Legislature:
Category:
Reset
Active:

Saħħa — Nefqa/Ħlasijiet Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7541 u cioe' jgħid, item, item skond l-estimi għal din is-sena, kemm kienet in-nefqa bejn Jannar u Awissu 2004 u kemm hu l-valur ta' ħlasijiet pendenti għall-istess perjodu tad-dipartiment tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7824 u cioe jgħid kemm hemm u f'liema dipartimenti qegħdin: 1) nursing aides; 2) health assistants; 3) hospital auxiliaries li qed jaħdmu mhux f'xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteri tas-saħħa u ta' l-anzjani?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministeru tas-Saħħa u Kura fil-Komunita' ma jżommx statistika dwar kemm hemm u f'liema dipartimenti qegħdin il-ħaddiema fil-kategoriji indikati u li bħalissa mhumiex jaħdmu f'xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteri tas-Saħħa u l-Anzjani. Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jikseb tali informazzjoni mill-Management & Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Kaċċa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li kaċċa li tkun saret legalment fl-Istati Uniti ta' l-Amerka minn Maltin titħalla li tiddaħħal f'Malta bħalma qed jiġri meta ssir l-istess tip ta' kaċċa fl-Eġittu?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Ambjent.
Leg 10 PQ #8699 Sitting 183 2004-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxati

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-gvern qiegħed serjament jikkonsidra li jagħlaq diversi ambaxxati fosthom dawk ta' Dublin, The Hague, Budapest u Stokkolma? Jekk dan mhuwiex il-każ, il-gvern għandu xi ħsieb li jagħmel xi pjan ta' razzjonalizzazzjoni dwar l-għadd preżenti ta' ambaxxati madwar id-dinja?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Iva, l-Ministeru qed jagħmel il-preparazzjonijiet neċessarji biex jirrazzjonaliżża l-preżenza ta' Malta b'ambaxxati fl-Ewropa, fil-Mediterran u fil-bqija tad-dinja. Id-deċiżżjonijiet dwar ftuħ jew għeluq ta' ambaxxati jitħabbru meta jsiru.

Pulizija — Liċenzji tal-kaċċa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li ssir proċedura speċjali għal dawk il-Maltin li jgħixu barra u partikolarment dawk fl-Istati Uniti li fuq talba tagħhom jingħataw liċenzja temporanja għall-kaċċa u nsib meta jiġu Malta fuq prova li huma diġa' huma kaċċaturi jew nassaba fil-pajjiż tar-residenza tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Ambjent.

Annimali bbalzmati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li f'Malta jitħallew jidħlu annimali bbalzmati maqbuda fil-pajjiż ta' l-oriġinu skond il-liġijiet ta' dak il-pajjiż minn Maltin li jkunu residenti barra u li jkunu qed idaħħlu l-annimali huma stess f'Malta jew jimportawhom f'container f'isimhom stess?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Ambjent.

Kunsilli lokali — Ħaddiema tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm hemm ħaddiema tal-gvern attached ma' kull kunsill lokali fil-preżent u jekk hemmx xi talbiet pendenti minn xi kunsilli lokali għal ħaddiema tal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 99 ħaddiema tal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura assenjati mal-Kunsilli Lokali imqassmin fil-Kunsilli Lokali kif indikat fit-tabella mehmuża. Mhux qed isir l-ebda assenjar ta' ħaddiema oħra tal-Gvern ma' Kunsilli Lokali. Ta' min isemmi wkoll, li minbarra dawn il-ħaddiema, hemm ukoll 155 ex-ħaddiema tat-tarznari assenjati mal-Kunsilli Lokali li wkoll huma elenkati fl-istess tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Impjiegi — Talbiet għall-impjieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjieg matul is-sena 2003 u 2004 (s'issa): a) mis-servizz pubbliku; b) minn enti statutorji; c) minn enti u kumpanniji li l-gvern, direttament jew indirettament, għandu mill-inqas nofs l-ishma tagħhom; u d) mis-settur privat? Jista' ukoll jindika d-dipartimenti, enti jew kumpanniji fil-każ ta': (a), (b) u (c) kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2003 u 2004 (sa l-aħħar ta' Lulju) , it-talbiet li saru minn diversi setturi kienu hekk: Talbiet għall- Servizz Entitajiet Kumpaniji fejn il- Settur Totali impjiegi Pubbliku Statutorji Gvern għandu l- Privat akbar ishma 2003 50 613 433 6,196 7,292 2004(sa Lulju) 23 300 157 3,967 4,447

