Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għad-domanda tiegħu hija fin-negattiv.
Rigward id-dar fil-Għargħur li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jinvestiga r-rapporti li wasluli u jgħarraf lill-Kamra jekk hux minnu li għal snin sħaħ din inbniet 'lil hinn mil-limiti li kienu jippermettu l-permessi tal-bini ta' dak iż-żmien u jekk hux qed isir xi attentat biex tiġi regolarizzata din il-pożizzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-dar imsemmija tinsab barra mill-konfini ta' l-iżvilupp. L-applikazzjoni PA 3276/04 qed tipproponi li jitwaqqgħu partijiet li m'humiex koperti b'permess u jiġu sanzjonati partijiet oħrajn. L-applikazzjoni tinsab għar-rikonsiderazzjoni u preżentament qegħda tkun trattata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp.
Jista' l-Ministru jara billi llum hemm madwar tliet lukandi qrib il-Marfa jistgħux isiru arranġamenti biex l-aħħar karozza mill-Belt ma titlaqx fit-8.30 p.m. għaliex dan qed ikun ta' inkonvenjent għal diversi turisti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li din is-sena kien hemm żieda fil-ħinijiet tar-rotot diretti bejn iċ-Ċirkewwa, Buġibba, Paceville u viċi versa u l-ħinijiet ġew miżjuda sa l-10.00 ta’ filgħaxija.
Jien infurmat ukoll li sar servizz speċjali bejn nofs il-lejl u 3.00 ta’ filgħodu bejn Paceville, Buġibba u Ċirkewwa.
Hemm l-ħsieb li għas-sajf li ġej jiżdiedu l-ħinijiet mill-Belt sabiex inkomplu dejjem intejbu is-servizz tat-Trasport Pubbliku.
Access għas-saħħa pubblika għaċ-ċittadini ta' l-UE
Question
Jista' l-Ministru jispjega l-policy tal-Gvern rigward aċċess għas-saħħa pubblika għal ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea li jkunu regolarment residenti f'Malta u li anke jkollhom karta ta' identita'? Dawn iċ-ċittadini jintalbu ħlas għal kura fi sptarijiet pubbliċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ċittadini ta' l-UE residenti regolari f'Malta għandhom id-dritt għal kura tas-saħħa b'xejn biss jekk dawn ikunu koperti mill-Liġi tas-Sigurta' Soċjali Maltija jew koperti mir-regolamenti tas-Sigurta' Soċjali ta' Stat Membru ieħor tal-UE hekk kif stabbilit taħt ir-Regolament tal-Komunita' Ewropea 1408/71. Barra min hekk, residenti f'Malta b' ċittadinanza Ingliża għandhom ukoll dritt għal kura tas-saħħa b' xejn hekk kif stabbilit taħt il-ftehim bilaterali dwar is-saħħa bejn Malta u r-Renju Unit. Dan jgħodd biss għal kura li tingħata f'faċilitajiet tas-saħħa pubbliċi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm u meta se jinħareġ kumpens għall-art, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hekk kif deskritta fil-gazzetta tal-gvern tad-19.5.89 paġna 2299?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kumpens għal art esproprijata, deskritta fil-gazzetta tal-gvern tad-19 ta' Mejju 1989 paġna 2299, u li dettalji tagħha intbagħtu separatament, ikun jista' jitħallas malli d-Dipartiment ta' l-Artijiet ikollu r-riżorsi neċessarji għal dan il-għan li jiġu allokati kull sena.
Tista' l-Ministru tindika meta l-persuna minn San Gwann, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mistennija tirċievi refund tan-national insurance contributions li ħallset intortament meta f'mod skorrett tawha x'tifhem li minkejja li ma kenitx taħdem u kellha diġa' 57 sena jekk tħallas il-bolla għall-aħħar 4 snin setgħet tikkwalifika għall-benefiċċju soċjali? Evidenza dokumentata tal-kontribuzzjoni li ħallset jinsabu f'idejn il-Ministeru.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-hlas u, fejn dovuta, r-rifuzjoni ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Socjali huma responsabbilta' tad-Dipartiment tat-Taxxi Nterni.
Ghalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jaghti parir lill-persuna ndikata tindirizza t-talba taghha lil dak id-Dipartiment.
