Legislature:
Category:
Reset
Active:

Seduta tas-sanita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ttieħdux proċeduri kriminali għas-seduta tas-sanita' fil-konfront tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u dan wara li sar rapport permezz ta' interpellanza legali fl-4/10/04 minn persuni - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - liema interpellanza ġiet ukoll faxed lill-istess dipartiment tas-sanita' fit-18/10/04?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Ispetturi tas-Saħħa għamlu spezzjoni fil-fond inkwestjoni fl-20 t' Ottubru, 2004 u l-ilment bil-miktub li dan id-Dipartiment irċieva fis-7 t'Ottubru ma ġiex ikkonfermat waqt din l-istess spezzjoni. Nissuġerixxi li l-ilment dwar ħsejjes li ħerġin mill-fond indikat, kif ukoll l-ilment dwar shaft li allegatament mhux skond il-liġi għandhom jiġu riferuti lid-Dipartiment konċernat peress li tali lment ma jaqgħux taħt ir-responsabilita' tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Madankollu, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta bil-miktub ser timgħata fl-iqsar żmien possibbli.

Sptar San Luqa — Pain Management Clinic

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jaħsibx li l-pain clinic fl-isptar San Luqa għandux jiġi żviluppat aktar billi għallinqas toħroġ call for applications għal post ta' pain management nurse? Jekk hemm qbil, meta hu maħsub li joħorġu dawn il-call for applications? Kemm hemm staffjaħdem fil-pain management clinic u x'inhu l-grad tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Pain Clinic titmexxa minn Deputy Nursing Officer li taħdem flimkien ma' diversi tobba u speċjalisti oħrajn li joffru s-servizzi fil-Pain Management Clinic. Il-Pain Clinic ser ikompli jiġi żviluppat fil-futur u jinħarġu postijiet skond dawn l-iżviluppi.

Marsa Garage — Technical Officer

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mir-riżultati għal technical officer għas-sejħa għal promotion li kienet saret fil-Marsa garage f'Marzu 2003 (Ref: MPO173/2001)

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-intervisti għas-sejħa għall-applikazzjonijiet ġew konklużi. Il-Bord tal-Għażla qiegħed jiffinaliżża r-rapport tiegħu skond ir-riżultati ta' l-intervista sabiex jissottomettieh lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u lid-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.

MEPA — Awditur

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-sentenzi li ngħataw sal-lum mill-awditur tal-MEPA, li ismu qiegħed jintbagħat separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Membru mitlub jinnota li Art. 17Ċ(4) tal-Liġi dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp jistipula li : “L-Awtorita’ għandha tibgħat kopja ta’ kull rapport miktub mill-Uffiċjal dwar il-Verifika lill-Ministru u għandha tinfurmah b’kull azzjoni li tkun ħadet fir-rigward tar-rapporti ta’ l-Uffiċjal dwar il-Verifika u fejn ma tieħu l-ebda azzjoni kif ikun irrakkomanda l-Uffiċjal dwar il-Verifika, għandha tinforma lill-Ministru bir-raġunijiet għalfejn m’ għamlitx dan.” Sadanittant peress li sa llum ma ngħata lili l-ebda rapport mill-Awtorita’ dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Uffiċjal dwar il-Verifika u l-azzjoni li din tkun ħadet, ma nħossx li għandi ngħaddi l-kopji ta’ dawn is-sentenzi f’dan l-istadju.

Ta' Qali — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8275 u cioe' jgħid jekk hemmx ħsieb li l-parti ta' fuq ta' Triq il-Pitkali, bejn il-ġibjun u l-pitkali fil-limiti ta' Ta' Qali, hijiex se tiġi mogħtija wiċċ ġdid peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari No. 8275.

Marsa sports ground — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fil-Marsa sports ground minħabba li qegħdin joħolqu inkonvenjent kbir lill-għaqdiet li jużaw dawn il-faċilitajiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li x-xogħlijiet ta' twessiegħ tal-Korsa ta' l-ilma f'din iż-żona waslu fl-aħħar fażi, jonqos biss it-twaqqiegħ ta' pont u bini mill-ġdid ta' l-istess pont b'wiesa' li jaqbel mal-kanal. Dan ix-xogħol ġie ppjanat biex jinbeda wara l-logħba nternazzjonali tar-rugby tas-6 ta' Novembru 2004 biex ix-xogħol fuq dan is-sit ma jfixkielx il-parteċipazzjoni tal-pubbliku għal din l-okkażjoni.
Leg 10 PQ #8458 Sitting 179 2004-11-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Ħaddiema

