Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li f'Jannar 2004 il-cost controllers ta' l-isptar Mater Dei, Howarth Harris kellhom ir-rata tal-ħlas tagħhom miżjuda minn 0.8% għal 0.82%?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata li biha kienu jitħallsu l-Cost Controllers sal-31 ta' Diċembru 2003 kienet tinkludi l-VAT. Peress li l-VAT żdiedet minn 15% għal 18%, iż-żieda minn 0.8% għal 0.82% tirrifletti ż-żieda fil-VAT. Il-ħlas net lill-Cost Controllers ma żdiedx.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - inħatret konsulent għall-ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Il-kuntratt ġie tterminat? Jekk fl-affermattiv, meta? Kemm kien il-ħlas kollu tal-konsulenza? X'xogħol għamlet għall-ministeru tul il-perjodu tal-konsulenza?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-persuna li isimha ntbagħat separatament iffirmat kuntratt ta' konsulenza mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin b'effett mill-1 ta' Ġunju 2002 għall-perjodu ta' sena. Il-kuntratt ġie sussegwentament mitmum fl-aħħar ta' Mejju 2003.
Il-ħlas sar kif stipulat fil-kuntratt imsemmi jiġifieri total ta' Lm12,990 eskluża l-VAT għal 430 siegħa ta' konsulenza lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
Kif hemm spjegat fil-kuntratt stess, ix-xogħol kien jikkonsisti "designing and implementing, in collaboration with Ministry staff, a communication strategy aimed at raising awareness of Malta overseas, and raising awareness of Malta's foreign policy both locally and overseas".
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati li jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern li fl-aħħar disa' xhur qalgħu f'xi xahar bejn Lm100 u Lm200 f'overtime, jew iktar minn Lm200 f'overtime?
X'kien il-grad tagħhom u f'kull każ separat kemm kien l-overtime għall-aħħar disa' xhue?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba huma kif ġej hawn taħt:
Grad
Nru. fil-Grad
Overtime
Nru. fil-Grad
Overtime
Ammont
Mħallas
Lm100-Lm200
Lm200 u aktar
Lm
Care Workers
9
1
3,203.80
Ass. Care Workers
4
Nil
1,837.68
Hosp. Auxiliary
1
Nil
104.56
Nursing Aides
3
1
826.46
Enrolled Nurse
1
Nil
101.82
Cook
Nil
1
1,637.37
Jista' il-Ministru jgħid ħarġitx sejħa għall-ingaġġ ta' pharmacy technician mid-dipartiment tas-saħħa jew mill-FMS fl-aħħar sena u nofs? Jekk fl-affermattiv, meta saret din is-sejħa? Kemm applikaw? Kemm intgħażlu, x'inhu l-isem u l-ID card ta' kull wieħed jew waħda minnhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul l-aħħar sena u nofs kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Pharmacy Technician fid-Diviżjoni tas-Saħħa fid-19 ta' Marzu 2004. Kienu applikaw sitta u ntgħażlu erbgħa. Ir-riżultat ta' l-intervista kien ġie ippubblikat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u kien twaħħal fin-Notice Board fl-uffiċċju ta' l-istess kummissjoni kif ukoll fid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Mill-FMS ma ħarġet l-ebda sejħa għall-ingaġġ ta' Pharmacy Technician fl-aħħar sena u nofs.
Qiegħed inpoġġi kopja tar-riżultat fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex studenti li qed jattendu l-annex fin-Naxxar ta' l-iskola Vincenzo Borg Braret u li joqogħdu fl-area Tas-Sagħjter in-Naxxar jiġu provduti bi trasport minħabba li ta' spiss qed jiġi rifjutat trasport lilhom minħabba li l-private tkun imballata bl-istudenti, inkluż studenti bil-wieqfa?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8195, jista' il-Ministru jgħid liema kienet l-awtorita' li ma tatx permess li jitwaħħal arloġġ fil-venda ta' Ħal Qormi? Meta saret it-talba? Minn min saret? Għaliex ġiet rifjutata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi mill-1993, l-Awtorita' li qabel kienet imsejħa l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kienet iddeċidiet li tinstalla arloġġi fil-vened kollha ta’ Malta sabiex tgħin tirregolarizza it-tluq ta’ l-iskedi ta’ tal-linja.
Rigward dan, l-Awtorita' kienet għamlet diskussjonijiet u laqgħat fuq il-post ma’ uffiċjali tal-MEPA, li dak iż-żmien kienet imsejħa l-Awtorita' ta’ l-Ippjanar. Dawn il-laqgħat saru bejn Marzu u April ta' l-1993.
