Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liċenzja tas-Satellita

Question

Ġaladarba l-ħlas tal-liċenzja tas-satellita ġiet abolita, jista' il-Ministru jgħid kemm-il dar ibbenefikaw minn refunds? Kemm-il dar kienet tħallas għal-liċenzja tas-satellita sa l-1 ta' Mejju? Kieku bqajna barra mill-Unjoni Ewropea, dawn il-liċenzji kellhom jibqgħu jitħallsu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dawk kollha (madwar 15,000 house hold) li kienu jħallsu l-liċenzja tas-satellita ser jibbenefikaw mill-għoti lura tal-ħlas, jew kollu, inkella parzjali, skond jekk il-liċenzja kienetx tagħlaq qabel jew wara l- 1 ta' Mejju. Huwa stmat li l-ħlas lura ser ilaħħaq madwar Lm300,000.

Vapuri tal-Passiġġieri

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8186 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jgħid x'passi qed jieħu biex fl-għoti ta' permessi biex vapuri tal-gwerra jżuru pajjiżna għas-sena d-dieħla, tingħata kunsiderazzjoni lill-wasla fostna ta' vapuri tal-passiġġieri biex dawn ta' l-aħħar jingħataw iżjed importanza mill-vapuri tal-gwerra u ma jibqax ikollna każi fejn vapuri tal-gwerra jorbtu fl-aħjar postijiet waqt li tal-passiġġieri jintbagħtu f'postijiet mhux adattati u li jagħmlu ħsara lill-isforzi li qed isiru biex Malta ssir ċentru ta' żjajjar ta' vapuri tal-passiġġieri?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorita` Marittima kif ukoll l-operatur tat-terminal tal-passiġġieri, VISET, dejjem ikkordinaw l-operat tagħhom sabiex titnaqqas l-inkonvenjenza li tista' tinħoloq meta mall-mollijiet tal-passiġġieri ma jkunx hemm spazju biżżejjed sabiex joqgħodu kemm vapuri tal-passiġġieri kif ukoll dawk tal-gwerra. Meta vapur tal-passiġġieri jkollu jsorġi ma' moll li normalment jintuża għall-vapuri tal-merkanzija dejjem saru l-arranġamenti meħtieġa sabiex il-moll jitnaddaf, tiżdied is-sigurta u jsiru arranġamenti għat-trasport tal-passiġġieri. Dan dejjem kien għas-sodisfazzjon ta' l-operaturi tal-vapuri tal-passiġġieri.

Servizz tal-Helicopter

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1976 u 2454 datati 14 ta' Ottubru 2003 u l-4 ta' Novembru 2003 rispettivament dwar is-servizz tal-helicopter, peress li minn meta saru dawn id-domandi għaddiet sena, jaqbel il-Ministru li l-poplu għandu jkun jaf x'se jiġri minn dan is-servizz u x'se jiġri mill-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċirkewwa — Karozzi tal-Linja

Question

Peress li qed ikun hemm complaints minħabba l-fatt li r-rotot taċ-Ċirkewwa suppost huma express imma tal-linja qed jieqfu biex jgħabbu l-passiġġieri minn fuq stages bħal-linji normali, jista' il-Ministru jara li r-rotot express li suppost huma diretti jinħadmu kif suppost, tenut kont ukoll tal-prezz li huwa ogħla minn tal-linja normali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi hemm 3 rotot diretti, speċifikament li jitilqu miċ-Ċirkewwa filgħodu, li huma:- 6.30 am bir-Rotta 475 7.10am bir-Rotta 475 8.10am bir-Rotta 453 Inizjalment, dawn kienu jissejħu express routes, imma preżentament dawn qed jissejħu rotot diretti. In-noll ta’ din ir-rotta hija ta’ 40c u l-passiġġieri jistgħu jirkbu din ir-rotta miċ-Ċirkewwa biss. Din ir-rotta (mhix waħda mir-rotot il-ġodda) tieqaf biss fuq stages oħra meta l-passiġġieri jċemplu sabiex jinżlu minn fuq il-karozza tal-linja.

Fiżjoterapisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġu ngaġġati mal-gvern il-fiżjoterapisti li temmew il-kors tagħhom din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bħalissa qiegħed jiġi rivedut il-Compliment tal-Fiżjoterapasti fis-Sezzjoni tas-Saħħa. Meta jitlesta dan l-eżerċizzju, jiġu mpjegati l-fiżjoterapisti skond il-vakanzili jirriżultaw.
Leg 10 PQ #8362 Sitting 179 2004-11-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Wirjiet Artistiċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ittellgħu wirjiet artistiċi f'Għawdex matul l-aħħar ħames snin? Fejn saru u min kienu l-artisti? X'għajnuna ta jew x'kien l-involviment tal-Ministeru għal Għawdex għal kull wirja separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul dawn l-ahhar ħames snin ittellgħu 78 wirja artistika fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex, 20 wirja fil-Banca Giuratale u 3 f’postijiet oħra tal-Gvern. Il-lista ta’ dawn il-wirjiet u min tellagħhom qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. L-għajnuna mogħtija tvarja sew jekk ikunx artist Għawdxi, Malti jew barrani kif ukoll jekk tkun għaqda. L-għajnuna mogħtija tvarja wkoll skond il-policies ta’ l-uffiċċju tal-Kultura . L-għajnuna mogħtija tista’ tinkludi wahda jew aktar minn dawn : · Użu ta’ premises mingħajr ħlas · Persuna/i li jieħdu ħsieb il-wirja · Stampar ta’ inviti · Stampar ta’ brochure · Riċeviment · Pubbliċita’ · Posta · Għajnuna finanzjarja mill-Iskema ta’ Għajnuna lill-Artisti Għawdxin · Għajnuna finanzjarja mill-Iskema ta’ għajnuna lil Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin

Tas-Sliema — Reserved parking bays

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8097 u 8222 li oriġinarjament saru lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġew riferuti lilu u cioe' jista' il-Ministru jassigura li r-reserved parking bays li hemm fi Triq San Pietro, Sliema għandhom il-permessi meħtieġa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku għamel site visit fi Triq San Pietru fejn instabu żewg kaxxi sofor. Waħda quddiem ‘St. Peter Flats’ bil-kelma ‘Res’ (Reserved) fiha u l-oħra quddiem ‘Sisters of St. Joseph’ li ma kien hemm xejn miktub fiha. L-ebda waħda minn dawn iż-żewġ kaxxi sofor m'hemm approvazzjoni għaliha. Iżda, għandu jiġi nnutat li l-kaxxa safra quddiem ‘Sisters of St. Joseph’, peress li ma hemm xejn miktub fiha, bil-liġi din hija parking bay għax parking bay tista’ tkun mmarkata b’linji sofor jew bojod. Iżda l-pubbliku ġenerali jista’ jassumi li din il-kaxxa safra hija post riservat.

Sta. Venera — Triq Psaila - roundabout

Question

Jista' il-Ministru jitlob li jsir ri-disinjar tar-roundabout li hemm fit-tarf ta' Psaila Str, Sta. Venera (ħdejn il-mini) b'mod li forsi t-traffiku lejn l-Imsida jista' jiġi mgħoddi minn lane usa għaliex fil-għodu qed ikun hemm kju kbir ta' karozzi sa Birkirkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi bħalissa għaddej studju biex tiġi solvuta il-problema tat-traffiku f'din l-area ikkonċernata.

Pustiera

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni dawk il-pustiera li kienu daħlu mal-gvern sa mill-1992 ddaħħlu kollha fi scale 14 u għadhom hekk sal-lum u biex jaqbżu għal scale ieħor iridu jagħmlu l-eżamijiet u dan meta pustiera li daħlu wara ma ġewx imċaħħda minn din il-progression?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Għawdex — MCAST - Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jara li fl-MCAST ta' Għawdex jinġabu għalliema tal-Biology, Maths u IT peress li m'hemmx għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa fl-MCAST ta' Għawdex hemm għalliem ta' l-IT, l-għalliem tal-Matematika ser jibda il-ġimgħa li ġejja u l-għalliem tal-Bioloġija ser jibda jaħdem part-time fil-ġranet li ġejjin.

