Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taxxi Interni — Income tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' taxxa ta' income tax li nġabret mill-gvern u li hija definittivament dovuta bħala refund lit-taxpayers imma li l-gvern għadu ma rrifondiex - skond is-sena ta' stima li nġabret din it-taxxa? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' taxpayers intitolati għal dawn ir-refunds? Peress li bosta taxpayers qed jilmentaw li ilhom żmien twil jistennew dawn ir-refunds, jista' jagħti l-ammonti li ġew refunded kull xahar matul din is-sena u jindika meta beħsiebu jirrifondi dawn l-arretrati dovuti lill-pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Enemalta — Kontijiet imħallsin mill-Gvern

Question

Kemm kien il-kont li l-Gvern ħallas lill-Enemalta għal-provvista tal-kurrent elettriku biex jinxtegħlu t-toroq ta' Malta matul is-sena 2003? Kemm kien il-kont għal-konsum fl-ewwel 6 xhur ta din is-sena, 2004? Kemm kien il-kont għal-konsum għall-provvista tal-kurrent eletriku li ħallas il-Gvern lill-Enemalta għall-użu fl-uffiċini u workships u stabbilimenti oħra kemm governattivi u dawk parastatali għall-istess perjodi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien nfurmat li l-kont ta' l-Enemalta għall-provvista tal-kurrent elettriku biex jinxteghlu t-toroq ta' Malta bejn Ottubru 2002 u Settembru 2003 kien ta Lm1,344,378. Il-kont għall-konsum bejn Jannar u Ġunju tas-sena 2004 għadu qed ikun maħdum. Il-konsum ta' l-elettriku minn uffiċini, workshops u stabbilimenti oħra Governattivi bejn Ottubru 2003 u Marzu 2004 kien ta' Lm3,932,420.

PBS — Konsulent tal-PBS

Question

X'inhi eżattament il-ħatra tal-persuna indikata separatament il-lum fil-PBS? Jaħseb il-Ministru li għadu mhux fl-interess tal-poplu li jiżvela x'kien qed jiswa lit-taxpayer dan il-konsulent tal-PBS? Jista il-Ministru jħabbar ir-remunerazzjoni, u vantaġġi oħra li jieħdu l-memmbri tal-Bord Editorjali.

Response (GATT, AUSTIN)

Il-persuna ndikata kienet oriġinarjament ingaġġata bħala konsulent editorjali tal-Bord tad-Diretturi. Illum tokkupa wkoll il-pożizzjoni taċ-Chairperson tal-Bord Editorjali u dan wara r-riformi li saru fil-PBS. Iż-żewġ pożizzjonijiet huma "full time". Iċ-Chairman tal-Bord Editorjali jitħallas l-istess bħaċ-Chairman tal-Bord tad-Diretturi. Kumplessivament, jiġifieri fiż-żewġ funzjonijiet tiegħu, il-persuna ndikata titħallas Lm684 fix-xahar u għandu rifużjoni tal-ispejjeż tat-telefon bħal membri tal-Bord tad-Diretturi.

Belt Valletta — Underground car park f'Misraħ San Ġorġ

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid fiex wasal il-proġett li jkun hemm underground car park f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt Valletta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta ta' underground car park f'Misraħ San Ġorġ tikkonċerna Ministeru ieħor u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorita' tad-djar — Bejgħ ta' residenzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm saru kuntratti ta' bejgħ ta' residenzi mill-awtorita' tad-djar lill-inkwilini bejn l-1998 u din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bejn l-1998 u Awwissu 2004, l-Awtorita' tad-Djar iffirmat 881 kuntratt għall-bejgħ ta' residenzi lill-inkwilini.

ETC — Job placements

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm saru job placements mill-ETC din is-sena? Kemm placements kienu mal-privat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' job placements li saru mill-ETC din is-sena s'issa kienu 1,724 , li minnhom 1,438 kienu mal-privat.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xgoħol

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC wara redundancy fl-impjieg preċedenti tagħhom matul din is-sena, xahar b'xahar u jindika wkoll ix-xogħol preċedenti tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Lulju 2004 kien hemm 1,510 persuna li ġew jirreġistraw għax-xogħol wara li sfaw issensjati (redundant). Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi minn liema settur kienu ġejjin dawn il-persuni.