Tista' l-Ministru tgħid għal x'hiex hija ntiża l-kamra li qed tinbena fil-bini amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex kif ukoll tindika n-numru tal-permess tal-MEPA relattiv għall-bini ta' din l-istess kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-kamra li qed tinbena fil-bini amministrattiv tal-Ministeru ghal-Ghawdex hija ntiza biex tintuza bhala store. Il-permess tal-MEPA ghal dan ix-xoghol igib in-numru D1769/07
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni tneħħew is-siġar tal-palm li kien hemm fil-passaġġ bejn l-Iskola Ninu Cremona u l-iskola Sir Mikelanġ Refalo kif ukoll fejn ittieħed dan l-istess palm?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fil-passagg bejn l-Iskola Ninu Cremona u l-iskola Sir Mikelang Refalo ma kienx hemm sigar tal-Palm. Is-sigar tal-Palm li forsi qed tirreferi ghalih l-Onor. Interpellant kien fil-konfini ta' l-iskola Ninu Cremona fejn beda ix-xoghol tal-bini ta' l-ewwel fazi tal-iskola gdida. Dawn inqalghu taht supervizjoni ta' genniena esperti.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-monument storiku ddedikat lill-erwieħ li kien jinsab ħdejn il-Kappella ta' Sant'Anna faċċata taċ-ċimiterju ta' l-Għonq tneħħa u tqiegħed band'oħra u bil-permess ta' min?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-monument storiku ddedikat lill-erwieh li kien jinsab hdejn il-Kappella ta' Santa Marta, faccata tac-cimiterju ta' l-Ghonq, kien fil-periklu li jiggarraf u ghalhekk tnehha minn postu sabiex jigi ppreservat sakemm tittiehed decizjoni finali mill-awtoritajiet kompetenti dwar ir-restawr tieghu. Dan kollu sar bil-permess tas-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali bis-setgha moghtija lilha mill-Att dwar il-Patrimonju Kulturali 2002.
B'riferenza għall-premises ġodda ta' l-Enemalta li se jsiru fix-Xewkija, Għawdex, peress li f'dawn l-inħawi hemm problema ta' kumulu ta' ilma fl-istaġun tax-xita, jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux xi miżuri dwar dan sabiex jiġu protetti r-residenzi fi Vjal il-Labour?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mhuwiex mistenni li x-xogħol fuq is-sit imsemmija se jkollha effett fuq is-sistema eżistenti tal-culverts ta storm water cioe tal-ilma tax-xita. Il-kuntrattur ta' l-Enemalta ser ikun responsabbli għad-drenaġġ tas-sit, li ser isir minn naħa t'isfel u mhux minn ħdejn id-djar tar-residenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' nies f'Malta u Għawdex li huwa kkalkolat li jaqilgħu medja ta' Lm5,000 fis-sena jew aktar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-total ta’ 94,235 persuna iddikjaraw li matul is-sena 2005 qalgħu Lm5,000 jew aktar.
Id-dħul iddikjarat ma jinkludix dħul minn investimenti bħalma huma imgħaxijiet, dividendi eċċ li m’huwiex obbligat li jkun iddikjarat fil-formola tat-taxxa.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija paralmentari 26768 dwar bordijiet ta' l-għażla, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub li tliet xhur ilu qalet li kien qed jinġabar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Mistoqsija Parlamentari numru 26768 kienet maghmula lill-Onor. Prim Ministru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li c-cherry picker tal-Fire Brigade qegħda tinkera lill-kumpaniji li jaħdmu l-films, meta f'Malta hawn kumpaniji privati armati għal dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk il-gvern huwiex jidħol f'kompetizzjoni diretta mal-privat u jekk din hijiex policy uffiċjali? Kemm-il darba inkriet ic-cherry picker u armar ieħor? X'rata tħallas il-gvern u kemm kien l-ammont li tħallas u kemm minn din is-somma marret għand il-ħaddiema li ħadmu fuqha? Jista' jgħid jekk il-ħaddiema kenux tal-Fire Brigade jew ħaddiema tal-gvern jew ħaddiema li la jaħdmu mal-Fire Brigade u lanqas mal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dak li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għalih bħala cherry picker huwa fil-fatt vettura li tissejjaħ turntable ladder. Jekk dan huwa l-każ, nista' nikkonferma li kemm din il-vettura kif ukoll apparat ieħor tal-Protezzjoni Ċivili jinkera għal diversi raġunijiet fosthom biex jinħadmu films lokalment kif ukoll waqt sparar ta' nar ta' murtali fil-festi.
