Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tal-Karwija — Skola sekondarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-bini ta’ l-iskola sekondarja hu msemmi bħala tal-Karwija meta l-Karwija tinsab ħdejn il-mitjar tal-Gudja? Jikkonsidra li meta wieħed isemmi l-Karwija jista’ jkun qiegħed jurta l-intelliġenza tar-residenti ta' Ħal Kirkop, kif ukoll fost l-oħrajn kittieba li għamlu r-riċerka fuq l-istorja tal-lokalita`?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-permess tal-MEPA numru PA 02470/00 inħareġ għal bini ta' skola fuq is-sit Triq San Raffaele Caruana, Kirkop. Ninsab informat ukoll li għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar l-isem ta' din l-iskola.

Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb — Membri

Question

Jista’ il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kunsill nazzjonali tal-ktieb? Jista’ jgħid kemm-il darba jiltaqa’ dan il-kunsill u x’ħidma jwettaq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb hu kompost minn dawn il-membri : Chairman -Is-Sur Philip Borġ Segretarju -Is-Sur Joe Debattista Membri -Is-Sur Victor Fenech -Is-Sur Trevor Zahra -Is-Sur Anthony Mangion -Is-Sur Louis Scerri -Is-Sinjura Priscilla Camilleri -Is-Sur Paul Mizzi -Is-Sur George Borġ -Is-Sinjura Marlene Mifsud Chircop -Is-Sinjura Tessa Balucci -Is-Sinjorina Catherine Vella Informat li dan il-Kunsill iltaqa' 11-il darba fil-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2003 u l-lum. Informat ukoll li l-Kunsill tal-Ktieb iwettaq ħidma li timxi fuq it-termini ta' referenza mogħtija lilu. Kopja tagħhom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fiera tal-Ktieb

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk huwiex informat fuq id-diżgwid li nqala’ dan l-aħħar dwar l-organizzazzjoni tal-fiera tal-ktieb li se ssir f’Novembru li ġej bejn il-11 u l-14 tax-xahar? Jista’ jgħid ukoll x’jaħseb fuq din is-sitwazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru tiegħi kien informat kontinwament b'dak li kien qed iseħħ u fil-laqgħat li saru biex l-organizzaturi u l-parteċipanti ftiehmu dwar il-punti kollha, uffiċjal għoli tal-Ministeru kien preżenti bħala osservatur u li ta kontribut ta' siwi għas-soluzzjonijiet meħtieġa. Informat ukoll li l-Fiera tal-Ktieb 2004 ser tkun Fiera mimlija b'attivitajiet edukattivi organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u b'attivita' marbuta mad-dinja tal-ktieb bis-sehem sħiħ ta' pubblikaturi, distributuri u bejjiegħa tal-kotba.

Fiera tal-Ktieb

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm tiġi tqum l-organizzazzjoni tal-fiera tal-ktieb u x’inhu s-sehem tal-gvern f’dan ir-rigward?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispejjeż involuti fl-organizzazzjoni tal-Fiera tal-Ktieb ivarjaw minn sena għall-oħra minħabba diversi fatturi. L-ispejjeż totali huma: Sena Spiża Totali ta' l-Organizzazzjoni Għotja mill-Gvern 2001 Lm20,389.01 Lm8,000 2002 Lm18,456.40 Lm8,000 2003 Lm20,801.80 Lm10,000 Informat ukoll li l-għotja tal-Gvern b'risq il-Fiera tal-Ktieb tikber aktar jekk jitqies il-ħin iddedikat għall-organizzazzjoni tal-Fiera min-numru ta' impjegati tal-Gvern li jieħdu ħsieb l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-Fiera.
Leg 10 PQ #8154 Sitting 182 2004-11-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Complex — Xogħlijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fil-Gozo Sports complex u x'equipment inxtara minn meta ġie mwaqqaf sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija mogħtija fil-lista annessa. Xogħlijiet Faċilitajiet għal-lodging lill-għaqdiet sportivi Wire fencing fil-courts ta’ barra Librerija b’kotba sportivi Scaffolding 28 biċċa Installazzjoni ta’ emergency lights Mirja fil-gym Gates fil-gym Uffiċini ġodda fil-parti t’isfel Refurbishing tal-mess room Żebgħa għall-art tat-tennis court 2 Bdil ta’ dwal fis-sala prinċipali Tkabbir ta’ garaxx/store għall-equipment Storages għat-tapiti Rampa tal-konkos għad-dħul mill-ġenb fis-sala Refurbishing ta’ l-art tal-parquet Tqegħid ta’ madum fil-passaġġi fis-sala Refurbishing tad-dressing rooms tal-Kumpless kollu Żieda fil-floodlights tas-sala prinċipali Żebgħa ta’ ħitan mal-Kumpless kollu Bibien tal-injam għal storages tat-tapiti fis-sala Shutters tal-aluminju bil-ħġieġ u nets għall-bieb prinċipali t’isfel Bdil ta’ ħġieġ tat-twieqi kollha livell mat-triq Xogħol ta’ membrane u żebgħa għal saqaf li jagħti għat-tennis courts Bdil ta’ stair noising fil-passaġġi tas-sala (mhux komplut) Installazzjoni ta’ extractor fans u ceiling fans fil-gym Xogħol ta’ tiswija fit-tinda tas-sala prinċipali biex jitwaqqaf l-ingress tal-ilma Equipment 2 Portable stereo/CD 2 Basketball Backboards electronic Hydroplay 2 Goalposts with nets 3m x 2m 2 Nylon nets for side protection 5.5m x 22m 3 Table Tennis Stiga 10 Gym mats 2m x 1m 25 Sandwich mats 1 Inflatabile Pool 2 Crash mats 1 Spring board unit gymnova 6 Badminton stands 3 Table Tennis Joola 1 Trampoline 4 Basketball Backboards (mini) Oħrajn Nets għall-volleyball, tennis, table tennis u badminton Hoops, blalen, cones, rackets, boxing bags, bibs