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni nqatgħalhom xi benefiċċju soċjali minħabba li nqabdu jabbużaw mis-sistema fis-snin 2002, 2003, 2004 (s'issa)? Xi kemm iffranka flus il-gvern bl-iskoperta ta' dawn l-abbużi fis-snin imsemmija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar San Luqa — Medical Laboratory Technicians

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk u meta se jkunu impjegati persuni gradwati bħala Medical Laboratory Technicians fl-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ingaġġ ta' Medical Laboratory Technicians fl-Isptar San Luqa qed jiġi eżaminat flimkien ma' l-ingaġġ ta' paramediċi oħra fid-dawl tal-bżonnijiet li jeżistu f'dawn is-servizzi.

Vetturi

Question

Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' vetturi li hawn reġistrati u li għandhom iktar minn 20 sena u iktar minn 30 sena? X'persentaġġ jikkostitwixxu tal-vetturi kollha reġistrati f'Malta u Għawdex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

In-numru ta’ vetturi liċenzjati hu ta’ 270, 686. Fil-waqt li n-numru ta’ vetturi li għandhom iktar minn 20 sena u iktar minn 30 sena hu kif ġej: Iktar minn 20 sena: 54,645 - 20.19% Iktar minn 30 sena: 18,783 - 6.94 %

MEPA — Applikazzjonijiet għall-bini ta' high rise buildings

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-bini ta' high rise buildings quddiem il-MEPA? Meta daħlu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha preżentement ħdax il-applikazzjoni għall-bini tat-tip li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Dawn ġew validati bejn it-28 t’ April 1999 u t-13 ta’ Lulju 2004.

Servizz Pubbliku — Impjegati - Performance Bonus

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħlu flus f'performance bonuses impjegati tal-gvern is-sena l-oħra, dipartiment b'dipartiment? Kemm gawdew impjegati f'kull dipartiment u x'kien il-grad tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li għas-sena 2003 tqassmu total ta’ Lm221,423 bħala Performance Bonuses lil dawk l-impjegati tal-Gvern li qegħdin fuq Performance Contract f’kategorija ‘A’ tas-Servizz inklużi dawk fil-Korp tal-Pulizija u ta’ l-Armata. Dawn il-Performance Bonuses tqassmu fuq kriterji stabbiliti u a bażi ta’ riżultati ottenuti mill-uffiċjali.

OPM — Advisors

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu advisors illum u kemm jitħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fid-dekasteru tiegħi hemm tliet Advisors, tnejn fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u waħda fil-Ministeru tal-Finanzi, li kollha jaħdmu fuq bażi part-time, jiġifieri 20 siegħa fil-ġimgħa, 10 siegħat fil-ġimgħa u 30 siegħa fil-ġimgħa rispettivament. Dawn jitħallsu kif ġej:- Lm4,219 fis-sena u Lm940 allowances Lm1,500 fis-sena Lm6,600 fis-sena