Wara dawn il-laqgħat ġie stabbilit illi f’ċertu vened ma setawx jiġu mwaħħla arloġġi. Dan minħabba li l-arloġġi ma kinux kompatibbli mal-policies relatati mal-konservazzjoni ta’ postijiet urbani u ċentri ta’ l-irħula, liema policies kienu jitħaddnu dak iż-żmien mill-Awtorita' ta’ l-Ippjanar.
Minħabba f’hekk, ċertu vened li huma lokati f’dawn it-tip ta’ lokalitajiet f’Malta, bħalma hi l-venda ta’ Ħal Qormi, ma ġiex installat arloġġ.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8195, jista' il-Ministru jgħid fin-nuqqas ta' arloġġ fil-venda ta' Ħal Qormi, x'qiegħed isir biex ikun assigurat li karozza tal-linja titlaq fil-ħin stipulat u mhux ftit qabel jew ftit wara minn fuq il-venda, anke meta r-rotta tkun qed topera bħala waħda ċirkolari minflok venda? Saru spezzjonijiet? Ġie żvelat xi abbuż?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi sa’ l-10.00 ta’ filgħodu, l-ħin tat-tluq qed isir skond l-iskedi u dan qed jiġi ikkontrollat mill-Ispetturi li għandha impjegati magħha l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u dan peress li t-Transport Assistants ta’ l-Awtorita' mhux qed jiġu dettaljati hemmhekk.
Mill-ispot checks li qed isiru mill-Awtorita' ma jidhirx li hemm xi abbuż u dan specjalment minħabba l-fatt li meta rotta tkun ċirkulari, il-vjaġġ bilfors jitwettaq għax il-vettura jkolla in-nies mgħobbija.kemm għall-Belt u kemm għal l-area ta’ Triq Aniċi.
Jista' il-Ministru jinvestiga żbroff kbir li hemm f'Pembroke biswit il-ground tal-football ta' Pembroke li ġieli nġabar f'għadira? Jista' jissewwa mill-iktar fis, la huwa ta' ħsara kbira għat-tfal u nies oħra, u anke fl-isfond li hemm lukanda ewlenija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex tissolva problema li nħolqot fir-rotta 15 ta' Santa Luċija, fejn issa wara l-l0.00 a.m. ir-rotta 15 qed tiġi mdawwra għal 115 u b'hekk il-karozzi tal-linja minflok qed jitilqu minn Santa Luċija qed jitilqu minn Birżebbuga u sakemm jaslu Santa Luċija diġa' ikunu mimlijin, għad-detriment tar-residenti ta' Santa Luċija li ta' spiss qed jitħallew l-art? Jistgħu jittieħdu passi mill-aktar fis peress li qabel kien ikun hemm venda filgħodu f'Neighbourhood 2 li issa spiċċat, u għaldaqstant m'għadux ikun hemm karozzi vojta filgħodu meta f'dan il-ħin id-domanda għat-trasport pubbliku tkun kbira ħafna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi mill-informazzjoni li qed tinġabar wara l-istħarriġ li sar fit-tieni ġimgħa tal-bidu ta’ l-operat ta’ dan is-servizz, ma kienx irriżulta illi ir-rotta 115 qed tkun mimlija wara l-10.00 ta’ filgħodu. Madankollu, l-Awtorita ser tagħmel stħarriġ ġdid rigward din ir-rotta.
Il-venda ta’ filgħodu f’ Neighbourhood 2 għadha qed tiġi operata sa l-10.00 ta’ filgħodu, għaldaqstant ikun hemm l-karozzi tal-linja neċessarji. Wieħed irid jinnota illi qabel ma ġie introdott is-servizz l-ġdid, l-venda xorta kienet topera jiġifieri sa l-10.00 ta’ filgħodu. Dan għaliex wara l-10.00 ta’ filgħodu ir-rotta kienet taħdem fuq bażi ċirkulari.
Bl-introduzzjoni tas-servizz l-ġdid l-passiġġier qed ikollu aċċess li jmur minn u lejn Birżebbuġia.
