Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huwa responsabbli mill-Pill Box ta' żmien il-gwerra li hemm fi Triq Salvu Buhagiar f'Wied il-Għajn? Jista' jgħid x'inhu jsir biex jiġi evitat l-abbuż li qiegħed iseħħ f'din il-Pill Box li hija aċċessibli għall-pubbliku minn bieba li qed titħalla dejjem miftuħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-pillbox in kwistjoni hija proprjeta' tal-Gvern u bħalissa mhix mikrija. Ser jittieħdu l-passi neċessarji biex l-aċċess għaliha jkun magħluq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu permess li jgħabbi tfal ta' l-iskola mini van? Huwa permess li f'mini van jitgħabbew 18-il tifel uħud minnhom bil-wieqfa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li skond ir-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur fejn ikun qed isir trasport ta’ tfal li ma jkollhomx aktar minn 10 snin, jistgħu jiġu trasportati tlett’itfal fuq seats li normalment jistgħu joqogħdu fuqhom żewġ passiġġieri basta jkunu jistgħu joqogħdu bilqiegħda b’kumdità.
Ir-regolamenti jipprovdu wkoll għal meta jkun hemm taħlita ta’ studenti li jkunu qegħdin jiġu trasportati f’
minibuses,
jiġifieri taħlita ta’ tfal li jkollhom sa 10 snin u tfal li jkollhom aktar minn 10 snin. Fejn dan ikun il-każ, ikunu jistgħu jitgħabbew erbat’itfal aktar min-numru ta’ passiġġieri li jkun jidher fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura.
Fi kwalunke każ, qatt m’għandhu jkun hemm tfal bil-wieqfa.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 24760 fejn il-Ministru qal li x-xogħlijiet fl-area ta' Sur Santa Liena, Bormla kienu mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin fejn anke ħarġet tender, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li llum 5 xhur wara li saret din il-mistoqsija għadu ma sar xejn? Jista' jgħid meta se jibda dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jdum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant li l-ADT tikkonferma li xogħlijiet f'din it-triq se jinbdew fil-ġranet li ġejjin peress li kien hemm id-diskussjonijiet bejn l-entitajiet li ħadu daqsxejn żmien aktar milli mistenni. Dawn id-diskussjonijiet waslu fil - final u kif ikunu ffinalizzati l-kuntrattur jkun jista' jibda x-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-art li bħalissa tinsab żdingata fi Triq il-Mitjar, Ħal-Luqa hija ntenzjonata biex tigi żviluppata fi ground tal-football?
Jekk iva, jista’ jgħid kemm se jkun kbir dan il-
ground
? Min se jidħol għal din l-ispiża biex jinbena?
F’idejn minn se jitħalla biex jitmexxa? Meta se jinbeda x-xoghol?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva, l-Gvern ċentrali ser jizviluppa din l-art li tħalliet zdingata f'faċilita' sportiva għall-poplu ta' Ħal Luqa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat min-naħa tad-Dipartiment tat-Toroq jew xi enti oħra pubblika li t-triq li twassal għall-Qormi Clay Shooting Club f’Tal-Ħandaq tiġi rranġata flimkien mal-parking area li hemm biswit dan l-istess club? Jekk iva, meta se jsir dan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi ser issir speżżjoni biex nistħargu aħjar sabiex nkunu f’pożiżżjoni li nieħdu deċiżjoni.
Tista' l-Ministru tikkunsidra li tirrakkmanda li tingħata aktar għajnuna lill-Equal Partners Foundation peress li x-xogħol tagħhom, u allura l-ispejjeż involuti, żdied sostanzjalment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Għaqda Volontarja ndikata mill-Onor. Interpellant għamlet talba għall-fondi lill-Kumitat għall-Għażla ta’ Proġetti mill-Għaqdiet mhux Governattivi. Din it-talba qed tiġi kkunsidrata minn dan il-kumitat li eventwalment jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar l-allokazzjonijiet ta’ fondi lil dawn l-għaqdiet.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jirrakkmanda li ssir zebra crossing bil-pelican lights fil-bypass ta' l-Imtarfa peress li din saret popolari ħafna mal-pedestrians mindu ġiet riabilitata? Inħoss li l-post ideali jkun faċċata tat-triq li tagħti għal Mtarfa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT qed tikkunsidra din il-
proposta u d-design uit ser taħdem biex tkun ippjanata din il-
pelican crossing.
Jista' l-Ministru jikkonferma li f'Tas-Sliema l-iskema tal-galleriji tkun valida għar-residenzi li hemm f'Tas-Sliema kollha? Meta se tibda u jekk min għamel ix-xogħol fuq dawn il-galleriji matul 2007, ikunx intitulat għal għajnuna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn din l-iskema se jibbenifikaw residenzi li jinsabu f'żoni ta' Konservazzjoni Urbana (CA, Urban Conservation Areas) u bini skedat fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex. Mhux eskluż li eventwalment din il-miżura tkun estiża f'żoni oħra. L-applikazzjonijiet ikunu jistgħu jinġabru mill-kunsilli lokali kollha ukoll mill-15 ta' Ottubru 2007. Nimmaġina li l-Onorevoli Interpellant japrezza li t-talba għax-xogħol trid tiġi eżaminata qabel ma tiġi awtorizzata. Xogħlijiet diġà lesti ma jiġux finanzjati.
Jista' l-Ministru jara li jieħu azzjoni dwar l-istat zdingat ta' l-iskola Maria Goretti f'Hal Tarxien? Hemm bżonn li l-ħajt ta' barra l-iskola li qed jaqa' u qiegħed fi stat perikoluż jerġa' jinbena jew jissewwa. Hemm problema kbira ta' ġrieden li jinġabru madwar il-bring in sites biswit l-iskola u fl-għelieqi tal-madwar. Dawn il-ġrieden qed joħolqu problemi għall-iġene tat-tfal ta' l-iskola stess u għar-residenti tal-madwar. Jista' l-Ministru jara li l-ambjent ta' l-iskola jitnaddaf mill-iktar fis possibbli?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni diġa' ħadet il-passi meħtieġa biex jiġi rimedjat l-istat tal-ħajt ta' barra ta' l-iskola. L-iskola tinzamm ukoll fi stat nadif. L-Onor. Membru jaf li l-Kunsill Lokali hu responsabbli għall-bring in sites u l-għelieqi tal-madwar u mhux l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-direzzjoni tat-traffiku li tgħaddi minn Triq l-Għaqdiet tal-Ħaddiema u t-toroq tal-madwar inbiddlet diversi drabi għad-detriment ta' ħafna mir-residenti li joqogħdu fiz-zona ta' Għajn Dwieli, Raħal Ġdid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-tibdil fid-direżżjoni tat-traffiku fi Triq Għaqdiet tal-Ħaddiema kien riżultat tat-tibdil fid-direżżjoni tat-traffiku fi Triq Wied Blandun. Dan it-tibdil fid-direżżjoni tat-traffiku fi Triq Wied Blandun kien fuq strużżjonijiet diretti mill-puliżija. Kopja ta’ l-ittra datata 15 ta’ Frar 2007 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wara li ntlaħaq ftehim bejn il-kunsilli lokali tal-Fgura u ta’ Raħal Ġdid, l-Awtorita’ Dwar it-Trasport u l-Puliżzija, sar it-tibdil fi Triq Għaqdiet tal-Ħaddiema li kien meħtieg sabiex jikkomplimenta t-tibdil fi Triq Wied Blandun. Kopja tal-minuti ta’ laqgħa li saret fit-12 ta’ Ġunju qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Iżda dawn l-arranġamenti kienu maqbula għal perjodu ta’ prova ta’ tlett xhur, liema perjodu sewa bħala prova għas-sistema.
L-Awtorita’ Dwar it-Trasport flimkien mall-puliżija eżzaminat u sar monitoraġġ tas-sistema tat-traffiku w sussegwentement sar qbil li jsiru xi xogħolijiet zgħar ta’
upgrading
fuq ir-roundabout ta’ Wied Blandun sabiex Triq Wied Blandun u Triq Għaqdiet tal-Ħaddiema jerggħu għal li kienu. Dwar dan irid isir qbil ukoll mall-kunsill lokali ta’ Raħal Ġdid u tal-Fgura.
Jista' l-Ministru jgħid l-Enemalta kemm xtrat steel poles, kemm transmission u kemm lighting poles u kemm ħallset għalihom sena b'sena mill-2004 sal-lum? Kif xtrat u kemm ġew jiswew l-istreet lanterns kollha (70W, 150W, 250W) li nxtraw mill-Enemalta bejn 2000 sal-lum sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Apparat energy saving
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma saret l-ebda nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 minn dan il-Ministeru u d-dekasteru u enti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul Jannar, Frar u Marzu 2007 kien hemm tliet (3) uffiċjali fi skala 1 sa 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni.
Tnejn minn dawn l-uffiċjali kienu Senior Registrars (li rriżenjaw), filwaqt li l-ieħor kien Direttur (li għalaqlu l-kuntratt u ma reġgħax applika).
Ir-riżenji ta' l-imsemmija żewġ uffiċjali u d-deċiżjoni li l-uffiċjal l-ieħor ma japplikax għall-istess pożizzjoni mhux magħrufa.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta' energy saving allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, d-dekasteri u l-enti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?