Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qormi — Post Kummerċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterju post mikri bħala residenza - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - qed jintuża bħala post kummerċjali u saħansitra tpoġġiet lapida tal-funerali - dettalji dwar l-isem qed jintbagħtu separatament - meta jidher li hemm ukoll applikazzjoni pproċessata quddiem il-MEPA - dettalji dwarha qed jintbagħatu wkoll separatament?.

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt lid-dipartiment ikkonċernat jinvestiga l-ilment ta' l-Onor. Interpellant.

Korp tal-Pulizija — Membri li rriżenjaw

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw pulizija mill-korp din is-sena? Kemm minn dawn telqu għax għamlu l-25 sena servizz jew aktar? Kemm telqu qabel iż-żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena spiċċaw 71 membru mill-Korp tal-Pulizija. Minn dawn kien hemm 50 li kellhom 25 sena servizz jew aktar.

Awtorita' dwar it-trasport — Konsulenti legali

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali ta' l-awtorita' dwar it-trasport? Jista' jgħid meta ġew ingaġġati mill-awtorita' dwar it-trasport? Saret sejħa għall-offerti jew il-konsulenza ngħatat b'direct order? Kemm ħallset l-awtorita' dwar it-trasport għal din il-konsulenza sena b'sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-Twġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (BORG, TONIO)

Mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-lum, saru t-talbiet sussegwenti għall-fondi mill-Unioni Ewropea, minn entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’dan il-Ministeru: Taht it-Transition Facility 2005 saru talbiet minn: Reġistru Pubbliku u ta’ l-Artijiet Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja Uffiċju ta’ L-Avukat Ġenerali Uffiċju Tan-Nutar Tal-Gvern Dipartiment għall-Gvern Lokali Il-Korp tal-Pulizija It-talbiet li saru mill-Uffiċju Tan-Nutar tal-Gvern, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, u mir-Reġistru Pubbliku u ta’ l-Artijiet, ma’ kienux jindirizzaw l-għan li jiġi mplimentat, b’xi mod, l-acquis u għaldaqstant ma setgħux jiġu aċċettati mill-Planning and Priorities Directorate fi ħdan l-Ufficju Tal-Prim Ministru. It-tlett talbiet l-oħra kienu preżentati lill-Kummissjoni Ewropea. It-talbiet li saru mill-Uffiċju ta’ l-Avukat Ġenerali u d-Diviżjoni tal-Ġustizzja, għalkemm kellhom proġetti eleġibbli, ma kienux magħżula minħabba limitazzjoni ta’ fondi disponibbli. It-talba li saret mill-Korp tal-Pulizija qed tiġi kkunsidrata għall-finanzjament taħt din it-Transition Facility. Fondi minn Norveġja (In-Norwegian bilateral financial insutrument indirizzat lejn l-iStati Membri ġodda għall-implimentazzjoni ta’ l-Acquis fl-oqsma li ġejjin: Schengen, Ambjent, Politika Reġjonali u Assistenza Teknika.) Talba ghall-fondi mill-Korp tal-Pulizija. Din it-talba ma kinitx aċċettata minħabba limitazzjoni ta’ fondi taħt dan il-programm, għaldaqsatant saret talba għall-fondi taħt it-Transition Facility 2005 u din qegħda tigi kkunsidrata. European Refugee Fund 2004 Id-Direttorat tat-Third Country Nationals fi ħdan il-Ministeru għamel talba għal ko-finanzjament għall-proġetti mressqau mill-Kummissjoni Emigranti u mill-Jesuit Refugee Service. Bħalissa, din it-talba qegħda tigi kunsidrata mill-Kummissjoni Ewropea.

Ministeru għall-Kompetittivita' — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Investiment — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-entitajiet, dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Investiment Industrija u Teknologija tal-Informatika li applikaw għall-fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum huma kif gej: Fondi mill-Fond Ewropew għall-Izvilupp Regjonali Enemalta (żewġ proġetti) Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma (żewġ proġetti) Malta Industrial Parks (proġett wieħed) Malta Enterprise (proġett wieħed) Fondi mill-Fond Socjali Ewropew Malta Enterprise (proġett wieħed) B'kollox ġew sottomessi seba proġetti. Minn dawn, is-sitt proġetti iffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Izvilupp Regjonali, ġew approvati mill-Kumitat għall-għażla ta' proġetti ko-finanzjati mill-fondi strutturali tal-E.U. Filwaqt li l-proġett li applikat taħt il- Fond Socjali Ewropew, għadu ma ġiex approvat. Minbarra dawn il-progetti hawn fuq imsmmija kien hemm diversi progetti ohrajn li applikaw ghall-fondi mill U.E. qabel din is-sena u li gew approvati.

