Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Iżvilupp Urban — Transfers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Mill-1 ta' Lulju sal-lum, ingħataw (6) transfers fil-Minsteru għall-Iżvilupp Urban u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu skond kif jidrhu hawn taħt. Isem u Kunjom Minn Għal Grad Crocifisso Grima Ministry for Urban Development & Roads Education Department Assistant Principal Joan Gabriele Ministry for Urban Development & Roads Health Division Senior Clerk Gordon Meli Network Infrastructure Directorate Ministry for Urban Development & Roads Quantity Surveyor Joseph Busuttil Agriculture Department Network Infrastructure Directorate Quantity Surveyor Joseph Micallef Agriculture Department Network Infrastructure Directorate Quantity Surveyor Denis Schembri Agriculture Department Network Infrastructure Directorate Quantity Surveyor Felix Farrugia Works Division Public Transport Directorate Vehicle Evaluator

Ministeru tal-Familja — Transfers

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tagħha u d-dipartimenti li jaqgħu taħtha mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant kien hemm tlett impjegati li ġew re-allokati xogħol barra mill-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu. Fl-istess perijodu kien hemm żewġ impjegati oħra li ġew re-allokati xogħol minn Dipartiment għal ieħor taħt l-istess Ministeru.

Awtorita' dwar it-trasport — Konsulenti legali

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali ta' l-awtorita' dwar it-trasport? Jista' jgħid meta ġew ingaġġati mill-awtorita' dwar it-trasport? Saret sejħa għall-offerti jew il-konsulenza ngħatat b'direct order? Kemm ħallset l-awtorita' dwar it-trasport għal din il-konsulenza sena b'sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-konsulenti legali ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport huma Sapiano & Associates. Dawn ġew ingaġġjati mill-Awtorita’ mill-ewwel ta’ Jannar ta’ 2003. L-Onor Membru għandu jkun informat li saret sejħa għall-Expression of Interest għall-konsulenti legali ma l-Awtorita’. Dan l-avviż deher fil-gazzetti lokali kif inhu mniżżel hawn taħt : The Times April 25, 2002 Business Weekly April 25, 2002 In-Nazzjon April 25, 2002 L-Orizzont April 25, 2002 Malta Independent April 25, 2002 Malta Today April 28, 2002 Business Times Mejju 1, 2002 L-Awtorita’ dwar it-Trasport ħallset Lm20,700 fis-sena 2003 u Lm15,930 sa Settembru tas-sena 2004.

Pulizija — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana lokal lokal f'Malta u Għawdex kemm-il serqa minn djar privati ġiet rapportata matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm fil-fatt tammonta s-somma globali f'ċifra ta' flus rapportata li jiswew l-oġġetti misruqa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-serq irrapurtat lill-Pulizija minn residenzi matul l-ewwel disa' xhur ta' dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej: 2000 2001 2002 2003 2004 Rapporti 548 431 509 502 562 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-lokalitajiet u n-numru ta' serq irrapurtat fl-istess perijodu.

Pulizija — Rapport ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa saret minn lukandi, take aways, bars, ristoranti, supermarkets, fabbriki u stabilimenti kummerċjali oħra? Kemm fil-fatt tammonta s-somma globali f'ċifra ta' flus rapportata li jiswew l-oġġetti misruqa? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-serq irrapurtat lill-Pulizija minn lukandi, bars u stabbilimenti kummerċjali matul l-ewwel disa' xhur ta' dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej: 2000 2001 2002 2003 2004 Rapporti 1,263 1,141 1,441 1,422 960

Saħħa — Rapporti ta' Serq

Question

Matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru bħall-isptar Mater Dei? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Riżorsi u Infrastruttura — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li kif jidher hawn taħt matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kien hemm 22 serqa ta' oġġett li ġew irrappurtati li saru fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, kif ukoll minn fuq proġetti tal-Ministeru:- ITEM QUANTITY PC Tower 1 Digital Camera 1 Moulds (li bihom isiru testijiet tal-konkrit) 4 Roll Chain Fence 1 Galvanized Pipe 1 Batteriji 10 Diesel 340 Litri Electric Grass Cutter 1 Shovels 2 Spade 1 Notebook Computer (nominal value) 1 Generator 1 Għodda traffic barriers, signal lights, hollow section, safety lights, safety cones and large barriers. Suction Pumps (unserviceable) 3 Air-compressor (unserviceable) 1 Fire Extinguishers (unserviceable) 2 Steam Cleaner (unserviceable) 1 Dawn l-oġġetti misruqa jammontaw għal valur globali ta' Lm2,572.55c.

