Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar San Luqa — Persuna li daħlu kawża ta' attentat ta' suwiċidju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar minħabba attentat ta' suwiċidju din is-sena? X'eta' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-isptarijiet.

School girl's mother unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfajliet jattendu l-ischool girl's mother unit illum u kemm hawn tfal tqal li mhux qed jattendu skola llum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 42 tfajliet jattendu għall-Programm ta' tliet darbiet fil-ġimgħa. 24 jattendu għall-Counselling u 30 jattendu l-Mother and Baby Support Group. Informat ukoll li hemm 15 tfajliet tqal b'kollox li m'humiex jattendu l-iskola.

Pulizija — Każi ta' kollużjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar minħabba li weġġgħu wara kollużjonijiet? Kemm weġġgħu wara li ħabtu ma' karozza oħra u kemm wara li s-sewwieq tilef il-kontroll?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-isptarijiet.

Diesel/petrol/pitrolju mingħajr dazju

Question

Jista' il-Ministru jelenka min għandu d-dritt li jixtri diesel, petrol u pitrolju mingħajr dazju? Kemm imbiegħ (f'litri u flus) minn dawn il-prodotti separatament s'issa f'din is-sena finanzjarja? Kemm inxtara minn kull grupp/sezzjoni/persuna li għandu d-dritt jagħmel dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Eżamijiet SEC u MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru l-eżamijiet orali u bil-miktub ta' l-eżamijiet tal-MATSEC u SEC is-sena d-dieħla?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li l-eżamijiet bil-miktub tas-Sec u taċ-Ċertifikati tal-Matrikola ser isiru bejn is-26 t'April u it-28 ta' Mejju 2005 waqt li l-eżamijiet orali u prattiċi hemm il-ħsieb li jsiru matul April u l-bidu ta' Ġunju bħas-snin ta' qabel.

Wied il-Għajn — Skola tal-kindergarten

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm klassijiet tal-kindergarten fl-iskola ta' Wied il-Għajn? Kull klassi kemm fiha studenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' klassijiet tal-Kindergarten fl-iskola ta' Wied il-Għajn huma : Kinder 1 - 3 Klassijiet : B' 13, 14, 14 il-student rispettivament Kinder 2 - 6 Klassijiet : B' 15, 13, 17, 14, 15 u 13 il-student rispettivament

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Bejgħ ta' Oqbra

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se joħorġu għall-bejgħ lill-pubbliku oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata u x'inhi l-proċedura biex wieħed jakkwista qabar fl-istess ċimiterju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li huwa il-ħsieb tad-Dipartiment li hekk kif titlesta l-estenzjoni taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata li hemm ippjanata, l-oqbra jiġu allokati skond il-lista ta' l-applikanti (Waiting List). Il-proċedura biex wieħed jakkwista qabar f'Ċimiterju tal-Gvern hija li japplika fuq applikazzjoni li tista tinġabar mill-'Burials Administration Unit' li tinsab fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata. Tali applikazzjoni tiġi reġistrata u titpoġġa ġo 'waiting list' skond iċ-Ċimiterju ndikat.

Għawdex — Prostituti mressqa l-Qorti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew arrestati prostituti f'Għawdex u kemm minnhom tressqu l-qorti fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant ma kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti fuq reati ta' prostituzzjoni ġewwa Għawdex.

Reġistru Pubbliku — Żwieġ Ċivili

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għandux ħsieb li jiġi legalizzat żwieġ ċivili bejn persuni ta' l-istess sess?

Response (BORG, TONIO)

Ma hemm l-ebda intenzjoni li dan it-tip ta' żwieġ jiġi legalizzat u dan peress li huwa inkompatibbli mal-liġi taż-Żwieġijiet ta' Malta li tippermetti biss żwieġ bejn persuni tas-sess oppost.