Minsiteru għall-Iżvilupp Urban — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li kien hemm proġett wieħed, dak tal-Malta Resources Authority li ġie sottomess minn dan il-Ministeru għal fondi mill-Unjoni Ewropea. Il-fondi kienu ta' Transition Facility 2004 Programme. Il-proġett qed jiġi kkunsidrat.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #7542 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħlijiet b'direct order

Question

Tista il-Ministru tgħid x'inhu x-xogħol li ngħata f'Għawdex b'direct order minn Jannar sa Settembru 2004? Tista' il-Ministru telenka u tagħti diskrezzjoni qasira tax-xogħol kollu li ngħata b'direct orderfil-perjodu hawn fuq indikat u kemm swiet kull direct orderli ngħatat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella ta’ hawn taħt:- Dipartiment Fergħa Deskrizzjoni ta’ Xogħol b’direct order’ minn Jannar sa Settembru 2004 Valur tad-Direct Order Lm Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi - Tiswijiet fuq il-lift li hemm fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex 1,233.10 Dipartiment tal-Customer Services Edukazzjoni Kisi tal-passaġġ li minnu jgħaddu studenti għall-buses 1,625 Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp Xogħlijiet Xiri ta’ fanali dekorattivi għall-belvedere fi Triq Xħajma, Nadur 645.00 Xogħlijiet Xogħol urġenti ta’ bini ta’ ħitan fi Triq Sdieri, Għarb 869.70 Xogħlijiet Xiri ta’ madum Pulfido għall-belvedere fi Triq Xħajma, Nadur 1,239.00 Xogħlijiet Provvista ta’ apparat li jintuża mis-surveyors fil-Fergħa tax-Xogħolijiet *5,092.55 Agrikoltura Trasferiment ta’ karkassi ta’ annimali u fdalijiet oħra ta’ annimali biex jiġu maħruqa fl-inċineratur 1,000.00 Xogħlijiet Xogħolijiet ta’ estensjoni fis-sistema ta’ drenaġġ f’diversi lokalitajiet f’Għawdex 1,830.36 Xogħlijiet Kisi ta' sqaq fi Triq 13 ta' Diċembru, Nadur bil-monolithic concrete 749.00 Barra minn dawn L-Isptar Ġenerali għandu kuntratt mal-Koperattiva għall-ħasil tal-bjankerija li jammonta għal madwar Lm 8,000 fix-xahar. Il-pagamenti jsiru dejjem bl-approvazzjoni tal-Finanzi. * Approvat mill-Finanzi

Kordin Grain Terminal — CEO/Managers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'allowances u perks oħra għandhom is-CEO u ż-żewġ managers rispettivament tal-Kordin Grain Terminal u jista' jgħid xi profitti jew telf għamlet il-kumpannija Kordin Grain Terminal f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid ukoll f'dawn l-aħħar sentejn min kienu l-persuni li siefru f'isem it-terminal, fejn marru f'kull każ, x'kien l-iskop ta' kull żjara u x'kienet in-nefqa għal kull żjara?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorita' tat-Trasport — Impjegata

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta kienet impjegata ma' l-awtorita' tat-trasport il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u b'liema proċedura kienet impjegata? Kemm-il promotion ħadet minn dak iż-żmien 'il hawn, f'liema karigi u kemm żdiedet fis-salarju?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-persuna imsemmija kienet impjegata f'Lulju 2002 wara li saret sejħa ma' l-ETC. Ħadet promotion waħda dik ta' Training & Development Officer b'żieda f'salarju ta' Lm1515.

Universita' — Kors fil-Communications Studies

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li f'dawn l-aħħar tliet snin kienet tattendi kors fil-Communications Studies fl-Universita' kenitx qed issegwi dan il-kors bħala full time student u jekk tħallsitx f'kull sena l-istipendji?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li din l-istudenta attendiet l-kors B.Communications (Hons) full-time għal dawn l-aħħar erba' snin u ser tigradwa f'Novembru li jmiss. Informat ukoll li din l-istudenta ħadet stipendju għall-ewwel sentejn tal-kors imma ma ħaditx fl-aħħar sentejn, għax ma applikatx għalih. Informazzjoni oħra ta' natura personali ma' tistax tingħata minħabba l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. L-istudenta konċernata tista' tivverifika l-pożizzjoni tagħha mal-Bord dwar l-għotjiet ta' manteniment.

Enemalta — Kontijiet tad-dawl - ħlas ta' arretrati

Question

Fil-preżent, jista' il-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tal-kontijiet tad-dawl li l-korporazzjoni Enemalta għandha tiġbor? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tad-dawl? Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, kemm fil-fatt tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Kontijiet ta' l-ilma - ħlas ta' arretrati

Question

Fil-preżent, jista' il-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretarti tal-kontijiet ta' l-ilma li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha tiġbor? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet ta' l-ilma? Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, jista' jgħid kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċentri tas-saħħa — Persuni li ħadu d-drogi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-casualty jew ġo ċentri tas-saħħa minħabba tehid eċċessiv ta' droga, pilloli jew alkoħol din is-sena u x'eta' kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Persuni li jidħlu fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza tal-Isptar San Luqa u li jkunu konfermati li huma każijiet ta teħid eċċessiv ta' pilloli/droga jiġu ammessi għal kura fis-swali ta' l-isptar. Matul l-2004 sa l-20 ta' Ottubru daħlu 102 irġiel u 118 nisa.L-etajiet ivarjaw minn 15 sa 70 sena. Matul is-sena 2004, il-persuni li daħlu fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza għal teħid eċċessiv t'alcoħol u li ħtiġilhom kura fis-swali ta' l-Isptar San Luqa kienu 18 ħames (5) nisa u tlettax (13) -il raġel u dan sal-20 t'Ottubru 2004. L-etajiet varjaw minn 17 sa 84 sena. L-informazzjoni mitluba dwar iċ-Ċentri tas-Saħħa ma tinżammx.