Dulliegħ — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tad-dulliegħ sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Patata — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tal-patata sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Tadam — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tat-tadam sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Ħaxix Frisk — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tal-ħaxix frisk sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Bajd Frisk/Tjur tas-Simna — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tal-bajd frisk u tjur tas-simna sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Majjal Frisk Proċessat Lokalment — Prezzijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-ministeru ta' l-Affarijiet Rurali, jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoraġġ li sar minn Mejju 'l hawn fuq il-livell ta' prezzijiet u ta' produzzjoni tal-majjal frisk proċessat lokalment sabiex kien stabbli lill-gvern li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu applikati s-salvagwardi tal-biedja? Min kienu l-uffiċjali u d-dipartiment responsabbli minn dan il-monitoraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8317.

Servizzi Soċjali — Servizz ta' Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tibbenefika mis-servizz ta' care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minkejja li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita' tad-Djar ser tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Fgura — Triq tax-Xemx u l-Qamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta Triq tax-Xemx u l-Qamar fil-Fgura mistennija tiġi asfaltata u meta se ssir il-bankina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita' ħarġet din it-tender għal dawn ix-xogħolijiet. F'dana il-waqt qed isir il-proċess ta' l-aġudikazzjoni ta' dawn ix-xogħolijiet.

Fgura — Arbli tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru l-arbli tad-dawl fi Triq tax-Xemx u l-Qamar fil-Fgura?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Enemalta issottomettiet applikazzjoni lill-ADT kif ukoll lill-MEPA biex ikun jista' jsir ix-xogħol ta' trinek meħtieġa. Ladarba dawn il-permessi jinħarġu, ix-xogħol ikun jista' jitkompla.

Tas-Sliema — Triq Rudolph

Question

Għan-nom ta' residenti fi Triq Rudolph f'Tas-Sliema, tista' il-pulizija tieħu passi fil-każ ta' store li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull meta irriżulta li seta' kien hemm xi ksur tal-liġi fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija dejjem ħadet passi quddiem il-Qorti. Fil-fatt sid il-post tressaq diversi drabi quddiem il-Qorti. Fil-preżent m'hemmx il-proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti għajr waħda li nbdiet din is-sena.

Warrant ta' Avukat — Eżami

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-eżami għall-warrant ta' avukat ser isir fid-29 ta' Diċembru 2004? Jekk fl-affermattiv, għaliex ser isir qabel id-data tas-soltu, jiġifieri f'Marzu? Jekk fin-negattiv, meta ser isir l-eżami li jmiss?

Response (BORG, TONIO)

L-eżami għall-warrant ta' avukat hu maqsum f'żewġ sessjonijiet, jiġifieri eżami bil-miktub u ieħor orali. Dawn iż-żewġ partijiet isiru f'dati differenti. Ġiet iffissata d-data tad-29 ta' Diċembru għall-parti miktuba ta' l-eżami. Ma hemm ebda raġuni partikolari l-għala ser issir f'dik il-ġurnata u mhux xi oħra.

Qrati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara l-każ - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ta' residenti li joqogħdu biswit dan il-post li minnu ħerġin ħsejjes esaġerati, tant li r-residenti ma jistgħux jgħixu iżjed bil-kwiet? Hemm lok li l-pulizija twaqqaf dawn il-ħsejjes? Huwa ġust li każ quddiem il-qorti mill-1997 idum daqshekk?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8483 f'din l-istess Seduta.

Perit Richard England

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dettalji dwar l-obbligi kuntrattwali li għandu l-gvern mal-Perit Richard England dwar il-proġett tat-Teatru Rjali u l-madwar? Kemm tħallas s'issa, meta tħallas, ta' xiex tħallas u taħt liema kondizzjonijiet u meta mistennija jsiru pagamenti oħrajn lilu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lil Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat peress li l-pagamenti li saru s' issa ma sarux minn dan il-Ministeru u l-Kuntratt li għadu viġenti kien iffirmat mal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura.