Legislature:
Category:
Reset
Active:

Manoel Island — Proġett

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt ma' MIDI għall-proġett ta' Manoel Island u Tigne' hemmx stipulat li l-aċċess mal-baħar madwar Manoel Island ikunx liberu għaċ-ċittadini? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid jekk dan l-aċċess fil-preżent hux liberu jew le?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Skond Artiklu 15 tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-MIDI plc, l-aċċess jista' jkun magħluq b'mod temporanju sakemm isiru xogħolijiet fuq il-proġett. Bħalissa ix-xogħolijiet ta' restawr nbdew fuq il-Fortizza Manoel.

Birżebbuġa — Triq il-Grolli - kanna ta' l-ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7838, jista' il-Ministru jgħid għaliex hu maħsub li l-ispiża titla' għal madwar Lm8,000? Jista' jgħid x'xogħol hemm bżonn isir u jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li hemm involuti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-proġett biex jinbidel il-main qadim ta' din it-triq jikkonsisti fi tqegħid ta' 535 metri ta' pipe ta' 63 mm dijametru fi Triq il-Brolli f' B'Bugia, minn Triq il-Port il-Ħieles 'l ġewwa. Il-breakdown ta' din l-istima hi kif ġej: 1. Excavation & back fill Lm 1,950 2. Pipelaying Lm 371 3. Roadworks Lm 4,550 4. House services Lm 244 5. Cost of pipes & fittings Lm 879 ------------ Stima totali Lm 7,994

Saħħa — Radiographers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7836, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi fit-taħditiet mal-unions dwar ir-radiographers?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda tibdil mit-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija numru 7836 tas-Seduta numru172.

MEPA — Bini ta' ħajt ma' plot privat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-MEPA ma' sid privat biex itella' ħajt mal-plot privat tiegħu - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - minħabba li dan qed ikun użat bħala miżbla b'inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-sezzjoni ta' l-Infurzar ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwqar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) investigat il-każ, u jirriżulta li ntefa’ skart u materjal ieħor fi plot vojta fi Triq is-Snajjin, Mellieħa. Għaldaqstant sejjer jinħareġ Avviż Biex Tieqaf u ta' Twettieq b' referenza ECF 932/04 sabiex jitnaddaf is-sit u jinbena ħajt mal-madwar.

Pembroke — Bus stage

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaħħal/jitranġa bus stage li hemm hekk kif taqbeż it-traffic lights ta' Pembroke?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi t-twaħħil/irranġar ta' bus stages huwa responsabbilta tal-Kunsilli Lokali. Madankollu, l-Awtorita' ser tieħu ħsieb tikkuntatja lill-Kunsill Lokali ta' Pembroke rigward l-imsemmi bus stage.

Skejjel ta' l-Istat — Tagħlim ambjentali

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma kienx hemm tweġiba mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għall-proposta tan-Nature Trust biex għalliema jiġu sekondati ma' din l-għaqda sabiex isir tagħlim ambjentali fl-iskejjel tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diġa hemm żewġ għalliema sekondati mal-Birdlife u għalliem ieħor man-Nature Trust. Barra minn hekk it-tagħlim ambjenatli fl-iskejjel tal-Gvern isir fuq bażi regolari.

Delimara — National Park

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm din il-burokrazija fl-implimentazzjoni tan-National Park fi Xrob l-Għaġin f'Delimara? Jista' jgħid kemm intilfu fondi minn barra l-pajjiż minħabba d-dewmien tal-ministeru biex jagħti l-committment tiegħu għal dan il-proġett? Jista' jgħid għaliex wara li saru diversi laqgħat kontinwi man-Nature Trust qed jitlob li jiġi preżentat business plan dwar dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill Onor. Interpellant li kemm in-Nature Trust, kif ukoll dan il-Ministeru ħadmu flimkien fuq xogħol preliminari biex ġiet sottomessa Outline Development Permission lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), sabiex l-arja magħrufa bħala Xrobb l-Għaġin f’Delimara tiġi żviluppata f’Nature Park/Marine Life and Reseach Centre. L-Onor. Interpellant jifhem li il-Gvern ikun irid jifli il-pjan dettaljat tal-proġett li jkun qed jiġi propost qabel ma jidħol f’xi commitment ta’ dan it-tip. Huwa proprju għalhekk li ntalab dan il-Business Plan aktar dettaljat minn dak li ngħata s’ issa. Ninforma wkoll li n-negozjati sabiex jinstabu fondi barranin għal dan il-proġett għadhom għaddejin.

MEPA — Proġetti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha tagħti fondi l-MEPA mill-proġetti li fihom kien hemm planning gain u min huma l-għaqdiet li għad iridu jingħatawlhom dawn il-fondi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-kontijiet pendenti li bħalissa għandha quddiemha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għar-rimbors ta' fondi mitluba minn għaqdiet jammontaw għal madwar Lm 15,000. L-għaqdiet in kwestjoni huma l-Fondazzjoni Natura (għall-proġett ta' Wied Għollieqa – madwar Lm14,000) u l-Fondazzjoni Wirt Artna (għall-proġett tal-Victoria Lines – madwar Lm1,000). Fil-każ tal-proġett ta’ Wied Għollieqa, l-arranġamenti biex isiru l-pagamenti dovuti diġa’ qed isiru.
Leg 10 PQ #8545 Sitting 180 2004-11-02 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Postijiet kulturali — Żjajjar

Question

Jista' il-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb li jorganizza ż-żjajjar lill-postijiet kulturali li kienu jsiru mid-dipartiment tal-kultura? Jista' jgħid għaliex m'għadhomx jiġu organizzati minn dan id-dipartiment? Jista' jgħid kemm qed ikunu l-fees relatati ma' dawn iż-żjarat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi ż-żjajjar kulturali li kien jorganizza id-Dipartiment tal-Kultura ma tkomplewx wara Mejju 2003. Dan għal żewġ raġunijiet, ċioe: a) id-dħul minn dawn iż-żjarat kien jammonta għal mhux aktar min nofs l-ispiża; u b) żjarat kulturali bdew jiġu organizzati mis-settur privat.

Sorsi ta' enerġija

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema dipartimenti tal-gvern sar xi investiment jew istallar għal sorsi ta' enerġija alternattiva f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment u fiex intnefaq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Sptar San Luqa — CDAU - Persuni bħala AD/HD

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'kollox li fl-aħħar erbgħa snin ġew dijanjosati bħala AD/HD mis-CDAU? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien u x'etajiet differenti huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-aħħar erba' snin il-każijiet ġodda ta' ADHD fiċ-Child Guidance Clinic kienu kif ġej: Bniet Subien 2001 6 33 2002 8 18 2003 10 44 2004 2 33 Minħabba li n-numri huma zgħar, tqassim bl-eta' jista' jagħti lok li pazjenti jiġu identifikati.

Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali — Avukati u prokuraturi legali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm avukati u prokuraturi legali impjegati fl-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, il-grad tagħhom u kif inhu mqassam ix-xogħol bejniethom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:- Grad Numru Dipartiment Ċivili Kriminali Attorney General 1 Assistant Attorney General 2 1 1 Senior Counsels 6 3 3 Counsels 3 3 - Junior Legal Officers 2 1 1 Senior Legal Procurators 3 2 1
Leg 10 PQ #7083 Sitting 179 2004-11-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tas-Sliema — Paviment ta' Għar id-Dud

Question

Jista' il-Ministru jindika jekk jaqbilx li wasal iż-żmien li l-paviment ta' Għar id-Dud f'Tas-Sliema, speċjalment fil-parti tax-Chalet, jinbidel u jsir wieħed iktar modern u attraenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli kollega jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Tas-Sliema — Paviment ta' Għar id-Dud

Question

Jista' il-Ministru jindika jekk hemmx xi ħsieb li l-paviment ta' Għar id-Dud f'Tas-Sliema, speċjalment fil-parti tax-Chalet, jinbidel u jsir wieħed iktar modern u attraenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4143.

Local councils contracts unit — Xogħlijiet għal kunsilli lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista tax-xogħol kollu li qed isir mil-local councils contracts unit għal kull kunsill lokali u għal kull biċċa xogħol jindika meta hu mistenni li jispiċċa x-xogħol u kemm se jħallas il-kunsill lokali?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Local Councils Contracts Unit (LCCU), illum tissejjaħ Central Districts Office (CDO) u tagħmel parti mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi x-xogħol kollu, kif ukoll l-istima tiegħu, li qiegħed isir bħalissa (sat-22 ta' Settembru 2004) għal Kunsilli Lokali. Dwar id-data ta' meta ser jistlesta x-xogħol, din ma tistax tingħata għaliex tiddependi minn ħafna fatturi.

Trasport bejn Malta u Għawdex — Ħlas ta' sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fl-intrapriżi stabbiliti f'Għawdex fis-sena 2003 u 2004 (s'issa) għat-trasport bejn Malta u Għawdex ta' merkanzija manifatturata minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien nfurmat li għall-ispejjeż b'konnessjonji ma' trasport , li ntefqu matul is-sena finanzjara 2003, mill-kumpannija li joperaw f' Għawdex, Il-Korporazzjonni (MaltaEnterprise) approvat dan l-ammont ta' Lm122,357 Dan jikkonstitwixxi biss 25% mill-kumpanniji li normalment jitolbu rimborż ta' assistenza. Il-75% huma mistennija li jitolbu rimborż meta jagħqu l-audited acounts. Il-medja tar-rimborż għas-snin 2001 u 2002 hi stmata Lm281,963. Il-pagament lill dawn l-intrapriżi jiġi effetwat mill-Ministeru għall-Għawdex. Għas-sena 2004 għadu kmieni wisq biex jiġu mitluba rimborżi.

Servizz Ċivili — Użu ta' vetturi mill-impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk awtorizzax li jitħallsu minn fondi pubbliċi multi/ċitazzjonijiet tat-traffiku għal karozzi li huma wżati minn impjegati tal-gvern? Jista' jgħid jekk għandux xi claims minn sidien ta' garages tal-karozzi tal-kiri għal multi li huma ħallsu għal karozzi li huma mikrija lill-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8204.