Gwardjani Lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet din is-sena mill-gwardjani lokali u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mill-bidu tas-sena sa l-aħħar ta’ Awissu 2004, il-Gwardjani Lokali taw 202,369 ċitazzjoni. Qiegħed nindika fit-tabella t’hawn taħt ir-raġuni għall-ħruġ ta' dawn il-kontravvenzjonijiet kif ukoll in-numru maħruġa. Total Deskrizzjoni tal-Kontravvenzjoni 25,399 Liċenza mhux imwaħħla kif suppost fuq il-vettura/mal- windscreen 18,275 Kontravvenzjoni tal-marki tal-kareġġjata ( No stopping – Double Yellow Line ) 10,129 Ipparkjar f’distanza sa 5 metri mill-kantuniera 9,503 Xufier mhux liebes iċ-ċintorin tas-sigurta’ 8,883 Ipparkjar f’area riservata mingħajr permess 8,251 Kontravvenzjoni ta’ Sinjal tat-Traffiku ( No entry from this side ) 7,169 Kontravvenzjoni ta’ Sinjal tat-Traffiku ( No parking ) 6,777 Ipparkjar fuq il-bankina 107,933 Kontravvenzjonjiet varji (ez. Xufier liebes il- headphones jew apparat ieħor simili, li jtellef is-smiegħ jew li jista’ jtellfu mis-smiegħ; sewqan ta’ vettura ttowjata mingħajr dawl xieraq; sewqan mingħajr l-attenzjoni xierqa jew mingħajr ma jitteħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa f’ junctions ; sewqan bi ħsejjes eċċessivi ( ineffective silencer ); duħħan eċċessiv mill- exhaust pipe ; naqas li jagħmel sinjali tat-trafiku kif indikat mill-Kunsill Lokali fl-applikazzjoni għall-permess.

Pulizija — Vetturi nvoluti f'inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi tal-pulizija involuti f'inċidenti tat-traffiku din is-sena? Kemm swiet it-tiswija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 108 vettura tal-Pulizija involuta f'inċidenti tat-traffiku, li 64 każ minnhom irriżulta li t-tort ma kienx tal-Pulizija. It-total tat-tiswija fil-każijiet l-oħra kien jammonta għal Lm9,700.91.

Pulizija — Korriment fuq ix-xogħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija fuq ix-xogħol din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 11-il persuna li weġgħu waqt il-qadi ta' dmirhom f'arresti ta' persuni jew waqt kontroll ta' ġemgħa. Kien hemm 37 każ ieħor fejn Pulizija weġgħu f'inċidenti tat-traffiku; jew f'inċidenti żgħar oħra li ma kienux involuti terzi.

Tal-Karwija — Skola sekondarja - wirt storiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada qed tħares il-wirt storiku bħall-Imtalli u x-shelters fil-konfini ta’ l-Iskola Sekondarja tal-Karwija? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx xi ħsara fuq dawn is-siti storiċi, min kien responsabbli u kif se jkun imħares il-wirt kemm waqt ix-xogħol li hu għaddej mill-ħaddiema u xi pjan hemm sabiex jitħares fil-ġejjieni meta l-iskola tkun miftuħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-kustruzzjoni ta' l-iskola l-ġdida fil-Karwija qed tingħata l-ogħla konsiderazzjoni tal-wirt storiku taħt is-superviżjoni tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Malti.

Tal-Karwija — Skola sekondarja - siti storiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid, wara li rappreżentanti tal-Gvern, li mexxew il-laqgħa konsultattiva fil-preżenza tal-Ministru u fil-preżenza tas-sindku tal-lokalita`, tennew u stqarrew fil-laqgħa konsultattiva mal-publiku illi l-FTS kellha tissalvagwardja s-siti storiċi u arkeoloġiċi fl-inħawi ta’ l-iskola tal-Karwija u tieħu ħsieb ir-rikostruzzjoni tat-toroq fil-konfini li jmissu ma’ l-iskola sabiex jingħata kontribut għall-ħsarat li ġarrbu t-toroq waqt il-kostruzzjoni ta’ l-iskola? Jekk hu hekk, x'qiegħed iżomm lill-FTS milli tirrestawra dawn is-siti qabel jiġġarrfu?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar il-wirt storiku nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 8087. Dwar it-toroq pubbliċi li jikkonfinaw is-sit ta' l-iskola l-ġdida ma jirriżultalix li din hi responsabbilita' ta' l-FTS jew li sar xi ħsarat f'dawn it-toroq.