Ħamrun — Triq il-Kappillan Mifsud

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx saret xi proposta mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun dwar kif tista' tittaffa' il-problema tat-traffiku fi Triq il-Kappillan Mifsud, fil-Ħamrun u speċifikament f'salib it-toroq ma' Triq Mons. Depiro u Triq Villambrosa? Hemm xi pjanijiet li qegħdin jiġu studjati biex jitwettqu f'dan ir-rigward?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn riċerka fir-records tad-Direttorat irriżulta li: 1) Wara laqgħa li saret bejn uffiċċjali tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u l-Kunsill Lokali tal-Ħamrun f’Ġunju tal-1995 il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva sistema ta’ One Waysignage Road Markings u Zebra Crossing fi’ Triq Villambrosa u Triq Kappillan Mifsud. 2) Fil-20 ta’ Mejju 1997 il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun applika sabiex issiru Traffic Lights fi Triq Kappillan Mifsud c/w Triq Depiro u Triq Kappillan Mifsud c/w Triq Villambrosa. 3) Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, b’ittra bid-data’ 28 ta’ Mejju 1997 irrakomanda li jsiru Mini Roundabouts. Il-Kunsill Lokali kellu jissottometti pjanti f’dan ir-rigward. Sal-lum dawn il-pjanti ma ġewx sottomessi mill-Kunsill Lokali. 4) Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, b’ittra bid-data’ 29 ta’ Ottubru 1998 talab lid-Direttur tat-Toroq biex issir feasibility study għat-Traffic Lights fi Triq Villambrosa j/w Triq Kappillan Mifsud. Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma sab ebda records ta’ dan il-feasibility study. 5) Fl-1 ta’ April 1999 il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva sinjali tat-traffiku u road markings fi Triq Villambrosa wara talba mill-Kunsill Lokali bid-data 10 ta’ Marzu 1999. 6) Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku wara diversi kummenti mill-pubbliku kiteb lill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun għal kummenti tagħhom dwar sistemi tat-traffiku ġo Triq Villambrosa c/w Triq Brighella. 7) Fl-20 ta’ Ottubru 2004 il-Kunsill Lokali talab għall-laqgħa mad-Direttorat għall-Immanniġjar tat-Traffiku biex jiġu diskussi proposti tat-traffic management. Din il-laqgħa saret fit-26 ta’ Ottubru 2004. Ma ġie diskuss xejn relatat mat-toroq imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari. 8) B’email bid-data’ 27 ta’ Ottubru 2004 il-Kunsill Lokali ikkonferma li ma kellu xejn pendenti mad-Direttorat b’riferenza għal kontenut tal-Mistoqsija Parlamentari. Għaldaqstant id-Direttorat m'għandu ebda proposta mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun rigward kif tista' titaffa l-problema tat-traffiku kif imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari u għalhekk mhux qed isir l-ebda studju f’dan ir-rigward.

Anzjani — Home help/care service

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien l-ammont ta' flus miġbur mill-kontribuzzjoni li jħallsu l-anzjani li jirċievu l-home help/care service għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u minn Jannar sa Settembru 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Statistika tal-popolazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti statistika ta': a) il-popolazzjoni attwali; b) persuni li għandhom 18-il sena u fuqhom; c) persuni li għandhom 60 sena u fuqhom; u d) persuni li għandhom 75 sena u fuqhom separatament għal Malta u għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Statistika tal-popolazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti statistika ta': a) il-popolazzjoni attwali; b) persuni li għandhom 18-il sena u fuqhom; c) persuni li għandhom 60 sena u fuqhom; u d) persuni li għandhom 75 sena u fuqhom għal dawn il-lokalitajiet separatament: Ħamrun, Sta. Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti statistika ta' kemm hemm persuni (nisa u rġiel) li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq part I u part II tar-reġistru minn dawn il-lokalitajiet: Ħamrun, Sta. Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wied Ħesri — Plot tal-gvern

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8177 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilha u cioe' tista' il-Ministru tgħid x'isir f'każ li persuna tieħu plot tal-gvern u wara għaxar snin tibqa' ma tibnihiex bħalma ġara fil-każ ta' plot f'Wied Ħesri l/o Siġġiewi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Meta persuna ma tonorax xi waħda mill-kundizzjonijiet ippublikati fl-Avviż relattiv għall-akkwist ta' plot, l-Awtorita' tad-Djar tordna lil dik il-persuna biex tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha. F'każ li dan jibqa' ma jsirx l-Awtorita' tieħu l-passi biex jittieħed lura l-plot. Rigward il-plot li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant nitolbu jagħtini aktar dettalji, anki b'mod kunfidenzjali, għal aktar investigazzjoni.

