Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġu mqabbda mas-sistema tad-drenaġġ ir-residenzi li baqa' fl-inħawi ta' Briguma, in-Naxxar, li mhumiex imqabbdin mas-servizz nazzjonali tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol meħtieġ biex jiġu mqabbda r-residenzi li baqa' mingħajr sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Birguma, miexi. It-tender biex jinxtraw il-pompi u trinek u tqegħid ta' mains, dalwaqt joħroġ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat taħrika mill-gwardjani lokali u l-pulizija dwar ħmieġ ta' klieb fit-toroq f'din l-aħħar sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 il-Pulizija ħarket 10 persuni dwar ħmieġ ta' klieb fit-Toroq. Infurmat ukoll li matul din is-sena il-gwardjani lokali ħarġu 92 taħrika dwar l-istess raġuni.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5274, 6171 u 7421, jista' il-Prim Ministru jgħid meta u jekk, se tingħata ż-żieda fuq is-sussidju lill-istudenti u ħaddiema Għawdxin minħabba ż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li wara li ġew mitluba dettalji mill-Ministeru tal-Finanzi, l-informazzjoni meħtieġa ġiet mgħoddija mill-Ministeru għal Għawdex lill-Ministeru tal-Finanzi.
Dan il-Ministeru, għalhekk, issa qed jipproċessa dan is-suġġett, li mistenni jkun finalizzat u konkluż fiż-żmien qarib.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8060 u 8059 jekk il-gvern diġa' jirrikonoxxi lill-Gozo Tourism Association, għaliex dak ir-rikonoxximent ma jiffigurax f'Kap. 409 tal-Liġijiet ta' Malta senjatament artikolu 3(2)(a)? Ma jaħsibx il-Ministru li ormai jekk il-Gozo Tourism Association hija rikonoxxuta dan għandu jiġi rifless fil-Liġi dwar is-Servizzi ta' l-iVjaġġar u t-Turiżmu (Kap. 409)?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onor Membru li hemm bosta aktar għaqdiet u assoċazzjonijiet li huma wkoll rikonoxxuti u li mhumiex membri ta' l-Awtorita` għat-Turiżmu ta' Malta. L-istess liġi tipprovdi għar-rikonoxximent ta' Għawdex bħala tali.
Inżid ngħid li r-rapport imħejji minn Deloitte & Touche dwar l-Awtorita` jaħseb ukoll biex Għawdex ikollu rappreżentanza xierqa billi jitqies bħala segment għalih.
Għawdxin — Sussidju għall-ġarr ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk is-sussidju li jingħata lill-Għawdxin għall-ġarr ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta bil-Gozo Channel huwiex se jibqa' jingħata?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6709 li għadha mingħajr risposta u cioe' peress li t-tariffi tar-Reġistru Pubbliku li ġew ippublikati riċentement jirriflettu żieda li hija d-doppju ta' kif kienu, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għal din iż-żieda daqshekk kbira? In oltre peress li żdiedu t-tariffi tar-riċerki wkoll, jista' jgħid jekk hux se jkun hemm titjieb fis-servizz tenut kont li r-riċerki qed idumu ħafna u qed isiru anke żbalji?
Response (BORG, TONIO)
L-aħħar żieda fit-tariffi taċ-ċertifikati ta’ l-Istat Ċivili saret f’Jannar tal-1998 u dik għas-servizzi li jingħataw lill-għarajjes fir-Reġistru taż-Zwiġijiet f’Awissu tal-1981. Minn dawk iż-żminijiet is-servizzi f’dawn iż-żewġ sezzjonijiet tar-Reġistru Pubbliku tjiebu bil-bosta u ma’ dan it-titjib żdiedet ukoll l-ispiża għad-Dipartiment, speċjalment f’investiment ta’ xiri ta’ IT equipment u ghall-izvilupp ta’ software programmes.