ETC — Persuni li jinqatgħu mir-reġistru tax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jara għala persuna li tkun inqatgħet mir-reġistru tax-xogħol mill-ETC u tappella, trid tistenna ġieli anke ħamsa jew sitt xhur qabel ma tidher quddiem l-awtorita' nazzjonali tax-xogħol bil-konsengwenti tbatija għall-imsemmijin persuni li jkollhom jgħaddu x-xhur jittalbu għax ikun inqatgħelhom l-unemployment benefit? Tajjeb li wieħed jgħid li din hija prassi li ilha hekk is-snin u hija n-norma fi kważi l-appelli kollha li jsiru.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Awtorita' tiltaqa' regolarment darba fil-ġimgħa anke fix-xhur tas-sajf u tisma' għoxrin każ kull seduta. Fil-każ ta' Għawdex tagħmel seduti żejda biex tisma' il-każi f'Għawdex. Peress li xi każi jkollhom jiġu posposti u jistemgħu aktar minn darba dan il-fatt joħloq ċertu dewmien li l-Awtorita' m'għandiex kontroll fuqu.

Birkirkara — Fleur-de-Lys - Triq Borg

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7436, jista' il-Ministru jwieġeb dwar Borg Street, Fleur-de-Lys, Birkirkara (qegħda Borg Street waħedha)?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-bozoz f'Borg Street, Fleur-de-lys, B'Kara diġa' ġew devoluti u għalhekk jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali.

WSC — Kont ta' ilma tal-Gozo Heliport

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma tħallasx il-kont ta' l-ilma tal-Gozo Heliport bil-konsegwenza li l-water supply ġiet maqtugħa? Jista' jgħid għal kemm kien jammonta dan il-kont?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-kont ta' Lm12,430.42 thallas mill-MIMCOL permezz tac-cheque 8941 fil-5 t'Ottubru 2004.

Malta Dairy Products — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu sehem il-gvern fil-Malta Dairy Products? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema ma' l-MDP u kif inhuma mqassma skond il-grad?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern permezz tal-MDC, għandu shareholding ta' 450,000 'B' Shares ekwivalenti għal 30% fil-Malta Dairy Products. L-informazzjoni l-oħra ma tistax tingħata minħabba s-sehem minoritarju tal-Gvern.

Ċirkewwa — Irwejjaħ tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministrtu jara li jitneħħa l-inkonvenjent ta' irwejjaħ ta' drenaġġ li qed ikun hemm fiċ-Ċirkewwa, speċjalment matul il-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ser tieħu passi biex il-manholes tad-drenaġġ fuq il-medda li hemm fiċ-Ċirkewwa jkunu siġillati. B'hekk jispiċċa l-inkonvenjent ta' rwejjaħ li hemm fl-inħawi.

Pulizija — Persuni li tilfu ħajjiethom traġikament

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament din is-sena? X'eta' kellhom, ta' liema sess kienu u x'kienet il-kawża tal-mewt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 l-imwiet traġiċi irrapurtati lill-Pulizija kienu kif ġej: Kawża tal-mewt Irġiel Nisa Total ta’ vittmi Omiċidju 2 4 6 Inċidenti tat-traffiku 9 1 10 Suwiċidju 15 9 24 Inċidenti fatali oħra 12 6 18

Sptar San Luqa — Persuni li ddaħħlu fl-emerġenza

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar (emerġenza) minħabba teħid ta' droga u/jew alkoħol wara u waqt li saru parties lejliet l-Għid il-Kbir, lejliet Santa Marija u lejliet it-8 ta' Settembru u l-indipendenza? X'eta' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-isptarijiet.

Pulizija — Għassa waqt parties

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija għassa ġol-postijiet fejn saru parties din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 331 membru tal-Korp tal-Pulizija li kienu assenjati xogħol f'xi ħin matul din is-sena ma' postijiet ta' divertiment, inkluż parties.

Qrati — Reati konnessi ma' droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq reati konnessi ma' droga? Kemm minn dawn kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004, il-Pulizija akkuħat quddiem il-Qorti 501 persuna fuq akkużi konnessi mad-droga, li minnhom 57 kienu ta' nazzjonalita' barranija.

Ċentru Detox

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li għamlu użu mis-servizz tad-Detox din is-sena u x'eta' kellhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.