u biex ikun assigurat li xufier jitlaq fil-ħin anke meta r-rotta tkun qed topera bħala ċirkolari minflok bħala venda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi t-tqegħid ta' skedi fil-venda u mal-Bus Stops hija responsabbilta ta' l-Assoċċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. L-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta ser tinforma lil Assoċċjazzjoni tat-Trasport bit-talba ta' l-Onorevoli Interpellant. Rigward it-twaħħil ta' l-arloġġ fil-venda ta' Ħal Qormi, jien nfurmat illi fil-passat l-Awtorita ma kinitx mogħtija l-permess li twaħħal arloġġ fil-venda ta' Ħal Qormi bħal ma twaħħlu f'vened oħra.

Ħal Qormi — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk immigranti klandestini humiex jintbagħtu għal kura jew testijiet fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid x'miżuri ta' prekawzjoni qegħdin jittieħdu favur is-saħħa ta' dawk li normalment jagħmlu użu minn dan iċ-ċentru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Meta jaslu immigranti klandestini f'Malta dawn jiġu screened immedjatament mit-tobba ta' l-Emerġenza (E&A) għal kull mard li jista' jkollhom u jingħataw t-trattament kollu li jistgħu jkollhom bżonn. Dawn wara jiġu screened aktar fil-fond mit-tobba tal-Port Health għal mard li jittieħed u jerġgħu jingħatu t-trattament fejn hemm bżonn. Huwa biss wara dan kollu li jintbgħtu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi (fiċ-Chest Unit) biex isirulhom ċertu testijiet oħra. Sa issa ma kellna ebda indikazzjoni li kien hemm bżonn li jittieħdu xi prekawzjoni speċjali minħabba l-attendenza ta' dawn l-immigranti klandestini għand it-tobba ġewwa iċ-Ċentri tas-Saħħa.

Servizz Ċivili — Impjegati 'l Fuq minn 61 sena

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 7735 u 8092 u cioe' jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili jew ma' kumpanniji/entitajiet li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fihom, li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi mas-Servizz Pubbliku hemm jaħdmu 88 persuna li għandhom aktar minn 61 sena. F’entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm jaħdmu 7 persuni oħra li wkoll għandhom aktar minn 61 sena. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba dwar dawn il-persuni. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq xi nformazzjoni oħra dwar entitajiet li jaqgħu taħt ministeri oħra, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.