Mosta — Triq l-Awrora

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8227 u cioe' jgħid x'inhi r-raġuni għala Triq Awrora fil-Mosta, li ilha li nbdiet minn Jannar 2004, sal-lum għadha ma tlestietx meta toroq oħra li nbdew magħha ilhom li tlestew ix-xhur?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi d-Direttorat ħareġ żewġ tenders għall-kostruzzjoni ta' Triq l-Awrora fil-Mosta: (1) It-tender għall-kostruzzjoni ta' bankini, servizzi u storm water culvert ħareġ f'Settembru 2003. Ix-xogħol beda iktar kmieni din is-sena u tlesta kif ippjanat. (2) Fi Frar 2004 nħareġ it-tender għall-kostruzzjoni u l-asphalting tat-triq. Dan it-tender qed jiġi aġġudikat in vista tad-diskussjoni dwar ir-rati u riċentement l-irħas tender offra traħħis fuq l-offerta oriġinali tiegħu.

Liċenzji tas-Sewqan

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu, jirrispondi mistoqsija parlamentari 8145 dwar persuni li tilfu t-12-il punt tagħhom wara li ħadu l-liċenzja tas-sewqan wara l-1 ta' Jannar ta' din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi:- 1. s’issa ma kien hemm ebda persuna li tilfu it 12-il punt tagħhom. Ma ttieħdu l-ebda passi peress li s'issa ma kienx hawn każi bħal dawn. 2. F’każ li jkun hemm persuni li jtellgħu total ta’ 12-il punt isir li gej: Skond vetturi bil-mutur (licenzi tas-sewqan leġislazzjoni sussidjarja a. 34. (6) Meta detentur ta’ liċenzja tas-sewqan bi prova jintalab biex jidher quddiem qorti jew tribunal dwar reati li jidhru fis-Sitt Skeda, hu għandu jkollu fuqu l-liċenzja msemmija u l-kontroparti tagħha u l-Maġistrat jew il-Kummissarju għall-Ġustizzja għandhom il-poter li jikkonfiskaw l-imsemmija liċenzja jekk il-punti ta’ penali mniżżla fil-kontraparti ta’ l-imsemmija liċenzja flimkien mal-punti ta’ penali miżjuda bis-sentenza mogħtija minn dak il-Magistrat jew Kummissarju ghall-Ġustizzja jitilgħu għal tnax-il punt jew aktar. b. 35. Liċenzja tas-sewqan bi prova tiġi revokata jekk, f’xi żmien matul il-perijodu ta’ tliet snin bi prova, id-detentur ta’ dik il-liċenzja jkollu b’ kollox tnax-il punt ta’ penali jew aktar. 36. Sewwieq li jkollu l-liċenzja tas-sewqan bi prova revokata skond ma jidher fir-regolament 35, jista’ biss japplika għall- liċenzja ġdida tas-sewqan bi prova wara li jgħaddu tliet xhur mid-data tar-revoka billi jippreżenta applikazzjoni ġdida skond ma jidher fit-Taqsima III.

Avukat Ġenerali — Każi li ngħataw in-Nolle Prosequi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8210 u cioe' jgħid kemm kienu l-każi li ngħataw in-nolle prosequi mill-avukat ġenerali f'dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' jagħti dawn id-dettalji: 1) id-data ta' meta ngħatat kull nolle prosequi; 2) x'kien il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:- Case Date Corruption of a public officer 30.11.94 Libel and defamation 26.02.97 Defilment of minors, rape and illegal arrest 25.05.99 Illegal arrest, assault and resistance, unlawful assembly etc 17.04.00 Wilful damage, assault and resistance, unlawful assembly etc 20.04.00 Arson and wilful damage 06.04.01 Involuntary homicide 12.02.03