Question

Tista' il-Ministru tagħti d-dettalji ta' l-impjegati kollha li hemm jaħdmu fil-Qorti ta' Għawdex? Hemm xi ħadd minnhom li ġie trasferit għal dipartiment ieħor u għadu jitħallas mill-fondi allokati lill-Qorti ta' Għawdex? Jekk dan huwa minnu, tista' il-Ministru tispjega l-attendenza għax-xogħol ta' din il-persuna? Kemm kienet l-attendenza ta' din il-persuna f'dawn l-aħħar xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, ara tabella hawn annessa. NAME GRADE Abbas M’Assunta General Hand Attard Francis Principal Attard Mary Jane Asst. Principal Attard Hili Dr Aaron Jud. Assistant Azzopardi Maryanne E.O. Bajada M’Angelo Marshal Buhagiar Frank Sen. Post Person Buttigieg Eve E.O Calleja Gregory Clerk Caruana Lawrence Clerk Cini Joe Fitter Coppoini Magistrate Dr Paul Magistrate Curmi Joseph Court Usher Debono Borg Dr Mary Director & Registrar Dingli Augustine Clerk Formosa Francis Sen. Operative Formosa Louis A / P Galea Maria Postperson Gauci Eucharist G/Hand Grech Joseph Clerk Grech M’Assunta S/Court Recorder Micallef John L/B/Binder Mizzi Anthony Senior Principal Portelli Antoinette Clerk Portelli Mario Marshal Refalo Jane Asst. Registrar Spiteri Victoria E.O. Sultana Fortunato General Hand Tabone Joanne E.O. Tewma Francis General Hand Xuereb Emanuel General Hand Xuereb Joseph Marshal Xuereb Maureen Asst. Principal Zahra Raymond Health Assistant Zammit Georgina Clerk Zerafa Maria Regina General Hand Jiena nfurmata li Maria Galea, Postperson, irrapportat ghax-xoghol fil-Qorti ta’ Għawdex fi ħdan id-Dipartiment tal-Customer Services fit-3 ta' Novembru 2003 pero' wara ftit jiem bdiet tirrapporta għax-xogħol fid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp.

Ħal Ferħ — impjegati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8234 u cioe' jista' jgħid x'se jsir mill-ħaddiema ta' Ħal Ferħ issa li l-istabiliment fejn jaħdmu se jagħlaq biex il-post jgħaddi għand sidien privati? X'tip ta' ftehim se jsir magħhom dwar l-impjieg preżenti tagħhom? Kif se jitħares l-impjieg tagħhom wara li Ħal Ferħ jagħlaq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ġejt mgħarraf li fiż-żewġ laqgħat li l-Management ta' Ħal-Ferħ kellu mal-GWU, il-Union ġiet infurmata li l-ħaddiema ħa jibqgħu fuq il-kotba ta' Ħal-Ferħ u għalkemm il-kumpanija m'hiex se topera s-sajf li ġej il-ħaddiema ħa jingħataw l-leave akkumulat fix-xitwa u mbagħad jirrapurtaw għax-xogħol bħas-soltu.

Vapuri tal-passiġġieri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8189 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' peress li għas-sena d-dieħla hemm prospetti tajbin għal żjajjar fil-Port il-Kbir ta' vapuri tal-passiġġieri, tant li f'ċerti jiem se jkun diffiċli jinstab post fejn jitrakkaw, jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu biex f'dawk il-jiem il-problema ma ssirx iżjed akuta b'xi żjajjar fostna ta' vapuri tal-gwerra li mhijiex l-ewwel darba li ngħataw iżjed importanza mill-vapuri tal-passiġġieri fl-użu tal-faċilitajiet tal-Port il-Kbir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 8358.
Leg 10 PQ #8468 Sitting 179 2004-11-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kawżi ta' Separazzjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-medjatur fil-kawżi ta' separazzjonijiet f'Għawdex għadha sal-lum bla kamra fejn tagħmel il-medjazzjoni, filwaqt li kamra isfel fejn l-uffiċini tan-Nutara Borg hija maqfula u ħadd ma jista' jidħol fiha għaliex għadha fil-pussess ta' persuna li llum m'għadhiex taħdem il-qorti ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Medjatur giet provduta b'post adegwat barra mill-bini tal-Qorti, kif suppost, fejn taghmel is-seduti. Pero' rrizulta li l-avukati, ghalkemm gew ikkonsultati minn qabel fl-ghazla ta' dan il-post, mid-dehra sabuha difficli biex imorru ghas-seduti f'dan l-istess post. Ghalhekk kellna nipprovdu post iehor alternattiv fejn dawn is-seduti setghu jinzammu fil-bini tal-Qorti stess. Fil-frattemp qed tigi rrangata kamra li tkun dedikata esklussivament ghal dawn is-seduti.