Edukazzjoni — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Żvilupp Urban u Toroq — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena ma ġiet irrapurtata l-ebda serqa ta' oġġetti lil dan id-direttorat hawn fuq imsemmi.

Kumitat interministerjali

Question

Fid-dawl tal-fatt li qed naqgħu lura fil-kompetittivita', jista' il-Ministru jgħid jekk jaqbilx li hemm bżonn kumitat interministerjali sabiex jirrevedi l-istrateġiji tagħna dwar riċerka u żvilupp?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninforma lill-Onor. nterpellant li hemm kumitat tal-kabinett dwar il-kompetittivita' li hu presedut mill-Prim Ministru.
Leg 10 PQ #8341 Sitting 179 2004-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Palazz Presidenzjali — Armerija

Question

Il-gvern għandu xi pjani dwar ir-riallokazzjoni ta' l-armerija fil-palazz presidenzjali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li m'hemmx pjani immedjati biex l-Armerija tiġi riallokata, pero` naturalment jekk kemm il-darba l-Parlament jopera fil-futur minn bini differenti, isir dak kollu meħtieġ biex terġa' tkun riallokata l-armerija għas-sede oriġinali tagħha.

Dar Malta fi Brussell

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta beħsiebu jgħaddi lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi l-opinjoni ta' KPMG dwar jekk il-Gvern Malti huwiex se jkun soġġett li jħallas ċertu ammont ta' taxxa jekk jikri parti minn Dar Malta fi Brussels għal skopijiet kummerċjali? Jista' jgħarraf lill-Kamra nnifisha wkoll bl-opinjoni esperta ta' KPMG?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-prinċipju ġenerali li l-awtoritajiet fiskali Belġjani jużaw f’każ li bini jinxtara minn stat sovran hu li jagħtu eżenzjoni totali mit-taxxa tar-reġistrazzjoni bir-rata ta’ 12½% fuq il-valur kuntrattwali ta’ meta tiġi trasferita l-proprjetà jew il-valur tas-suq jekk dan ikun iktar. F’każ li parti mill-bini li jkun inxtara jibda jintuża għal skopijiet kummerċjali, il-liġi Belġjana titlob li fuq dik il-parti tal-bini li tinkera tkun trid titħallas din it-taxxa darba biss. Biss, il-Gvern hu nfurmat li ambaxxati ta’ pajjiżi oħra talbu eżenzjoni totali fuq il-bini kollu li xtraw, anke fuq dik il-parti li kienet qed tinkera. Jidher li dawn innegozja ma’ l-awtoritajiet fiskali Belġjani biex l-eżenzjoni tibqa’ tapplika peress li parti mill-bini kienet qed tinkera fuq bażi temporanja sakemm pajjiżhom jiġi bżonn il-bini kollu meta jassumi l-presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Gvern Malti għandu ħsieb li jitlob l-applikazzjoni ta’ dan l-istess preċedent meta jasal iż-żmien biex tinkera xi parti mill-bini.

Dar Malta fi Brussell

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta beħsiebu jgħaddi lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi l-opinjoni ta' KPMG dwar jekk il-Gvern Malti huwiex se jkun soġġett li jħallas ċertu ammont ta' taxxa jekk jikri parti minn Dar Malta fi Brussels għal skopijiet kummerċjali? Jista' jgħarraf lill-Kamra nnifisha wkoll bl-opinjoni esperta ta' KPMG?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-prinċipju ġenerali li l-awtoritajiet fiskali Belġjani jużaw f’każ li bini jinxtara minn stat sovran hu li jagħtu eżenzjoni totali mit-taxxa tar-reġistrazzjoni bir-rata ta’ 12½% fuq il-valur kuntrattwali ta’ meta tiġi trasferita l-proprjetà jew il-valur tas-suq jekk dan ikun iktar. F’każ li parti mill-bini li jkun inxtara jibda jintuża għal skopijiet kummerċjali, il-liġi Belġjana titlob li fuq dik il-parti tal-bini li tinkera tkun trid titħallas din it-taxxa darba biss. Biss, il-Gvern hu nfurmat li ambaxxati ta’ pajjiżi oħra talbu eżenzjoni totali fuq il-bini kollu li xtraw, anke fuq dik il-parti li kienet qed tinkera. Jidher li dawn innegozjaw ma’ l-awtoritajiet fiskali Belġjani biex l-eżenzjoni tibqa’ tapplika peress li parti mill-bini kienet qed tinkera fuq bażi temporanja sakemm pajjiżhom jiġi bżonn il-bini kollu meta jassumi l-presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Gvern Malti għandu ħsieb li jitlob l-applikazzjoni ta’ dan l-istess preċedent meta jasal iż-żmien biex tinkera xi parti mill-bini.

