Persuni li rrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta' sport
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk persuni rrappreżentawx lil Malta f'xi sport ta' l-isparar f'dawn l-aħħar 11-il sena meta dawn ma kellhomx il-permess tal-pulizija to use and/or to keep a fire arm for sporting purposes? Jekk iva, kemm kellhom eta', fejn ħadu sehem u għaliex qed jintbagħtu atleti barra jirrappreżentaw lill-pajjiżna meta dawn kienu qed jiksru l-liġi? Jista' il-Ministru jgħid ukoll jekk din il-prattika hijiex se titkompla għad-detriment ta' dawk kollha li josservaw il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx tagħrif dwar persuni li jirrapreżentaw lil Malta f'xi sport ta' l-isparar jew xi sport ieħor. Għaldaqstant it-tagħrif mitlub ma jistax jinkiseb, pero' jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtina d-dettalji tal-persuni li qiegħed jirreferi għalihom, inkun nista' nitlob dan it-tagħrif.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru serqiet mid-diversi mużewijiet li hawn f'dawn l-aħħar ħames snin, x'insteraq u x'instab?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fis-sena 2000 insterqet statwa żgħira ta' anġlu, magħmula mill-irħam mill-Mużew ta' l-Arti u li din għada ma nstabitx.
Fl-2001 insteraq kwadru tal-Granmastru De Rohan, xogħol Giuseppe Grech mill-Mużew ta' l-Arti. Dan għadu ma nstabx.
Fit-22 ta' Mejju 2003 fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar minn waħda mis-swali ta' l-Armerija (Palace Armoury) insteraq 16th century steel lance head. Dan ġie rappurtat lill-pulizija u saru investigazzjonijiet. Dan ma ġiex irritornat.
Fit-18 ta' Mejju 2004 il-moon rock insterqet mill-Mużew ta' l-Istorja Naturali (Palazzo Vilhena). Dan ġie rappurtat lill-pulizija u saru investigazzjonijiet. Dan ma ġiex irritornat.
F'Ġunju - Lulju 2004 insterqet Airforce World War II Bicycle Headlamp li għandha ftit valur storiku, u kienet imlaqtha minn diversi spare parts. Sar rapport lill-pulizija. Din ma ġietx lura.
Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallas s'issa matul din is-sena f'children's allowance? Kemm-il familja qed tibbenefika? Kemm hu maħsub li se tkun is-somma totali li se titħallas f'din is-sena finanzjarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-Ministru f'bosta diskorsi pubbliċi tkellem dwar school clusters, jista' jgħid jekk hemmx xi proposta li diġa' ġiet diskussa fil-kabinett?
Jista' jgħid jekk sarux stimi ta' kemm se tiġi tiswa?
Meta hu maħsub li din is-sistema se tibda?
Response (GALEA, LOUIS)
Proposti dwar riformi fil-qasam ta' l-edukazzjoni għad iridu jiġu preżentati lill-kabinett u wara jiġi publikat dokument għad-diskussjoni.
Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji tuża l-Universita' ta' Malta sabiex tintroduċi korsijiet ġodda kemm full time kif ukoll part-time?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' tindroduċi korsijiet ġodda meta jkun hemm xi talba speċifika minn xi entita' governattiva jew meta b'mod ieħor isir magħruf li hemm il-ħtieġa ta' xi speċjalizazzjoni partikolari. Korsijiet ġodda jistgħtu jkunu introdotti wkoll b'inizjattiva ta' xi Dipartiment akkademiku. Kull proposta tiġi eżaminata u diskussa l-ewwel fi ħdan id-Dipartiment li jkun qed jipproponiha, wara fil-Bord tal-Fakulta u mbagħad ma sotto-kumitat tas-Senat u finalment titressaq għal approvazzjoni tas-Senat biex jittieħdu inkonsiderazzjoni kemm fatturi akkademiċi kif wkoll fatturi ta' finanzi u l-ħtieġa tal-kors propost.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw exemptions lil studenti barranin mill-ħlas ta' tariffi ta' l-Universita' f'dawn l-aħħar erba' snin?
Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull sena b'mod separat?
Jista' jgħid ukoll xi kriterji jintużaw għal dawn l-eżenzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li applikazzjonijiet għal eżenzjoni kien hekk:
2000/2001 - 8 Eżenti
2001/2002 - 11 Eżenti
2002/2003 - 25 Eżenti
2003/2004 - 41 Eżenti
Il-kriterja mogħtija mill-Ministeru ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew aċċettati studenti fl-ewwel sena fl-Universita' ta' Malta? Jista' jgħid f'liema korsijiet?
Jista' jgħid ukoll ta' liema nazzjonalita' huma u kemm hemm minn kull pajjiż?
Response (GALEA, LOUIS)
In-numru ta' studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fl-Universita' ta' Malta kors b'kors u mill-liema nazzjonalita' ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid min jeżerċita kontroll fuq korsijiet universitarji li jiġu offruti lill-Maltin, anke permezz ta' reklami fil-gazzetti, fuq il-kontenut tal-korsijiet offruti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Onor. Membru konċernat qed jsemmi 'korsijiet offruti lill-Maltin permezz ta' reklami fil-gazzetti', nassumi li qed jirreferi għall-korsijiet offruti minn Universitajiet barranin. Ninsab informat li l-Universita' ta' Malta ma għandiex taqsam ma' dawn l-Universitajiet.
Il-liġi dwar l-edukazzjoni bħalissa ma tipprovdix b'mod adegwat għall-kontrolli meħtieġa. Hu maħsub li din il-kwestjoni tiġi trattata fil-proposti ta' tibdil fil-liġi konċernata.
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li koppja anzjana li għandha tifel b'diżabilita' - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tiġi akkomodata f'post f'Raħal Ġdid, ħdejn binthom minħabba li din il-koppja qed tibża li meta tiġi nieqsa binhom ma jkunx kapaċi jfendi għal rasu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex jilqa' it-talba tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - peress li mhijiex sodisfatta bir-risposta li ngħatatilha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet nfurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlet persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - biex tibbenefika minn skema ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fid-29 ta' Settembru 2004, l-Awtorita' tad-Djar infurmat bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Dipartiment tat-taxxi interni — Ħlas ta' taxxa fuq wirt
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk persuna li tgħix f'post li ġie għandha b'wirt fl-1992 tridx tħallas it-taxxa fuq il-wirt? Jekk fl-affermattiv, kemm għandha tħallas taxxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għar-rigward ta’ persuni li mietu fl-1992 sal-24 ta’ Novembru, 1992 il-proprjetà ta’ dik il-persuna li mietet inkluża dik il-proprjetà konsistenti fid-dar li fiha kien jirresjedi l-werriet hi soġġetta għat-taxxa taħt il-provvedimenti ta’ l-Att ta’ l-1973 dwar it-Taxxa tal-Mewt u Donazzjoni (Kap 239).
Għar-rigward ta’ proprjetà immobbli nklu
ża d-dar ta’ residenza tal-werriet ta’ xi persuna
li mietet fil-25 ta’ Novembru, 1992 jew wara dik id-data, tali proprjetà tkun soġġetta għat-taxxa taħt l-Att ta’ l-1993 dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap 364).
F’kull waħda miż-żewġ liġijiet
ċitati hemm kontemplati bosta rati diversi ta’ taxxa fuq tali proprjetà immobbli.
(Tweġiba mogħtija: 27/10/2004PM)
(Seduta Numru: 178)
Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali milli joħroġ ir-relief lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-Institute of Health Care fl-ewwel sena akkademika?
Jista' jgħid ukoll dawn l-istudenti ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 242 student daħlu fl-Institute of Health Care din is-sena, inkluż żewġ barranin ta' nazzjonalita' Niġerjana.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7657 u cioe' jista' jgħid x'inhu sehem il-gvern fil-Malta Dairy Products? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema mal-MDP u kif inhuma mqassma skond il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.