Ma hemm l-ebda policy uffiċjali f'dan ir-rigward u ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-Gvern jew id-Dipartiment qed jidħol f'kompetizzjoni diretta mal-privat.
F'okkażjonijiet bħal dawn, ir-rata għal kull vettura hija ta' Lm50 kuljum. L-ammont ta' ħlas li għandu jsir lid-Dipartiment għadu qed jinħadem u nagħti risposta dwar l-ammont fi stadju ieħor. Il-ħaddiema li ħadmu fuq it-Turntable Ladder huma kollha nies tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26769 dwar ħlas ta' VAT fuq is-servizz tal-helicopter, jista' l-Prim Ministru issa jagħtini t-tagħrif mitlub li tliet xhur ilu qal li kien qed jinġabar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda tibdil fil-liġi rigward ħlas ta’ VAT għas-servizz tal-helikopter u għaldaqstant id-dipartiment m’għandu xejn x’iżid mar-risposti li ngħataw għal Mistoqsija Parlamentari Numru 24459 u għal Mistoqsija Parlamentari Numru 26769.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26770 dwar flus imħallsa s'issa mill-voti tal-ministeru għal Għawdex, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub aġġornat sal-lum li 3 xhur ilu qalet li kien qed jinġabar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli l-informazzjoni kollha tkun migbura, din titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tingħatax xi forma ta' għajnuna lill-VET Scholarships? Jekk fil-pożittiv jista' jgħid kemm studenti ħadu din l-għajnuna finanzjarja? X'inhuma l-kriterji li qed jintużaw biex tingħata din l-għajnuna finanzjarja? Min ikun magħżul bħala reserve candidate, dan għandu ċans li xi darba jgawdi minn din l-għajnuna?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika x'ifisser b'VET Scholarships. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jippresedi fuq għażla ta' kandidati għal numru ta' scholarships imma ma teżisti l-ebda kategorija indikata bħala VET Scholarships.
Tista' l-Ministru tara li jitneħħa l-wire tad-dawl antik 3 phase, li jinsab ħdejn il-post d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament, li minnu ħareġ n-nar u huwa perikoluż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret, ma jirrżultax li l-cable għandu bżonn jinbidel u l-anqas li ħareg in-nar minnu u li hu perikoluż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Ta' liema nazzjonalita' huma? X'inhi r-raġuni li tali nurses jingħataw peress biex jaħdmu mal-Gvern u ma jingħatawx permess biex jaħdmu fi sptarijiet privati, meta dawn ikollhom l-istess kwalifiki? Huwiex intiż il-Ministru bil-problemi kbar li jsibu l-isptarijiet privati biex isibu nurses? Jekk huwiex possibbli li nurses barra mill-Unjoni Ewropea jingħataw permess jagħmlu conversion course biex jiġu reġistrati fl-istatus ta' registered nurse?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' nurses ta' nazzjonalita' barranija li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' huwa 26. In-nazzjonalita' ta' dawn in-nurses huma elenkati hawn taħt:
Serbia & Montenegro 4
Philippines 3
Poland 3
Albania 2
Bosnia 2
Nigeria 2
Germany 2
United Kingdom 2
India 1
Pakistan 1
Bulgaria 1
Russia 1
Slovak Republic 1
Finland 1
Dawn in-nurses barranin jiffirmaw kuntratt fil-bidu ta' l-impjieg tagħhom fejn jintrabtu li ma jistgħux jagħmlu xogħol privat.
Ma' dawn, hemm tliet nurses oħra ta' nazzjonalita' Ingliża li jinsabu jaħdmu fl-isptar Zammit Clapp. Skond il-kuntratt tagħhom, dawn in-nurses iridu jitolbu permess bil-miktub mill-Management biex jagħmlu xogħol ieħor privat.
Ir-responsabilta' ta' l-isptarijiet privati biex isibu u jimpjegaw nurses hija totalment tagħhom u mhux tal-Ministeru.
Mhux possibli li nurses barra l-Unjoni Ewropea jingħataw conversion course għal żewġ raġunijiet: l-ewwel, dawn iridu jkunu enrolled nurses u l-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel m'għadux jirreġistra enrolled nurses minħabba li l-unika livell li jirreġistraw huwa dak ta' l-ewwel livell, jiġifieri state registered. It-tieni biex nagħmlu conversion course ta' l-enrolled nurses Maltin kollha ser nieħdu sal-2012.