Rigward it-tariffi tar-riċerki, ta’ min wiehed jgħid li dawn żdiedu biss bi tlieta (3) fil-mija biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda fil-rata tal-VAT li daħlet fis-seħħ fuq il-prodotti u servizzi mill-1 ta’ Jannar 2004.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rappreżentant permanenti Malti għall-Unjoni Ewropea jagħmilx użu minn karozza bullet proof fi Brussels? Jekk fl-affermattiv, kemm inxtrat din il-karozza?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija numru 7409.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-indirizz tar-residenza uffiċjali tar-rappreżentant permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Kemm qiegħed jinkera dan il-post kull xahar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-Mistoqsija numru 6904.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-parti ta' fuq ta' Triq il-Pitkali, bejn il-ġibjun u l-pitkali fil-limiti ta' Ta' Qali, hijiex se tiġi mogħtija wiċċ ġdid peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7977 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li jinfetħu day centres għall-persuni b'diżabilita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fil-preżent għandna 9 ċentri ta' taħriġ fejn persuni b'diżabilita' jattendu kuljum. Għalissa m'hemmx il-ħsieb li jinfetħu Day Centres għal persuni b'diżabilita'.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għal pubblikazzjoni ta' "ONSITE"? Kemm hu n-numru li jiġi ipprintjat u lil min titqassam din il-pubblikazzjoni? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar ħarġa ta' din il-pubblikazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ispiża għall-pubblikazzjoni tal-magazine ONSITE hija ta' Lm1325, VAT inkluż, għal kull ħarġa li tkopri 10,000 kopja.
Dan il-magazine ġie ntrodott fl-1997 u kien maħruġ għall-ewwel darba, taħt l-isem APEX, f'Ġunju ta' l-istess sena u ġew stampati 7,000 kopja għall-prezz ta' Lm2068.57c, inkluż il-VAT u d-disinn tal-magazine (Lm667).
Fl-2001 ġie mibdul is-set-up tal-magazine kif ukoll l-isem li beda jissejjaħ ONSITE.
It-tqassim isir bis-servizz tal-Maltapost kif imsemmi hawn taħt:-
madwar 300 abbonat minn madwar Malta u Għawdex permezz tal-kupun stampat f'kull ħarġa;
il-Kunsilli Lokali kollha u madwar 50 kopja addizzjonali oħra f'Kunsilli fejn mitlub;
madwar 200 kopja mqassma fil-Ministeri kollha u diversi Dipartimenti tal-Gvern u NGOs;
100 kopja jinżammu fil-librerija tal-BICC
il-kumplament jiġi mqassam bil-posta,
unaddressed
, f'lokalitajiet differenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ftit kopji ta' l-aħħar magazine Onsite, Nru. 14.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għal pubblikazzjoni ta' "Insite"? Kemm hu n-numru li jiġi ipprintjat u lil min titqassam din il-pubblikazzjoni? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar ħarġa ta' din il-pubblikazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ispiża għall-pubblikazzjoni tal-magazine ONSITE hija ta' Lm1325, VAT inkluż, għal kull ħarġa li tkopri 10,000 kopja.
Dan il-magazine ġie ntrodott fl-1997 u kien maħruġ għall-ewwel darba, taħt l-isem APEX, f'Ġunju ta' l-istess sena u ġew stampati 7,000 kopja għall-prezz ta' Lm2068.57c, inkluż il-VAT u d-disinn tal-magazine (Lm667).
Fl-2001 ġie mibdul is-set-up tal-magazine kif ukoll l-isem li beda jissejjaħ ONSITE.
It-tqassim isir bis-servizz tal-Maltapost kif imsemmi hawn taħt:-
madwar 300 abbonat minn madwar Malta u Għawdex permezz tal-kupun stampat f'kull ħarġa;
il-Kunsilli Lokali kollha u madwar 50 kopja addizzjonali oħra f'Kunsilli fejn mitlub;
madwar 200 kopja mqassma fil-Ministeri kollha u diversi Dipartimenti tal-Gvern u NGOs;
100 kopja jinżammu fil-librerija tal-BICC
il-kumplament jiġi mqassam bil-posta,
unaddressed
, f'lokalitajiet differenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ftit kopji ta' l-aħħar magazine Onsite, Nru. 14.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7991, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont tat-taħrikiet li ngħataw mill-pulizija in konnessjoni mal-vetturi for sale ta' auto dealers matul din l-aħħar sena?
Jista' jgħid kemm ħarġu kontravenzjonijiet f'din l-aħħar sena fi Triq Imdina u Triq Valletta, f'Ħal Qormi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena tressqu quddiem il-Qorti seba' auto dealers talli eżebew karozzi għal bejgħ fit-triq. Tlieta kienu f'Ħal Qormi - tnejn Valletta Road u wieħed Canon Road - tnejn oħra kienu f'Birkirkara, ieħor f'Sta Venera u l-ieħor il-Mosta.