Qrati — Inkjesti Maġisterjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8095 u cioe' jgħid kemm tħallsu flus f'inkjesti maġisterjali fis-snin 2002 u 2003 separatament kull xahar? Għax-xogħol ordnat (inkjesti) minn kull maġistrat f'dawn is-sentejn, kemm ħallas il-gvern individwalment? Min kienu dawk l-esperti li rċevew ħlasijiet 'il fuq minn Lm3,000 fis-snin 2002 u 2003 u kemm irċevew kull wieħed u waħda minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif hekk dettaljat kif mitlub ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u jrid jinġabar manwalment. Dan jirrikjedi ħafna ħin u riżorsi sabiex jinġabar. Ma jidhirlix li l-użu ta' dan il-ħin u riżorsi biex jinġabar hu ġustifikat.

Wied il-Qlejgħa — Xogħlijiet fuq it-triq

Question

Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni f'liema stadju wasal ix-xogħol tat-triq ta' Wied il-Qlejgħa li tagħti mir-Rabat sal-Mosta - Chadwick Lakes - li hi wżata minn ħafna familji Maltin bħala rotta prinċipali wżata fil-ġranet tal-mistrieħ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi it-triq inkwistjoni tagħmel parti mix-xogħlijiet li qed isir inkonnessjoni mal-Ħames Protokoll Taljan. Ix-xogħlijiet f’din it-triq qegħdin fi stadju avvanzat u huwa stmat illi sal-lum, kwazi 60% tax-xogħlijiet ġew kompluti. Ix-xogħlijiet kompluti jikkonsistu minn installazzjoni tas-servizzi tal-WSC, Enemalta, Maltacom u Melita Cable, bini ta’ ħitan trattati fuq is-sejjiegħ, implimentar ta’ sistema li tinkorpora l-ġbir ta' l-ilma tax-xita, tqegħid ta’ pedamenti u din il-gimgħa saru l-ewwel xogħlijiet ta’ asfaltar. Ix-xogħlijiet f’din it-triq huma mistennija li jitlestew sal-aħħar ta’din is-sena.

Pulizija — Żgħażagħ taħt l-Eta' fi Stabilimenti ta' Divertiment

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm-il raid sar mill-pulizija fi stabilimenti f'Buġibba, Paceville u Marsascala f'din l-aħħar sena biex jiġi ċċekkjat jekk żgħażagħ taħt l-eta' kenux qegħdin jużaw dawn il-postijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika x'passi tttieħdu kontra dawn l-istabilimenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2004 il-Pulizija għamlet 200 spezzjoni f'postijiet ta' divertiment ġewwa Buġibba, Paċeville u Wied il-Għajn. B'riżultat ta' dan instabu 56 persuna taħt is-sittax-il sena u nbdew proċeduri kriminali kontra 11-il persuna responsabbli minn dawn l-istabbilimenti.

Pulizija — Xorb Alkaħoliku fi Fliexken tal-Ħġieġ

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm-il persuna nqabdet fil-pubbliku bi fliexken ta' l-alkoħol f'idejha minn mindu l-liġi l-ġdida li tipprojbixxi dan ġiet in vigore? Fuq dan il-punt, jista' il-Viċi Prim Ministru jindika jekk il-pulizija humiex qed jiċċekkjaw ħwienet li jistgħu qed ibiegħu fliexken ta' l-alkoħol lill-minuri? Jekk fl-affermattiv, hemm xi sidien ta' ħwienet li nqabdu, u jekk iva f'liema lokalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn meta ġew fis-seħħ il-Bye-Laws ta' l-2004 dwar Xorb f'Kontenituri tal-Ħġieġ (Kunsill Lokali San Ġiljan) fit-3 ta' Awissu 2004, kien hemm 98 persuna li nstabet titlajja f'xi post pubbliku bi ksur ta' l-imsemmija Bye-Laws. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm erba' persuni li tressqu l-Qorti talli biegħu xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-sittax-il sena.