ID Card — Bdil tas-Sess

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk it-tmien persuni li għamlu sex change u biddlu l-ID card tagħhom minħabba f'hekk, jistgħux jiżżewġu ċivilment?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm ma hemmx definizzjoni ta' żwieġ fil-Kap 255 tal-Liġijiet ta' Malta, il-partijiet għandhom ikunu mara u raġel skond l-artikolu 15 ta' l-istess Kap.
Leg 10 PQ #7888 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija fl-Awstralja — Każ ta' Sexual Harassment

Question

Billi l-Ministru għarrafna li fil-każ ta' l-allegat każ ta' sexual harassment konness ma' staff member ta' l-Ambaxxata Maltija fl-Awstralja l-akkuża kienet ġenerika u mhux ipprovata, jista' jikkonferma li l-persuna li allegatament kienet sexually harassed ġiet offruta severence pay minn uffiċjal għoli ta' l-ambaxxata biex titlaq bil-kwiet u l-każ imut fuq ommu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena nfurmat li ma jirriżultax li l-persuna li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għaliha ingħatat, jew ġiet offerta, xi severence pay.

Għajuna Soċjali

Question

Tista' il-Minisru tara li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali jirrevedi l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament billi hi qed tikkontesta li tħallset żejjed is-somma ta" Lm582.30 għall-mard, peress li d-dipartiment qed jgħid li l-mezzi ta' din il-persuna kienu jeċċedu l-iskala?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Brussells — Rappreżentanza permanenti ta' Malta fl-UE

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli fir-rappreżentanza permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fi Brussell biex isegwi dak kollu li hu relatat mat-turiżmu li huwa qasam tant importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Qasam tat-Turiżmu m'għandux kompetenza Komunitarja diretta fl-Unjoni Ewropea iżda huwa qasam li jiġi regolat mill-pajjiżi Membri. L-iktar Council Formation qrib tal-qasam tat-Turiżmu huwa l-Competitiveness, li fost responsabbiltajiet oħra, jamminsitra l-acquis fejn jirrigwarda l-Intrapriżi żgħar u medji, li taħtu huwa kkunsidrat li jaqa t-Turiżmu. Għalhekk, fir-Rappreżentanza Permanenti, ir-resonsabbilta għas-settur tat-Turiżmu taqa' taħt il-Competitiveness Unit. Ser ikun hemm Technical Attache' ġdida f'dan il-Unit b'effett mill-ewwel ta' Novembru, 2004.

Skejjel — Studenti b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti b'diżabilita' fl-iskejjel tal-kindergarten, primarji u sekondarji tal-gvern separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti b'diżabilita' fl-iskejjel tal-Gvern huwa hekk : Fil-Kindergarten : 53 Fil-Primarja : 674 Fis-Sekondarja : 271

San Ġiljan — Waterpolo pitch

Question

Jista' il-Ministru jgħid, wara r-rapport ta' l-Awditur Ġenerali u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-pitch tal-waterpolo ta' San Ġiljan, kemm inġabru flus lura s'issa? Jista' jgħid ukoll meta saret it-talba u lil min, sabiex dawn il-flus jiġu mogħtija lura lill-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s’issa il-kuntrattur konċernat, min jeddu iddepożita il-Qorti is-somma ta’ Lm24,865.25 li hu qiegħed isostni li hu l-bilanċ dovut minnu lill-Gvern. L-ex Dipartment ghaż-Żgħażagħ u Sport fit-23 ta’ Marzu 2003 kien talab lill-Avukat Ġenerali biex jibda’ jieħu il-passi li jidhirlu meħtiega biex tinġabar lura is-somma kollha ta’ Lm60,000 mingħand il-kuntrattur. Infetħet kawża kontra l-kuntrattur konċernat li ser tibda tinstema quddiem il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

Djar ta' l-anzjani — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani u x'inhu l-grad tagħhom? Kemm hemm persuni li huma bil-kuntratt, x'inhu xogħolhom u kemm jitħallsu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar — Servizz ta' care & repair

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi se tieħu l-awtorita' tad-djar biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi megħjuna mis-servizz care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fl-14 ta' Ottubru 2004, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, fil-fatt applikat taħt Skema 5 ta' l-Awtorita' tad-Djar, jiġifieri għall-irranġar tar-residenza mikrija mill-privat, u mhux taħt l-inizjattiva tal-care and repair. Din l-applikazzjoni ser tiġi kkunsidrata.