Peress li f'Avviż Legali 259 ta' Mejju li għadda hemm stipulati r-rati l-ġodda ta' tnaqqis mill-pensjoni ta' dawk l-anzjani rikoverati fi sptarijiet tal-gvern jew djar ta' l-anzjani, u peress li dawk l-anzjani li tpoġġew f'kategorija 2 ta' livell ta' trattament, jista' il-Ministru jivverifika/jeskludi jekk hux minnu li dawk l-anzjani rikoverati f'San Vincenz de Paule mhumiex se jiġu klassifikati f'din il-kategorija awtomatikament u irrispettivament mil-livel ta' kura li jkunu qegħdin jingħataw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Iterpellant li r-residenti ta' San Vinċenz de Paul huma kollha kklassifikati bħala kategorija tat-tieni (2) livel.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-MEPA ma' sid privat biex itella' ħajt mal-plot privat tiegħu - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - minħabba li dan qed ikun użat bħala miżbla b'inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?
Awtorita' nazzjonali tax-xogħol — Qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jindika kemm saru appelli quddiem l-awtorita' nazzjonali tax-xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol din is-sena kif ukoll kemm inqatgħu appelli fl-istess perjodu u kemm minn dawn kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid, din is-sena kemm persuni ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u għala nqatgħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar sa' Lulju 2004 inqatgħu 676 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru b'deċiżjoni tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Minn dawn il-676 persuna, 214 nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 279 irrifjutaw opportunita' ta' xogħol, filwaqt li 183 persuna rrifjutaw opportunita ta' taħriġ. F'dan l-istess perjodu kien hemm 12,801 persuna li ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom. Il-figura trid tiftiehem fid-dawl tan-numru kbir ta' persuni li f'ħin jew ieħor tul is-sena imissu mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, kull tant aktar minn darba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid: din is-sena u s-sena l-oħra: 1) kemm ġew introdotti kawżi maqsuma skond kull qorti kompetenti; 2) kemm ġew deċiżi kawżi maqsuma skond kull qorti kompetenti; 3) kemm kien hemm kawżi pendenti maqsuma skond kull qorti kompetenti; u 4) kull imħallef u maġistrat kemm kellu kawżi pendenti fl-aħħar tax-xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni kollha minnu mitluba tista' faċilment tinkiseb mis-sit www.justice.gov.mt taħt Statistics li tinsab f'Court Services. L-istatistika tinkludi kemm kawżi Ċivili kif ukoll dawk Kriminali u tinkludi kawżi pendenti, introdotti u maqtugħa (deċiżi) għal kull Qorti u għal kull ġudikant. L-istatistika tmur lura sal-2000 u hija aġġornata sa Awissu 2004. Kopja qegħdha tiġi hawn annessa.
Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' parteċipanti fi Skola Sajf din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' parteċipanti li attendew Skolasajf 2004 hu hekk:
Skolasajf Malta 3098
Klabbsajf Malta 187
Ċentri Speċjali Malta 74
Skolasajf Għawdex 309
Klabbsajf Għawdex 69
Ċentru Speċjali Għawdex 17
Total 3745
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, sena b'sena mill-1999 sa l-2004 (s'issa),: a) l-ammont totali ta' multi ordnati mill-qrati; b) l-ammont ta' flus miġbura minn ħlas ta' multi; c) l-ammont li għadu pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:-
Sena
Ammont Inflitt
Lm
Total ta' ammont miġbur
Lm
Ammont pendenti
Lm
1999
175,853.75
203,009.75
106,625
2000
224,266.75
358,605.75
74,884
2001
237,104.41
220,082.41
199,757
2002
354,523.05
314,968.05
179,173
2003
806,069.23
424,065.23
508,852
2004*
1,273,752.40
238,304.40
1,035,448
* Sas-16 ta' Awissu.
Tista' il-Ministru tgħid kemm fis-17 ta' Awissu 2004 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni li l-gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' taħt id-dekasteru tagħha u tindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li jirċievi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed nifhem li b'"konsulenti" L-Onor. Interpellant qed jirreferi wkoll għall-għoti ta' servizzi professjonali. Għalhekk, qed ninkludi din l-informazzjoni fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili jew ma' kumpanniji/entitajiet li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fihom li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8200 fis-Seduta Numru 176.
(Tweġiba mogħtija: 27/10/2004PM)
(Seduta Numru: 178)
Enemalta/WSC — Qtugħ fis-servizz tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni u/jew azjendi li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u/jew ilma għax waqgħu lura fil-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-ewwel t'Awwissu sal-11 t'Ottubru 2004 in-numru ta' persuni u/jew ażjendi li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl kien ta' 571 fil-waqt li ta' l-ilma kien ta' 96.