Ħal Ferħ Complex

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8235 u cioe' jista' jgħid fiex waslu t-trattattivi biex Ħal Ferħ jgħaddi għand kumpannija privata? Kemm hemm kumpanniji privati interessati f'Ħal Ferħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħitan tas-Sejjieħ — Koperattiva

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx ħsieb li titwaqqaf koperattiva biex jinbnew ħitan tas-sejjieħ? Jekk iva, meta hemm ħsieb li titwaqqaf billi f'Ġunju li għadda kien hemem numru ta' nies u żgħażagħ li temmew b'suċċess kors ta' xahrejn dwar il-bini tal-ħitan tas-sejjieħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li waqt il-laqgħat li kien hemm maż-żgħażagħ li għamlu il-kors tal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ, ġie ssuġġerit lilhom l-possibilita' li jwaqqfu l-koperattiva iżda din għandha tkun inizjattiva tagħhom biex japplikaw lill-Ministeru kkonċernat.

Djar — Manutenzjoni

Question

B'riferenza għall-maisonette tal-gvern - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tista' il-Ministru tgħid għaliex baqa' ma sar xejn biex jinbidlu s-soqfa li skond eżamijiet li saru fuqhom irriżulta li huma perikolużi, ma sarux kif suppost u jridu jinbidlu? Possibbli jiġi investigat għaliex il-persuna imsemmija ċemplet diversi drabi lill-construction and maintenance division tad-dipartiment u dejjem aċċertawha li se jċemplulha lura biex jgħidulha meta se jibda x-xogħol biex jinbidlu s-soqfa, iżda qatt ma ċemplu lura? Nista' niġi informat meta se jinbidlu dawn is-soqfa? Tista' il-Ministru ġentilment twieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-konferma li s-saqaf, li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant, irid jinbidel, waslet għand id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-11 ta' Ottubru 2004. Dak inhar stess il-kuntrattur ġie mitlub, kemm permezz ta' ittra kif ukoll bil-fomm biex jibdel is-saqaf. Ninsab infurmata wkoll li dan ix-xogħol ma setgħax jinbeda peress li trinka tad-dranaġġ miftuħa li hemm fit-triq timpedixxi li jidħlu l-inġenji meħtieġa. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li minn investigazzjoni li saret irriżulta li kien hemm nuqqas ta' ftehim fis-sens li l-persuna konċernata ġiet infurmata li kienu se jagħtuha preavviż qabel ma jkun ser jibda x-xogħol u hi fehmet li ser iċemplulha biex jgħidulha d-data meta dan kellu jibda. Id-Direttur tad-Dipartiment imsemmi sussegwentement ikkomunika mal-persuna konċernata u assigurha li l-kuntrattur kien aċċetta li jagħmel ix-xogħol u li dan ser isir kif jitlesta x-xogħol tad-dranaġġ.

CDAU — Tfal bil-Kundizzjoni AD/HD

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija li għamiltlu xhur ilu u li baqgħet bla mwieġba, jiġifieri fl-aħħar erba' snin kemm kien hemm tfal li ġew assessjati mis-CDAU u nstab li għandhom il-kundizzjoni AD/HD

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tad-domanda numru 6240 tas-Seduta numru 179.

Perit Richard England — Kuntratti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid mill-1992 sal-lum kemm kien hemm drabi li l-Perit Richard England ngħata xi kuntratt mill-gvern u xi ħlas ingħata f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Perit Richard England — Kuntratti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid mill-1992 sal-lum kemm kien hemm drabi li l-Perit Richard England ngħata xi kuntratt mill-gvern u xi ħlas ingħata f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

EU — Regolament 259/93

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7900, cioe' jekk huwiex qed jimplimenta r-regolament 259/93 ta' l-Unjoni Ewropea u jagħti d-dettalji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li Malta qed timplimenta ir-regolament 259/93 dwar il-ġarr ta' skart bejn Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, u bejn Stati Membri u Stati oħra għal skopijiet ta' disposal jew rkupru. Applikazzjoniiet għal ġarr ta' skart minn Malta jeħtieġ li jkunu approvati mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), li hi l-Awtorita' kompetenti f' dan il-qasam. Formoli ta' l-applikazzjoni apposta jistgħu jiġu akkwistati mil-uffiċċji tal-MEPA fil-Floriana.

Stabilimenti — Permessi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'permessi għandhom l-istabilimenti, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? X'restrizzjonijiet hemm fuq ħinijiet u livelli ta' storbju bħal public address system?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #8501 Sitting 179 2004-11-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sigurta' Soċjali — Għajnuna ta' Helper

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni - dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament - ilha żmien imċaħħda mill-għajnuna ta' helpers? Tista' il-Ministru tispjega x'inhu jiġri f'dan il-qasam?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena ninsab infurmata li l-helper ta’ l-anzjana kienet ħarġet bil-long sick leave u eventwalment temmet l-impjieg tagħha minn mal-Gvern. Ninsab infurmata illi l-anzjana ser tingħata servizz fl-iqsar żmien possibbli.